For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Valletta.

Valletta

 Jekk għandkom widnejn biex tisimgħu, Valletta għandha ħafna stejjer xi tgħid. 

—Renzo Piano
Il-Belt (MT)
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaPort Region (Port) (en) Translate
Kap tal-Gvern Alfred Zammit (en) Translate
Isem uffiċjali Belt Valletta
Ismijiet oriġinali Belt Valletta
Kodiċi postali VLT
Ġeografija
Koordinati 35°53′52″N 14°30′45″E / 35.8978°N 14.5125°E / 35.8978; 14.5125Koordinati: 35°53′52″N 14°30′45″E / 35.8978°N 14.5125°E / 35.8978; 14.5125
Valletta is located in Malta
Valletta
Valletta
Valletta (Malta)
Superfiċjenti 80 hectare
Għoli 56 m
Fruntieri ma' Furjana
Demografija
Popolazzjoni 6,444 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1566 (Gregorian)
Kodiċi tat-telefon 356
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Palermou Nobile Contrada dell'Aquila (en) Translate
localgovernmentdivisioncms.gov.mt…

Il-Belt Valletta, magħrufa min-nies tal-gżejjer Maltin aktar bħala l-Belt hi l-kapitali ta' Malta. Tinsab mifruxa fuq penisola fil-parti tal-Lvant ċentrali tal-gżira ta' Malta. Il-Belt għandha popolazzjoni ta' 5,719-il ruħ (sal-2012).

Il-Belt Valletta għandha arkitettura mħallta għax fiha hemm binjiet bi stil Manneristiku, Barokk, Neoklassiku u anki dawk b'arkitettura moderna. Il-Belt Valletta sofriet mill-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija; biss, minkejja li l-gwerra ħalliet ferita kbira, il-Belt hi ma tilfitx il-karattru storiku tagħha. Fl-1980 il-Belt Valletta ġiet magħżula u onorata mill-UNESCO bħala Sit ta’ Wirt Dinji.[1]

Ll-Ordni ta' San Ġwann ta lill-belt it-titlu, Humilissima Civitas Valletta — 'Il-Belt l-Aktar Umli ta' Valletta'. Madanakollu, bil-bini ta' swar u ta' fortifikazzjonijiet, u flimkien mas-sbuħija tal-bini Barokk mat-toroq tagħha, din saret magħrufa bħala Superbissima — 'L-Aktar Kburija', fost is-sovrani tal-Ewropa.

Il-Belt għandha l-Kunsill amministrattiv tagħha u Alfred Zammit huwa s-sindku ta' dan il-Kunsill Lokali, kariga li ilu jokkupa mill-2019. Zammit huwa l-ewwel sindku tal-Belt li ġie elett mill-Partit Laburista (PL), li hu partit affiljat mas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Ewropej (S&D), li għandu l-maġġoranza fil-Kunsill Lokali. Bejn l-2008 u 2018, is-sindku kien Alexei Dingli li ġie elett f'isem il-Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] (PN), li hu partit affiljat mal-Partit Popolari Ewropew.

L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tqiegħet fit-28 ta' Marzu 1566, mill-Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann, Jean Parisot de la Valette. Wara l-Assedju l-Kbir tal-1565, l-Ordni ddeċida li jibni belt ġdida fuq il-peniżola ta' Xiberras, bl-intenzjoni li il-belt isservi wkoll bħala fortizza li tiddefendi kemm il-Port il-kbir kif ukoll il-port ta' Marsamxett. Dan il-proġett juri li issa l-Ordni kien iddeċida darba għal dejjem li jibqa' Malta b'mod permanenti. L-arkitett li ddisinja l-pjanta tal-belt il-ġdida kien Francesco Laparelli li ntbagħat mill-Papa Piju V. Meta Laparelli ħalla Malta, xogħlu komplieh l-assistent tiegħu, il-Malti Ġlormu Cassar. Il-pjanta tal-Belt kienet kollha kemm hi bbażata fuq linji rettilinji u l-binjiet kollha f'daqqa kienu jagħtu lid-disinn ta-Belt meta tarrah minn fuq xeħta tal-bord tal-iskakki.

