For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Serbja.

Serbja

Repubblika tas-Serbja
Република Србија
Republika Srbija
Република Србија Republika Srbija – Bandiera Република Србија Republika Srbija – Emblema
Innu nazzjonali: "Боже правде
Bože pravde"
Alla tal-Ġustizzja
Lokazzjoni tas-Serbja (aħdar) u l-Kosovo (aħdar ċar) fl-Ewropa (griż skur).
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Belgrad
44°48′N 20°28′E / 44.8°N 20.467°E / 44.8; 20.467

Lingwi uffiċjali Serb
Gvern Repubblika parlamentari
 -  President Aleksandar Vučić
 -  Prim Ministru Miloš Vučević
 -  Kelliem tal-Parlament Ana Brnabić
Formazzjoni
 -  L-Ewwel Stat 768 
 -  Renju \ Imperu 1217 \ 1346 
 -  Waqgħa ta' Belgrad 1521 
 -  Monarkija Suzerina 1817 
 -  Rikonoxxuta 1878 
 -  Unifikazzjoni tas-Serbja 1912–1918 
 -  Repubblika indipendenti 2006 
Erja
 -  Total 88,361 km2 (113)
34,116 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.13 (inkluża l-Kosovo)
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2013 7,243,007 (eskluża l-Kosovo)[1] 
 -  Densità 91.9/km2 (112)
238/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2013
 -  Total $96.76 biljun[2] (76)
 -  Per capita $13,004(eskluża l-Kosovo)[2] (82)
PGD (nominali) stima tal-2013
 -  Total $53.1 biljun[2] (79)
 -  Per capita $7,136(eskluża l-Kosovo)[2] (92)
IŻU (2013) Increase 0.769[3] (għoli) (64)
Valuta dinar Serb (RSD)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
Kodiċi telefoniku +381
TLD tal-internet .rs
.срб

Is-Serbja, uffiċjalment ir-Repubblika tas-Serbja (Serb Ċirilliku: Република Србија, Latin: Republika Srbija, huwa pajjiż interkjuż fiċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa, li jifforma l-parti l-kbira tal-parti ċentrali tal-peniżola Balkanika u l-parti t’isfel tal-pjanura Pannonika. Il-kapitali hija Belgrad. Imissu mas-Serbja fit-Tramuntana nsibu lill-Ungerija; lir-Rumanija u l-Bulgarija fil-Lvant; lir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Albanija fin-nofsinhar; u l-Montenegro, il-Kroazja, u r-Repubblika Srpska (parti mill-Bosnja-Ħerzegovina) fil-Punent.

Wara r-ribelljoni kontra l-madmad Tork, bejn l-1804 u l-1815, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala stat awtonomu li ħadet l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fl-1878. Bis-saħħa ta’ rebħ fil-gwerer Balkaniċi u fl-Ewwel Gwerra Dinjija, għal kważi seklu, is-Serbja kienet parti minn diversi Stati Slavi tan-nofsinhar, fosthom ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni mill-1918 sal-1941 (imsemmija ir-Renju tal-Jugożlavja fl-1929), ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja mill-1945 sal-1992, ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja mill-1992 sal-2003, u l-Unjoni tas-Serbja u Montenegro mill-2003 sal-2006. Wara li l-Montenegro vvota favur li jħallu l-Unjoni, is-Serbja ddikjarat l-indipendenza tagħha b’mod uffiċjali fil-5 ta’ Ġunju, 2006, bħala l-istat suċċessur tal-Unjoni tas-Serbja u Montenegro.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ġeografija tas-Serbja.

Is-Serbja tinsab fil-Balkani (reġjun distint storikament u ġeografikament tax-xlokk tal-Ewropa) u fil-pjanura Pannonika (reġjun tal-Ewropa ċentrali). Għandha fruntieri mal-Albanija, il-Montenegro, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u r-Rumanija. Is-Serbja hija mdawwra bl-art, għalkemm ix-xmara tad-Danubju tagħti possibilità ta' tbaħħir fl-Ewropa u fil-Baħar l-Iswed.

L-art tas-Serbja tvarja mill-pjanuri għonja u għammiela fir-reġjun tal-Vojvodina, mergħat u barrieri tal-franka fil-Lvant u fix-xlokk, muntanji u għoljiet antiki. It-tramuntana hija ddominata mix-xmara Danubju. Fergħa tagħha, ix-xmara Morava, tgħaddi mir-reġjuni aktar muntanjużi tan-nofsinhar.

