For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Ewropa tal-Lvant.

Ewropa tal-Lvant

Il-konfini tal-Ewropa tal-Lvant skont diversi definizzjonijiet:id-definizzjoni ġeografika (it-tliet tonalitajiet ta’ kannella);u d-definizzjoni ġeopolitika storika (il-pajjiżi bir-roża ċar huma dawk li kellhom ekonomija Soċjalista sal-1990; u bl-abjad tinkludi t-Turkija)

L-Ewropa tal-Lvant hija reġjun tal-kontinent Ewropew bejn bejn l-Ewropa tal-Punent u l-Asja. Ma hemm l-ebda definizzjoni konsistenti dwar iż-żona preċiża li jkopri dan ir-reġjun, parzjalment għaliex it-terminu għandu firxa wiesgħa ta’ konnotazzjonijiet ġeopolitiċi, ġeografiċi, etniċi, kulturali, u soċjoekonomiċi. Ir-Russja, li tinsab ukoll fil-Ewropa tal-Lvant, hija l-ikbar pajjiż tal-Ewropa u l-iktar wieħed popolat; bejn wieħed u ieħor tirrappreżenta 40 % tal-massa tal-art totali tal-kontinent, b’iktar minn 15 % tal-popolazzjoni totali tagħha.[1]

Skont iċ-Ċentru għat-Teknoloġiji Edukattivi fl-Università tal-Ġiżwiti ta’ Wheeling, fl-Istati Uniti, hemm “definizzjonijiet tal-Ewropa tal-Lvant kważi daqs kemm hemm studjużi tar-reġjun”. Dokument relatat tan-Nazzjonijiet Uniti jżid li “kull valutazzjonit ta’ identitajiet spazjali hija essenzjalment kostrutt soċjali u kulturali”.[2]

Definizzjoni partikolari tiddeskrivi l-Ewropa tal-Lvant bħala entità kulturali: ir-reġjun fl-Ewropa b’karatteristiċi prinċipali li jikkonsistu minn influwenzi kulturali Slavi, Griegi, Biżantini, Ortodossi tal-Lvant u anke Ottomani.[3] Definizzjoni oħra nħolqot matul il-Gwerra Bierda u ntużat daqslikieku sinonimu tat-terminu “Blokk tal-Lvant”. Definizzjoni simili ssemmi l-istati Ewropej li qabel kienu Komunisti ’l barra mill-Unjoni Sovjetika bħala l-Ewropa tal-Lvant. Tali definizzjonijiet spiss jitqiesu antikwati[4][5][6], iżda xi drabi jintużaw għal skopijiet statistiċi.[4]

Definizzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Ir-reġjuni kif jintużaw għal skopijiet statisitiċ mid-Diviżjoni tal-Istatistika tan-Nazzjonijiet Uniti (l-Ewropa tal-Lvant bir-roża, l-Ewropa tat-Tramuntana bil-blu, l-Ewropa tan-Nofsinhar bl-aħdar, u l-Ewropa tal-Punent biċ-ċilesti)

Illum il-ġurnata jeżistu diversi definizzjonijiet tal-Ewropa tal-Lvant iżda spiss ikollhom nuqqas ta’ preċiżjoni, ikunu ġenerali wisq, jew ikunu antikwati. Dawn id-definizzjonijiet jiġu dibattuti b’mod trasversali fost il-kulturi u fost l-esperti, anke fost ix-xjentisti politiċi[7], peress li t-terminu għandu firxa wiesgħa ta’ konnotazzjonijiet ġeopolitiċi, ġeografiċi, kulturali u soċjoekonomiċi. It-terminu “Ewropa tal-Lvant” ġie deskritt bħala “mċajpar”, peress li l-idea stess tal-Ewropa tal-Lvant qed tevolvi b’mod kostanti. Is-solidifikazzjoni tal-idea ta’ “Ewropa tal-Lvant” tmur lura l-iktar għall-perjodu tal-Illuminazzjoni (Franċiża).[8]

Filwaqt li l-konfini ġeografiċi tal-Lvant tal-Ewropa huma definiti sew, il-konfini bejn l-Ewropa tal-Lvant u tal-Punent mhijiex ġeografika iżda storika, reliġjuża u kulturali, għaldaqstant iktar għadma iebsa biex tiġi ddeżinjata.