It-toroq nbew dritti, b'dik tan-nofs, Strada San Giorgio (illum Triq ir-Repubblika) tibda minn Porta San Giorgio, ttawwal daqs 900 metru u tispiċċa quddiem il-Forti Sant'Iermu. La Valette ma leħaqx jara x-xogħol tas-swar tal-Belt komplut, għax miet fil-21 ta' Awwissu 1568 fl-età ta' 74 sena. Hu kien midfun fil-knisja, tan-Nattività (tal-Vitorja). Wara li nbniet il-Knisja Konventwali tal-Ordni, il-fdalijiet tiegħu ttieħdu hemm fejn hu midfun flimkien ma' xi Gran Mastri oħra fil-kripta ta' taħt l-altar maġġur.

Il-Belt saret il-kapitali ta' Malta, kif għada sal-lum, fejn isservi bħala il-belt amministrattiva, kummerċjali u kulturali tal-gżejjer Maltin.

Hekk baqgħet kemm sakemm l-Ordni baqa' Malta kif ukoll meta ġew l-Ingliżi. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-Belt qalgħet ħafna bombi waqt bosta attakki mill-ajru. Bosta binjiet ġġarfu, fosthom iġġarraf it-Teatru Rjal li nbena qrib id-daħla tal-Belt fl-1866.

Illum il-ġurnata, il-Belt Valletta tilqa' fi ħdanha għadd ta' dipartimenti u ministeri governattivi, mijiet ta' ħwienet u uffiċiji ta' kumpaniji tal-kummerċ, knejjes u mużewijiet. Meta ma' dawk li jaħdmu f'dawn l-istabbilimenti ninkludu t-turisti, in- numru ta' nies li jidħlu l-Belt kuljum ilaħħaq mat-38,000 ruħ. F'din il-belt, tinsab ukoll il-Berġa ta' Kastilja minn fejn jopera l-Prim Ministru kif ukoll il-Palazz tal-Gran Mastru, fejn jiltaqa' l-Parlament.

Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta

Il-peniżola tal-Belt Valletta hi mdawra minn żewġ portijiet naturali; il-Port ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir. Dan tal-aħħar hu l-iktar port importanti ta' Malta.

Il-belt għandha diversi binjiet ta' importanza storika. Fosthom insibu l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, magħruf qabel bħala l-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta' Malta, il-Berġa ta' Kastilja li fil-fatt kienet tilqa' fiħa il-Kavallieri ġejjin minn Kastilja, León u l-Portugal. Illum f'din il-binja jinsab l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta. Fil-Belt jinsab ukoll il-Palazz Maġisterjali, mibni bejn l-1571 u l-1574, li qabel kienet ir-residenza tal-Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann, waqt li llum jospita l-Uffiċju tal-President tar-Repubblika ta' Malta.Fl-istess binja wieħed jista' jħur l-Armrija kif ukoll xi swali fl-ewwel sular. Fi Triq ir-Repubblika hemm il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fejn qabel kien hemm il-Berġa ta' Provenza. Fi Triq il-Merkanti hemm il-Mużew Nazzjonali tal-Arti (MUŻA) fil-binja li qabel kienet l-Berġa tal-Italja. It-Teatru Manoel, li kien inbena f'għaxar xhur biss fl-1731, b'ordni mill-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena, hu wieħed mill-eqdem teatri fl-Ewropa; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, magħruf qabel bħala s-Sacra Infermeria, mibni fl-1574, fejn kien wieħed mill-aktar sptarijiet rinomati matul iż-żmien tal-Kavallieri ta' Malta. Apparti dawn u ħafna binjiet oħra miftuħa għall-pubbliku wieħed jista' jammira il-fortifikazzjonijiet, mibnija bħala serje ta' bastjuni u ravellini, b'għoli li jvarja bejn 50 u 80 metru mill-foss li jdur madwar partijiet minnhom.

Fil-pjanijiet oriġinali, l-Ordni ried jibni menqa fiha jkunu jistgħu jirmiġġjaw xi bastimenti. Ix-xogħol ma rnexxiex u minflok fl-ispazju li kien diġà tħaffer inħolqot roqgħa bini li bdiet tissejjaħ "Il-Mandraġġ" ambjent li fejn bdew jgħixu nies foqra. Dan irriżulta f'diversi bini inadekwat b'kundizzjonijiet sanitarji ħżiena. Il-Mandraġġ kien ġie mwaqqa' mill-Awtoritajiet fis-snin sebgħin biex minflok inbnew flattijiet diċenti.