Total tal-fruntieri tas-Serbja: 2,322 km, pajjiżi tal-fruntiera (8): Bosnja u Ħerzegovina 345 km; Bulgarija 344 km; Kroazja 314 km; Ungerija 164 km; Kosovo 366 km; il-Maċedonja ta’ Fuq 101 km; Montenegro 157 km; Rumanija 531 km.

Il-klima Serba tvarja bejn klima kontinentali fit-tramuntana, bi Xtiewi kesħin, Sjuf sħan u umdi b’ħalbiet ta’ xita regolari u klima aktar Adrijatika fin-nofsinhar b’Sajf u Ħarifa sħan u xotti u bi Xtiewi relattivament kesħin fejn anke taqa' l-borra aktar 'il ġewwa.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Bliet Serbi.
Mappa tas-Serbja

Bliet kbar (aktar minn 100,000 abitant) – ċensiment 2002 , għall-Kosovo u Metohija World Gazetteer stimi kurrenti (mhux uffiċjali):

  • Beograd (Belgrad): 1,273,651 (il-parti ta’ ġewwa tal-belt); 1,710,000 (bis-subborgi)
  • Novi Sad: 215,659 (298,139 il-parti metropolitana)
  • Priština: bejn 200,000 (stima tal-2002 ) u 262,686 (stima tal-2006)
  • Niš: 173,724 (250,518 il-parti metropolitana)
  • Kragujevac: 147.473 (180.252 il-parti metropolitana)
  • Prizren: bejn 121,000 (stima tal-2002) u 165,227 (stima tal-2006)
  • Subotica: 99,471 (147,758 il-parti metropolitana)

Ġonna Nazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Serbja għandha ħames ġonna nazzjonali:

  • Fruška Gora (250 km²)
  • Kopaonik (120 km²)
  • Tara (220 km²)
  • Đerdap (Rixtellu tal-Ħadid) (640 km²)
  • Šar-planina (390 km²)
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja tas-Serbja.

Is-Serbja Medjevali

[immodifika | immodifika s-sors]
Kżar Stefan Dušan il-Kbir tal-Imperu Serb.

L-għeruq tal-istat Serb jmorru lura għas-seklu 7 u l-Familja ta’ Vlastimirović. Renju Serb (madwar Duklja) twaqqaf fis-seklu 11. Dan dam sa-aħħar tas-seklu 12.

L-istat Medjevali Serb reġa' ġie ffurmat fis-seklu 12 fir-reġjun Raška mis-Serb Grand Župan Stefan Nemanja. Fl-1220, taħt Stiefnu l-Ewwel Inkurunat, is-Serbja saret renju, u fl-1346, Stefan Dušan waqqaf l-Imperu Serb. L-Imperu sfaxxa u waqa’ f’idejn it-Torok Ottomani wara l-battalja storika tal-Kosovo fl-1389. It-territorji Serbi tat-tramuntana (id-despotat Serb) kienu mirbuħa għal kollox fl-1459 meta ntrebħet Smederevo. Il-Bożnja ntrebħet ftit snin wara Smederevo u l-Ħerzegovina fl-1482.

Serbja Ottomana

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-waqgħa tal-Imperu Serb fil-Battalja tal-Kosovo, bejn l-1459 u l-1804, is-Serbja kienet taħt il-ħakma tal-Ottomani, għad li kien hemm tliet invażjonijiet Awstrijaċi u għadd kbir ta’ ribelljonijiet (bħar-Ribelljoni tal-Banat). Dak iż-żmien l-Iżlam kien f’perjodu ta’ tkabbir, speċjalment f’Raska, fil-Kosovo u fil-Bożnja. Ħafna Serbi (u Kroati) saru Musulmani; dan eventwalment wassal għat-twaqqif tan-nazzjon Bożnjakk. Il-perjodu Ottoman huwa wieħed ta’ ċerta importanza fl-istorja tal-pajjiż minħabba li l-kultura Slava, Biżantina, Għarbija u Torka tħalltu f’salt. Ħafna minn dak li jagħmel il-kultura Serba dak li hi nistgħu nsibu l-oriġini tiegħu f’dan il-perjodu.

Is-Serbja Moderna

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel ribelljoni Serba tal-1804-1813, immexxija minn Đorđe Petrović (magħruf ukoll bħala Karađorđe jew "Ġorġ l-Iswed"), u t-Tieni ribelljoni Serba tal-1815 wassal għat-twaqqif tal-Prinċipat tas-Serbja. Minħabba li kienet semindependenti mill-Imperu Ottoman, hija kkunsidrata bħala dik li wasslet għat-twaqqif tas-Serbja moderna.