Il-Muntanji tal-Ural, ix-xmara Ural, u l-Muntanji tal-Kawkasu huma l-fruntiera ġeografika tal-art tat-tarf tal-Lvant tal-Ewropa. Pereżempju l-Każakistan, li jinsab l-iktar fl-Asja Ċentrali bl-iktar partijiet tal-Punent tiegħu jinsabu fix-xmara Ural, jikkondividi parti mal-Ewropa tal-Lvant.

Madankollu, fil-Punent, il-konfini storiċi u kulturali tal-Ewropa tal-Lvant x’aktarx li jkunu soġġetti għal trikkib u, l-iktar ħaġa importanti, għaddew minn fluttwazzjonijiet storiċi, li jfisser li huwa pjuttost diffiċli li jkun hemm definizzjoni preċiża tal-konfini ġeografiċi tal-Punent tar-reġjun tal-Ewropa tal-Lvant (kif ukoll taċ-ċentru ġeografiku tal-Ewropa).

Raggruppament reġjonali Ewropew skont The World Factbook (hawnhekk l-Ewropa tal-Lvant bir-roża hija ekwivalenti għall-parti Ewropea tal-eks Unjoni Sovjetika; l-Ewropa tat-Tramuntana bil-blu, l-Ewropa tal-Punent biċ-ċilesti, l-Ewropa Ċentrali bl-isfar ċar, l-Ewropa tal-Lbiċ bl-aħmar, l-Ewropa tan-Nofsinhar bl-aħdar u l-Ewropa tax-Xlokk bil-kannella)

Ix-xiżma bejn il-Lvant u l-Punent (li bdiet fis-seklu 11 u tippersisti fil-preżent) qasmet il-Kristjaneżmu fl-Ewropa (konsegwentement fid-dinja) fi tnejn: il-Kristjaneżmu tal-Punent u l-Kristjaneżmu tal-Lvant.

L-Ewropa tal-Punent skont dan il-puntdivista hija magħmula minn pajjiżi bi knejjes Protestanti u Kattoliċi Rumani dominanti (inkluż pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali bħall-Kroazja, is-Slovenja, l-Awstrija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja).

L-Ewropa tal-Lvant hija magħmula minn knejjes Ortodossi dominanti, bħal pereżempju l-Armenja, il-Belarussja, il-Bulgarija, Ċipru, il-Georgia, il-Greċja, il-Moldova, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Rumanija, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna.[9][10] Il-Knisja Ortodossa tal-Lvant kellha rwol prominenti fl-istorja u l-kultura tal-Ewropa tal-Lvant u tax-Xlokk.[11]

Xiżma hija d-diviżjoni tat-twemmin u tat-teoloġija tal-istess nisel, li issa huma maqsuma fil-knejjes tal-Lvant (Ortodossi) u tal-Punent (Kattoliċi Rumani mis-seklu 11 kif ukoll Protestanti mis-seklu 16). Din id-diviżjoni ddominat l-Ewropa għal sekli sħaħ, għad-differenza tad-diviżjoni tal-Gwerra Bierda li damet biss erba’ deċennji.

Mix-Xiżma l-Kbira tal-1054, l-Ewropa ġiet diviża bejn il-knejjes Kattoliċi Rumani u Protestanti fil-Punent, u l-knejjes Kristjani Ortodossi tal-Lvant (ħafna drabi msejħa Ortodossi Griegi bi żball) fil-Lvant. Minħabba din il-qasma reliġjuża, il-knejjes Ortodossi tal-Lvant spiss jiġu assoċjati mal-Ewropa tal-Lvant. Madankollu, qasma ta’ dan it-tip spiss tkun problematika; pereżempju, il-Greċja għandha maġġoranza kbira Ortodossa, iżda qajla tiġi inkluża fl-Ewropa tal-Lvant, għal varjetà ta’ raġunijiet, u l-iktar waħda prominenti hi li l-istorja tal-Greċja, fil-biċċa l-kbira tagħha, kienet iktar influwenzata minn kulturi u kuntatti Mediterranji.[12]