Il-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset drastikament matul is-snin, u illum il-l-abitanti tal-Belt ilaħqu mhux wisq aktar minn sitt elef ruħ. Dan minħabba li mit-Tieni Gwerra 'l hawn bosta familji u individwi ħarġu mill-Belt u marru joqgħodu fl'lokalitajiet oħrajn f'bini aktar modern u komdu.

Sit ta’ Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1980, il-Belt Valletta ġiet iddikjarata mill-UNESCO bħala Sit ta’ Wirt Dinji. Il-Belt Valletta għandha 320 monument, biex b’hekk hija waħda mill-iktar żoni storiċi b’konċentrazzjoni ta’ monumenti fid-dinja. Il-Belt ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji minħabba l-valur universali straordinarju tagħha abbażi ta’ żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO minn għaxra (fi kliem ieħor, abbażi ta’ terz tal-kriterji kulturali). Dawn il-kriterji huma l-kriterju (i), jiġifieri “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, u l-kriterju (vi), jiġifieri “Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma’ avvenimenti jew ma’ tradizzjonijiet ħajjin, ma’ ideat jew ma’ twemmin, jew ma’ xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta’ valur universali straordinarju”.

Il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji abbażi tal-kriterju (i) peress li hija prevalentement kreazzjoni idealistika tal-aħħar tar-Rinaxximent bi pjanta urbana uniformi, ispirata mill-prinċipji Neoplatoniċi, bi swar u b’fortifikazzjonijiet mad-dawra kollha tad-daħliet naturali tagħha, u b’diversi monumenti f’postijiet strateġiċi. Min-naħa l-oħra, il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Sit ta’ Wirt Dinji abbażi tal-kriterju (vi) minħabba r-rabta tagħha mal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, li bnewha fl-1566 u li ħadu ħsiebha u sebbħuha għal kważi żewġ sekli u nofs. B’hekk, il-Belt Valletta hija assoċjata mal-istorja ta’ waħda mill-ikbar forzi militari u morali tal-Ewropa moderna.

Il-belt hija mibnija fuq peniżola dejqa mdawra bl-ilma. B’hekk, il-perimetru tal-belt baqa’ prattikament l-istess mit-tluq tal-Kavallieri ’l hawn, bi ftit żviluppi moderni f’dawn l-aħħar snin. Id-daqs tagħha u l-integrità tal-bini u tal-monumenti tagħha kienu biżżejjed biex l-UNESCO tagħraf li għandha valur universali straordinarju. Minkejja xi proġetti tal-kostruzzjoni fis-seklu 19 u l-ħsarat li ġarrbet il-Belt Valletta fit-Tieni Gwerra Dinjija, proporzjon kbir tal-bini u tal-monumenti oriġinali, kif ukoll in-nisġa urbana tal-madwar, ġew ippreservati sa żminijietna jew ġew irrestawrati bir-reqqa. L-iżvilupp tal-bini u l-materjali li ntużaw matul is-snin ma biddilx wisq mill-pajsaġġ urban tal-Belt, speċjalment meta wieħed iqarreb u jħares lejha mill-baħar. Madankollu, il-valur universali straordinarju tagħha jiddependi wkoll fuq dan l-element tal-pajsaġġ urban, għalhekk il-proċess biex jinstab bilanċ tajjeb bejn dan l-element u l-ħtiġijiet ta’ belt ħajja, huwa proċess kontinwu. L-UNESCO kemm-il darba tintervjeni biex twissi lill-awtoritajiet li jieħdu ħsieb il-ġestjoni ta’ Sit ta’ Wirt Dinji, meta tħoss li xi proġett jista’ jipperikola xi waħda mill-kriterji tal-għażla tagħha. Fl-2015, l-NGO lokali Din l-Art Ħelwa ħasset il-ħtieġa li twassal it-tħassib tagħha lill-awtoritajiet Maltin li jekk il-pjanijiet ta’ lukanda ta’ 40 sular f’Tigné jitwettqu, dan jaf iwassal biex il-Belt Valletta saħansitra titlef l-istatus ta’ Sit ta’ Wirt Dinji, minħabba li l-proġett ikerrah il-pajsaġġ urban li baqa’ ftit li xejn mittiefes minn żmien il-Kavallieri ’l hawn.[2]