Mill-1815 sal-1903, l-istat Serb kien immexxi mill-Familja Obrenović, minbarra mill-1842 sal-1858, fejn is-Serbja kienet immexxija mill-Prinċep Aleksandar Karađorđević. Fl-1903, l-Obrenović ġew mibdula mill-Familja Karađorđević, li kienu dixxendenti ta’ Đorđe Petrović.

It-taqbida għal soċjetà moderna, għad-drittijiet tal-bniedem u għal stat nazzjon damet għaddejja xi tliet deċennji u ġiet kompluta bl-adozzjoni tal-Kostituzzjoni tal-15 ta' Frar 1835. Fl-1876, il-Montenegro, is-Serbja, u l-Bożnja ddikjaraw gwerra kontra l-Imperu Ottoman u ddikjaraw l-unifikazzjoni tagħhom. Iżda, it-Trattat ta’ Berlin fl-1878, li kien iffirmat fil-Kungress ta’ Berlin mill-Qawwiet il-Kbar, ta indipendenza sħiħa lis-Serbja u l-Montenegro biss, filwaqt li tal-Bożnja u r-Raška lil Awstrija-Ungerija,li waqqfu l-unifikazzjoni tagħhom sal-Gwerer Balkaniċi fl-1912 u fl-1913 u l-Ewwel Gwerra Dinjija.

Karađorđe Petrović, mexxej tal-Ewwel Ribelljoni Serba fl-1804.

Fit-28 ta’ Ġunju 1914 il-qtil tal-Arċiduka Franz Ferdinand tal-Awstrija f’Sarajevo fl-Awstrija-Ungerija minn Gavrilo Princip, unjonista tas-Slavi tan-Nofsinhar, sudditu Awstrijak u membru tal-Bożnja Żagħżugħa, wassal biex l-Awstrija-Ungerija ddikjarat gwerra kontra s-Serbja. L-Imperu Russu pprepara t-truppi tiegħu għad-difiża tal-alleata tiegħu, s-Serbja. Dan wassal biex l-Imperu Ġermaniż ddikjara gwerra kontra r-Russja b’appoġġ lill-alleata tiegħu l-Awstrija-Ungerija. Iżda tattiċisti militari Ġermaniż, biex jiffrankaw attakk minn żewġ naħat kontra r-Russja u Franza, attakkaw l-ewwel lil Franza. Dan wassal għad-dħul fil-gwerra tal-Qawwiet Kbar Ewropej. L-armata Serba rebħet bosta battalji kontra l-Awstrija-Ungerija fl-Ewwel Gwerra Dinjija, imma fl-aħħar ġiet megħluba mill-forzi magħquda tal-Imperu Ġermaniż, l-Awstrija-Ungerija u l-Bulgarija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija s-Serbja tilfet 1,264,000 persuna — 28% tal- popolozzjoni, u 58% tal-popoluzzjoni maskili.

Perjodu bejn il-gwerer

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-1918, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet waħda mill-membru fundaturi tar-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni, aktar tard imsemmija r-Renju tal-Jugożlavja. Matul it-Tieni Gwerra Dinijia, is-Serbja kien stat okkupat mill-Ġermaniżi u kien jinkludi l-parti Ċentrali tas-Serbja tal-lum u l-Banat, popolarment imsemmi s-Serbja ta’ Nedić. Imma, parti mit-territorju tas-Serbja tal-lum kien okkupat mill-armati Kroati, Ungeriżi, Bulgari, Albaniżi u Taljani. Il-qawwiet okkupanti wettqu diversi delitti fuq il-popolozzjoni ċivili, speċjalment fuq is-Serbi u l-Lhud.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1945, is-Serbja ġiet imwaqqfa bħala waħda mill-unitajiet federali tat-tieni Jugożlavja, ir-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugożlavja, mmexxija minn Josip Broz Tito sa mewtu fl-1980.

Wara l-waqgħa tat-tieni Jugożlavja fl-1992, sal-2003, is-Serbja, flimkien mal-Montenegro, kienet parti mir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja. Minkejja l-fatt li s-Serbja ġġieldet bosta gwerer fuq territorji Kroati u Bożnjakki, hija baqgħet għaddejja fil-paċi internament sa l-1998.