Gwerra Bierda

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-waqgħa tal-Purtiera tal-Ħadid temmet id-diviżjoni bejn il-Lvant u l-Punent fl-Ewropa ta’ żmien il-Gwerra Bierda[13], iżda dan il-kunċett ġeopolitiku xi kultant jintuża għal referenza ta’ malajr mill-mezzi tax-xandir.[14] Definizzjoni oħra li ntużat matul il-Gwerra Bierda li damet 40 sena bejn l-1947 u l-1989, kienet bejn wieħed u ieħor sinonima mat-termini l-Blokk tal-Lvant u l-Patt ta’ Varsavja. Definizzjoni simili ssemmi l-istati Ewropej eks Komunisti ’l barra mill-Unjoni Sovjetika bħala l-Ewropa tal-Lvant.[3]

L-istoriċi u x-xjentisti soċjali ġeneralment iqisu li tali definizzjonijiet huma kemxejn antikwati jew ma japplikawx iżjed.[4]

Sottoreġjuni Ewropej skont il-EuroVoc (l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant bl-aħmar, l-Ewropa tal-Punent bl-aħdar, l-Ewropa tan-Nofsinhar bl-isfar, u l-Ewropa tat-Tramuntana bil-blu)

EuroVoc, teżawru multilingwi ġestit mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, għandu entrati bi “23 lingwa tal-UE” (il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonu, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Litwan, il-Latvjan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Iżvediż), kif ukoll bil-lingwi tal-pajjiżi kandidati (l-Albaniż, il-Maċedonu u s-Serbjan). Minn dawn il-lingwi, dawk bil-korsiv huma kklassifikati bħala l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant f’dan is-sors.[5]

Żviluppi kontemporanji

[immodifika | immodifika s-sors]

Stati Baltiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO[15], il-EuroVoc, in-National Geographic Society, il-Kumitat għall-Kooperazzjoni Internazzjonali fir-Riċerka Nazzjonali fid-Demografija, u t-Teżawru STW għax-Xjenza Ekonomika jpoġġu l-Istati Baltiċi fl-Ewropa tat-Tramuntana, filwaqt li l-World Factbook tas-CIA jpoġġi r-reġjun fl-Ewropa tal-Lvant b’assimilazzjoni b’saħħitha mal-Ewropa tat-Tramuntana. Dawn huma t-tmien membri tal-forum tal-kooperazzjoni reġjonali Nordika-Baltika msejħa l-Grupp ta’ Visegrád.[16] Il-Forum tal-Ġejjieni tat-Tramuntana, il-Bank tal-Investiment Nordiku, il-Grupp tal-Battalja Nordiku, il-forum tal-kooperazzjoni reġjonali Nordika-Baltika u l-Lega Anseatika l-Ġdida huma eżempji oħra ta’ kooperazzjoni Ewropea tat-Tramuntana li jinkludu t-tliet pajjiżi b’mod kollettiv bħala l-Istati Baltiċi:

Tliet nazzjonijiet tal-Kawkasu huma inklużi f’definizzjonijiet jew l-ġrajjiet storiċi tal-Ewropa tal-Lvant. Dawn jinsabu fiż-żona ta’ tranżizzjoni tal-Ewropa tal-Lvant u l-Asja tal-Punent. Huma jipparteċipaw fil-programm tas-Sħubija tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea, fl-Assemblea Parlamentari tal-Euronest, u huma membri tal-Kunsill tal-Ewropa, li jispeċifikaw li t-tliet pajjiżi għandhom konnessjonijiet politiċi u kulturali mal-Ewropa. F’Jannar 2002, il-Parlament Ewropew indika li l-Armenja u l-Georgia jaf jidħlu fl-UE fil-futur.[17] Madankollu, il-Georgia attwalment hija l-unika nazzjon tal-Kawkasu li qed ifittex attivament li jikseb is-sħubija fl-UE u fin-NATO. It-tliet nazzjonijiet ikkonċernati huma:

Fir-reġjun tal-Kawkasu hemm tliet Repubbliki indipendenti de facto, b’rikonoxximent limitat. Dawn it-tliet stati jipparteċipaw fil-Komunità għad-Demokrazija u d-Drittijiet tan-Nazzjonijiet u huma:

  • ir-Repubblika tal-Abkażja,
  • ir-Repubblika ta’ Artsakh (jew ta’ Nagorno-Karabakh), kif ukoll
  • l-Ossezja tan-Nofsinhar.