Toroq u pjazez prinċipali

[immodifika | immodifika s-sors]
Triq ir-Repubblika, it-triq prinċipali u l-aktar kummerċjali tal-Belt Valletta.
  • Misraħ ir-Repubblika (Pjazza Reġina)
  • Pjazza San Ġorġ
  • Pjazza Kastilja
  • Pjazza Jean de Valette
  • Pjazza Indipendenza
  • Misraħ il-Ħelsien
  • Misraħ Sant'Iermu
  • Triq il-Fran
  • Triq il-Merkanti
  • Triq Zekka
  • Triq Nofsinhar
  • Triq il-Lanċa
  • Triq il-Lvant
  • Triq il-Punent
  • Triq il-Mediterran
  • Triq ir-Repubblika
  • Triq it-Teatru l-Antik
  • Triq l-Assedju l-Kbir
  • Triq Marsamxett
  • Triq Melita
  • Triq San Bastjan
  • Triq San Kristofru
  • Triq San Mark
  • Triq Spur
  • Xatt il-Barriera
  • Triq San Pawl
  • Triq San Duminku

Postijiet ta' interess

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Kon-Katidral ta' San Ġwann
Il-Palazz tal-Gran Mastru
  • Palazz tal-Gran Mastru – (il-Palazz tal-President)
  • Berġa ta' Kastilja – L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta
  • Berġa t'Aragona – Ministeru tal-Finanzi
  • Berġa tal-Italja – MUŻA (Mużew Nazzjonali tal-Arti)
  • Berġa ta' Provenza – Mużew tal-Arkeoloġija Nazzjonali
  • Berġa ta' Baviera –
  • Casa Rocca Piccola – residenza privata miftuħa biex iżuruha l-pubbliku
  • Palazzo Francia – Ministeru tal-Affarijiet Soċjali
  • Palazzo Parisio – Ministeru tal-Affarijiet Barranin
  • Teatru Manoel
  • Pjazza Teatru Rjal

Mużewijiet u postijiet oħra ta' Interess

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Mużew Nazzjonali tal-Gwerra - Forti Sant'Iermu
  • Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija - Berġa ta' Provenza, Triq ir-Repubblika
  • Mużew Nazzjonali tal-Arti - MUŻA - Berġa tal-Italja, Triq il-Merkanti
  • Il-Palazz tal-Gran Mastri - L-Armerija u s-Swali tal-Palazz (daħla minn Pjazza San Ġorġ, Triq ir-Repubblika
  • Il-Konkatidral ta' San Ġwann - (daħla minn Triq ir-Repubblika)
  • Mużew tal-Posta f'Malta, Triq l-Arċisqof
  • Mużew tal-Ġugarelli, Triq ir-Repubblika
  • Casa Rocca Piccola, Triq ir-Repubblika
  • Lascaris War Rooms - il-Foss (Lascaris Ditch)
  • The Malta Experience - Triq il-Mediterrran
  • Sacra Infermerija, Triq il-Mediterran
  • Malta 5D - Triq l-Ifran
  • Valletta - Living History, Embassy Cinema, Triq Santa Luċija
  • Teatru Manoel - mużew u dawra bi spjega mat-Teatru, Triq it-Teatru l-Antik
  • Saluting Battery u l-passaġġi taħt il-Barrakka ta' Fuq
  • The Fortress Builders - Fortifications Interpretation Centre, Triq San Mark
  • Ċentru ta' Kreattivita - Cavalier ta' San Ġakbu (daħla minn Pjazza Kastilja
  • Putirjal (Id-daħla tal-Belt)
  • Funtana tat-Trituni (barra d-daħla tal-Belt)
  1. ^ "City of Valletta" (bl-Ingliż).
  2. ^ Debono, James (2015-12-04). "Heritage watchdog warns Valletta's UNESCO status undermined by Tigné 40-storey hotel". MaltaToday (bl-Ingliż). Miġbur 2021-01-31.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 35°53′52″N 14°30′45″E / 35.89778°N 14.5125°E / 35.89778; 14.5125

{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Valletta
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?