Bejn l-1998 u l-1999, kunflitti kontinwi fil-Kosovo bejn Forzi tas-Sigurtà Serbi u Jugożlavi u l-KLA wasslu għal bumbardament mill-ajru tan-NATO li dam għaddej 78 jum. L-attakki waqfu meta l-President Jugożlav Slobodan Milošević aċċetta li jirtira l-Forzi tas-Sigurtà kollha, inklużi l-militar u l-pulizija u jissostitwixxihom bi grupp ta’ pulizija internazzjonali, bir-riżultat li l-Kosovo tibqa' formalment parti mill-Federazzjoni Jugożlavja(Ara: Gwerra tal-Kosovo).

Mill-2003 sal-2006, is-Serbja kienet parti mill-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro, l-isem li kien ingħata minflok ir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja, biex b’hekk l-isem ‘Jugożlavja’ għeb għal kollox minn fuq il-mappa. Fil-21 ta’ Mejju, 2006, il-Montenegro għamel referendum biex jaraw għandhomx iwaqqfu l-għaqda mas-Serbja. L-għada, riżultati ċċertifikati mill-istat urew li 55.5% tal-votanti kienu favur li jinfirdu minn mas-Serbja, riżultat li kien biss ftit aktar mill-55% meħtieġ biex jgħaddi r-referendum. Fit-3 ta’ Ġunju, l-Parlament Montenegrin ddikjara l-Montenegro indipendenti mill-Unjoni Statali u fil-5 ta’ Ġunju, l-Assemblea Nazzjonali Serba ddikjarat is-Serbja bħala s-suċċessur tal-Unjoni Statali tas-Serbja u Montenegro.

Politika u Gvern

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-4 ta' Frar 2003 il-parlament tar-Repubblika Federali tal-Jugożlavja qabel ma' forma aktar flessibbli ta’ kooperazzjoni bejn is-Serbja u l-Montenegro fi ħdan commonwealth msejjaħ Serbja u Montenegro.

Wara t-tneħħija ta' Slobodan Milošević fil-5 ta' Ottubru 2000, il-pajjiż beda jitmexxa mill-Oppożizzjoni Demkratika tas-Serbja. Fi ħdan din il-koalizzjoni kiber it-tensjoni sakemm Partit Demokratiku tas-Serbja (DSS) ħalla l-gvern biex ħalla lill-Partit Demokratiku (DS) f’kontroll assolut. Madankollu, f’Marzu tal-2004 id-DSS ġabar biżżejjed appoġġ biex ifforma l-gvern ġdid tas-Serbja, flimkien mal-G17 Plus u l-koalizzjoni SPO-NS, u bl-appoġġ tal-Partit Soċjalista Serb, li ma jiħdux sehem fil-gvern, imma bil-bdil għall-appoġġ tagħhom, għandhom pożizzjonijiet żgħar fil-gvern u l-ġustizzja u jinfluwenzaw fil-politika. Il-Prim Ministru tas-Serbja huwa Vojislav Koštunica, mexxej tal-Partit Demokratiku tas-Serbja.

Il-president attwali tas-Serbja huwa Boris Tadić, mexxej tal-Partit Demokratiku (DS). Hu ġie elett bi 53% tal-voti fit-tieni ċiklu ta’ l-elezzjonijiet presidenzjali Serbi li saru fis-27 ta' Ġunju 2004, wara ħafna elezzjonjiet bla suċċess sa mill-2002.

Tqassim Amministrattiv

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Sottodiviżjonijiet tas-Serbja.
Mappa politika tas-Serbja

Is-Serbja hija maqsuma f’29 distrett (5 minnhom qegħdin fil-Kosovo, li attwalment hi amministrata mill-ĠM) u l-Belt ta’ Belgrad. Id-distretti huma maqsuma f’108 muniċipalitajiet. Is-Serbja għandha żewġ provinċji awtonomi: fin-nofsinhar hemm il-Kosovo u Metoħija bi 30 muniċipalità, u fit-tramuntana hemm Vojvodina b’46 muniċipalità.

Il-parti tas-Serbja li ma tinsabx la fil-Kosovo u lanqas fil-Vojvodina hija msejjħa is-Serbja Ċentrali. Is-Serbja Ċentrali mhijiex taqsima amministrattiva, bħaż-żewġ provinċji awtonomi , u m’għandhiex gvern reġjonali tagħha. Fl-era Jugożlava din il-parti bidet tissejjaħ, bis-Serbo-Kroat "uža Srbija" li tfisser litteralment "Serbja d-dejqa". Din hija biss tifsira ġeografika mingħajr l-ebda implikazzjonijiet politiċi.