Stati Eks Sovjetiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Xi repubbliċi Ewropej tal-Eks Unjoni Sovjetika jitqiesu bħala parti mill-Ewropa tal-Lvant:

  • il-Belarussja,
  • il-Moldova (is-soltu tiġi raggruppata mal-istati mhux Baltiċi post-Sovjetiċi iżda xi drabi titqies bħala parti mill-Ewropa tax-Xlokk),[19]
  • ir-Russja (ir-Russja Ewropea),
  • l-Ukrajna.

Fost l-istati kontroversjali hemm:

Ewropa Ċentrali

[immodifika | immodifika s-sors]

It-terminu Ewropa Ċentrali sikwit jintuża mill-istoriċi biex jirreferu għall-istati li qabel kien jiffurmaw parti mill-Imperu Ruman Sagru, mill-Imperu Awstro-Ungariku, u l-porzjon tal-Punent tal-Commonwealth Pollakk-Litwan.

Għalhekk, f’xi sorsi tal-mezzi tax-xandir, it-terminu Ewropa Ċentrali jista’ parzjalment ikollu trikkib mat-terminu Ewropa tal-Lvant ta’ żmien il-Gwerra Bierda. Il-pajjiżi li ġejjin jiġu rreferuti bħala tal-Ewropa Ċentrali minn xi kummentaturi, minkejja li oħrajn għadhom jikkunsidrawhom bħala tal-Ewropa tal-Lvant[20][21][22]:

  • l-Awstrija,[23]
  • iċ-Ċekja,
  • il-Kroazja (tiġi inkluża wkoll kemm fl-Ewropa Ċentrali[22] kif ukoll tax-Xlokk[24]),
  • l-Ungerija,
  • il-Polonja,
  • ir-Rumanija (tiġi inkluża wkoll kemm fl-Ewropa Ċentrali kif ukoll tax-Xlokk[25]),
  • is-Serbja (tiġi inkluża l-iktar fl-Ewropa tax-Xlokk iżda xi drabi fl-Ewropa Ċentrali),[26]
  • is-Slovakkja,
  • is-Slovenja (tiġi inkluża l-iktar fl-Ewropa Ċentrali iżda xi drabi wkoll fl-Ewropa tax-Xlokk).[27]

Ewropa tax-Xlokk

[immodifika | immodifika s-sors]

Xi pajjiżi fl-Ewropa tax-Xlokk jistgħu jitqiesu bħala parti mill-Ewropa tal-Lvant. Xi drabi wħud minnhom, allavolja qajla tiġri, jistgħu jiġu kkaratterizzati bħala pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Ewropa tan-Nofsinhar[2], u oħrajn jistgħu jiġu inklużi wkoll fl-Ewropa Ċentrali.

Għalhekk, f’xi sorsi tal-mezzi tax-xandir, it-terminu Ewropa tax-Xlokk jista’ parzjalment ikollu trikkib mat-terminu Ewropa tal-Lvant ta’ żmien il-Gwerra Bierda. Il-pajjiżi li ġejjin jiġu rreferuti bħala tal-Ewropa tax-Xlokk minn xi kummentaturi, minkejja li oħrajn għadhom jikkunsidrawhom bħala tal-Ewropa tal-Lvant[20][21][22]:.[28]

  • l-Albanija,
  • il-Bożnija-Ħerzegovina,
  • il-Bulgarija,
  • il-Kroazja (tiġi inkluża wkoll kemm fl-Ewropa Ċentrali[22] kif ukoll tax-Xlokk[24]),
  • il-Greċja,
  • il-Moldova (is-soltu tiġi raggruppata mal-istati mhux Baltiċi post-Sovjetiċi iżda xi drabi titqies bħala parti mill-Ewropa tax-Xlokk)[29]
  • il-Montenegro,
  • il-Maċedonja ta’ Fuq,
  • ir-Rumanija (tiġi inkluża wkoll kemm fl-Ewropa Ċentrali kif ukoll tax-Xlokk[25]),
  • is-Serbja (tiġi inkluża l-iktar fl-Ewropa tax-Xlokk iżda xi drabi fl-Ewropa Ċentrali),[26]
  • is-Slovenja (tiġi inkluża l-iktar fl-Ewropa Ċentrali iżda xi drabi wkoll fl-Ewropa tax-Xlokk),[27]
  • it-Turkija (ir-reġjun tat-Traċja tal-Lvant biss, fil-Punent tal-Istretti Torok; dan jikkostitwixxi inqas minn 3 % tal-massa tal-art tal-pajjiż iżda jinkludi 14 % tal-popolazzjoni totali).