Organizzazzjoni territorjali

[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm 29 distrett fis-Serbja (7 fil-Vojvodina, 8 fis-Šumadija u s-Serbja tal-Punent, 9 fin-Nofsinhar u l-Lvant tas-Serbja u 5 fil-Kosovo. L-unika parti tas-Serbja li mhix parti minn ebda distrett huwa t-territorju li jappartjeni lill-Belt ta’ Belgrad. , li għandha status speċjali simili ħafna għal dak ta’ distrett.

Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea

[immodifika | immodifika s-sors]
2012 - status ta' kandidat għall-UE

L-applikazzjoni tas-Serbja għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fid-19 ta' Diċembru 2009.

Fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tas-Serbja.

Fit-12 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea tat opinjoni pożittiva u rrakkomandat li s-Serbja tingħata l-istatus ta' pajjiż kandidat.

Fid-9 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill Ewropew talab lill-Kunsill biex jeżamina u jikkonferma li s-Serbja kienet kompliet turi impenn u tikseb aktar progress f'għadd ta' oqsma. Il-Kunsill imbagħad intalab jieħu deċiżjoni fi Frar 2012 dwar l-għoti ta' status ta' kandidat lis-Serbja, sabiex tiġi kkonfermata mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2012.

Fl-1 ta' Marzu 2012, il-Kunsill Ewropew ta lis-Serbja l-istatus ta' pajjiż kandidat.

Jannar 2014 - bidu tan-negozjati tal-adeżjoni

Fis-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew qabel li jibda negozjati tal-adeżjoni mas-Serbja mhux aktar tard minn Jannar 2014.

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-istati membri tagħha, u r-Repubblika tas-Serbja. Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013.

Il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mas-Serbja fis-17 ta' Diċembru 2013.

Laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni

Fil-21 ta' Jannar 2014, l-ewwel laqgħa tal-Konferenza mas-Serbja dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fetħet in-negozjati tal-adeżjoni. Minn dakinhar, saru għaxar laqgħat tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali fi Brussell.

Minn total ta' 35 kapitolu ta' negozjar, issa nfetħu17-il kapitolu għan-negozjati, li minnhom diġà ngħalqu żewġ kapitoli proviżorjament. Ser jiġu ppjanati aktar Konferenzi dwar l-Adeżjoni, kif xieraq, sabiex il-proċess jitmexxa 'l quddiem fit-tieni nofs tal-2019.

Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru s-Serbja. Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Demografija tas-Serbja.
Slovakki fis-Serbja waqt żifna tradizzjonali

Is-Serbja hija mgħammra l-aktar mis-Serbi. Minoranzi jinkludu l-Albaniżi (li huma fil-maġġoranza fil-provinċja tal-Kosovo-Metoħija), l-Ungeriżi, il-Bosnijaċi, r-Roma, l-Kroati, is-Slovakki, l-Bulgari, r-Rumeni, eċċ. Is-Serbja hija magħmula minn tlett territorji: il- provinċja tal-Kosovo-Metoħija, provinċja tal-Vojvodina u s-Serbja Ċentrali (Serb Ċirilliku: Централна Србија, Serb Latin: Centralna Srbija. Iż-żewġ provinċji huma etnikament diversi. Dan ġej mill-fatt li l-pajjiż ġie magħmul minn partijiet li kienu jiffurmaw parti, fin-nofsinhar, mill-Imperu Ottoman Musulman u fit-tramuntana mill-Imperu Asburġiku Kattoliku.

Il-provinċja ta' fuq tal-Vojvodina hija l-aktar parti żviluppata tal-pajjiż f’termini ta’ saħħa ekonomika. Bħall-eks-repubbliki Jugożlavi tas-Slovenja, Kroazja u l-Bosnja-Ħerzegovina, Vojvodina kienet parti mill-amministrazzjoni tal-Awstrija-Ungerija qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-Vojvodina hija waħda mill-aktar territorji etnikament diversi fl-Ewropa b’aktar minn 25 komunità nazzjonali differenti. Skont l-aħħar ċensiment (2002), din il-provinċja għandha popolazzjoni ta’ 2 miljuni, li minnhom: 65% huma Serbi, 14.3% huma Ungeriżi, 2.79% huma Slovakki, 2.78% huma Kroati, 2.71% mhux dikjarati, 2.45% Jugożlavi, 1.75% Montenegrini, 1.50% Rumeni, 1.43% Roma, 0.97% Bunjevci, 0.77% Ruteni, 0.58% Maċedonjani, 0.50% affiljazzjoni reġjonali, 0.23% Ukraini, oħrajn (Albaniżi, Sloveni, Ġermaniżi, Pollakki, Ċiniżi eċċ).