Fost l-Istati parzjalment rikonoxxuti hemm:

  1. ^ "The Balkans". www.cotf.edu. Miġbur 2021-03-23.
  2. ^ a b "UNSD — Methodology". unstats.un.org. Miġbur 2021-03-23.
  3. ^ a b Ramet, Sabrina P. (1998). Eastern Europe: politics, culture, and society since 1939. Indiana University Press. p. 15. ISBN 978-0253212566.
  4. ^ a b ċ "Regions and Eastern Europe Regionalism - The Future Of Eastern Europe". science.jrank.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
  5. ^ a b "Wrongly labelled". The Economist. 2010-01-07.
  6. ^ Frank H. Aarebrot (14 May 2014). The handbook of political change in Eastern Europe. Edward Elgar Publishing. pp. 1–. ISBN 978-1-78195-429-4.
  7. ^ Drake, Miriam A. (2005) Encyclopedia of Library and Information Science, CRC Press.
  8. ^ "The concept of "Eastern Europe" in past and present". www.unibas.ch (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
  9. ^ "Religious Belief and National Belonging in Central and Eastern Europe" (bl-Ingliż). 2017-05-10. Miġbur 2021-03-23.
  10. ^ "The History of Georgian Orthodox Church". www.atlantaserbs.com. Miġbur 2021-03-23.
  11. ^ Ware 1993, p. 8.
  12. ^ Peter John, Local Governance in Western Europe, University of Manchester, 2001, ISBN 9780761956372.
  13. ^ "The End of East-West Division But Not the End of History | UN Chronic…". archive.ph. 2012-07-13. Miġbur 2021-03-23.
  14. ^ "Migrant workers: What we know" (bl-Ingliż). 2007-08-21. Miġbur 2021-03-23.
  15. ^ "UNSD — Methodology". unstats.un.org. Miġbur 2021-03-23.
  16. ^ Kft, Webra International (2006-08-15). "The Visegrad Group: the Czech Republic, Hungary, Poland and Slovakia | About the Visegrad Group". www.visegradgroup.eu (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
  17. ^ "Report on the communication from the Commission to the Council and the European Parliament on the European Union's relations with the South Caucasus, under the partnership and cooperation agreements - Committee on Foreign Affairs, Human Rights, Common Security and Defence Policy - A5-0028/2002". www.europarl.europa.eu. Miġbur 2021-03-23.
  18. ^ "Department for General Assembly and Conference Management |". www.un.org. Miġbur 2021-03-23.
  19. ^ M. A., Geography; B. A., Geography. "Where Exactly Are the Balkan States?". ThoughtCo (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
  20. ^ a b Wallace, W. The Transformation of Western Europe London, Pinter, 1990.
  21. ^ a b Huntington, Samuel The Clash of Civilizations Simon & Schuster, 1996.
  22. ^ a b ċ d Johnson, Lonnie (1996). Central Europe : enemies, neighbors, friends. New York : Oxford University Press.
  23. ^ "Central Europe". ec.europa.eu (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
  24. ^ a b "Croatia - The World Factbook". www.cia.gov. Miġbur 2021-03-23.
  25. ^ a b "U.S. Energy Information Administration (EIA)". www.eia.gov. Miġbur 2021-03-23.
  26. ^ a b Steven Tötösy de Zepetnek, Louise Olga Vasvári (2011). Comparative Hungarian Cultural Studies. Purdue University Press. ISBN 9781557535931.
  27. ^ a b Armstrong, Werwick. Anderson, James (2007). "Borders in Central Europe: From Conflict to Cooperation". Geopolitics of European Union Enlargement: The Fortress Empire. Routledge. p. 165. ISBN 978-1-134-30132-4.
  28. ^ Bideleux and Jeffries (1998) A History of Eastern Europe: Crisis and Change.
  29. ^ M. A., Geography; B. A., Geography. "Where Exactly Are the Balkan States?". ThoughtCo (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-23.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Ewropa tal-Lvant
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?