Statistika tal-popolazzjoni tas-Serbja (Mejju 2005)
  • Serbja (total): 9,396,411
    • Vojvodina: 2,116,725
    • Serbja Ċentrali: 5,479,686
    • Kosovo-Metoħija: 1,800,000

Il-proġezzjonijiet demografiċi tal-popolazzjoni futura tas-Serbja jbassru li fl-2030, il-popolazzjoni tas-Serbja ħa tkun magħmula minn 7,200,000 Albaniż u 6,300,000 Serb. Il-proġezzjonijiet huma bbażati fuq il-fatt li l-popolazzjoni etnika Albaniża fis-Serbja tirdoppja kull 20 sena (fl-1961 kien hemm 646,000 Albaniż waqt li fl-1981 kien hemm 1,226,000), waqt li l-popolazzjoni etnika Serba tibqa madwar 6,000,000 (6,016,000 Serb fl-1971, 6,352,000 Serb fl-2002). Il-ftit żieda fil-popolazzjoni Serba hija attribwita lid-dħul ta’ rifuġjati Serbi mill-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kroazja fl-1990 minħabba l-Gwerer Jugożlavi aktar milli riżultat ta’ xi tkabbir naturali tal-popolazzjoni.

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Ekonomija tas-Serbja.
GDP u tkabbir
Prodott Gross Domestiku
Real GDP (PPP):

$41.15 biljun (2005 est.) (Sors: CIA [1])

$43.46 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [2])

Real GDP per kapita (PPP):

$4,400 (2005 est.) (Sors: CIA [3])

$5,203 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [4])

Real GDP (rata ta' kambju):

$19.19 biljun (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA [5])

$26.59 biljun (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [6])

Real GDP per kapita (rata ta' kambju):

$3183.76 (2005 est.; għall-eks Serbja u Montenegro) (Sors: IMF [7])

Real GDP rata ta’ tkabbir (2005):

5.9% (2005 est.; mingħajr il-Kosovo) (Sors: CIA [8])

Statistika oħra
Rata ta’ tkabbir ta’ produzzjoni Industrijali: 7.1% (2004), 1.3% (2005)
Rata tal-qgħad: 20.0% (2005) (31.6% with Kosovo)
Inflazzjoni: 15.5% (2005)
Dejn Barrani: $15.43 Biljun (2005)
FDI (2005): $1 481 Miljun (Source: NBS [9])

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Michael Boro Petrovich, The History of Modern Serbia 1804-1918, 2 vols. I-II, Harcourt Brace Jovanovich, New York 1976.
  • Stevan K. Pavlowitch, (2002). Serbia: the History behind the Name, London: C. Hurst & Co. Publishers. ISBN 978-1-85065-476-6.
  • Dušan T. Bataković, Histoire du peuple serbe, (sous la direction de) D. T. Bataković, L'Age d'Homme, Lausanne 2005.
  • Dušan T. Bataković, The Kosovo Chronicles, Plato Books, Belgrade 1992.
  • The Serbs and Their National Interest, N. Von Ragenfeld-Feldman & D. T. Bataković (eds.), SUC, San Francisco & Belgrade 1997
  • Kosovo and Metohija. Living in the Enclave, D. T. Bataković (ed.), Institute for Balkan Studies, SASA, Belgrade 2007.
  • Dušan T. Bataković, Kosovo. Un conflit sans fin ?, Lausanne, L`Age d`Homme 2008.
  • Dušan T. Bataković, Serbia’s Kosovo Drama. A Historical Perspective, Čigoja Štampa, Belgrade 2012.


  1. ^ Census.gov. U.S. Department of Commerce http://www.census.gov/population/international/data/countryrank/rank.php. Miġbur 2013-05-09. Parametru mhux magħruf |archiveurl= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |author= injorat (forsi ridt tuża |awtur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |archivedate= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |accessdate= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Serbja". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  3. ^ Nazzjonijiet Uniti, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  • Serbija, Kunsill tal-Unjoni Ewropea


{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Serbja
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?