For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Feniċi.

Feniċi

Il-Feniċi kkolonjalizzaw il-postijiet kollha mmarkati bl-oranġjo

Il-Feniċi kienu poplu mil-Lvant Nofsani, min-naħat ta' fuq ta' fejn illum il-pjanuri tal-Lebanon, is-Sirja u l-Palestina.

Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li tferrxet tul il-Baħar Mediterran fl-ewwel millenju Q.K.[1] Anki jekk in-nies ta' dawk ir-reġjuni kienu jsejħu lilhom infushom Kanaaniti, l-isem Feniċi ingħata mill-Griegi, li kienu jsejħulhom Phoiniki - Φοινίκη (Phoiníkē); il-kelma Griega għal Feniċi kienet sinonimu ta' kulur vjola fl-aħmar, bil-Grieg φοινίξ (phoinix), minħabba l-fatt li l-Feniċi kienu jikkummerċjaw drapp miżbugħ b'dan dan il-kulur. Dan il-kulur jinsab fil-bekkum, bebbuxu tal-baħar (isem xjentifiku: Murex trunculus.

Il-Feniċi baqgħu jkattru r-rotot kummerċjali tagħhom u kienu waqqfu kolonji matul il-vjaġġi tagħhom, bħal Kartaġni, Lilybaeum, Spanja, Sardinja, Malta u anki mal-kosta Afrikana fl-Atlantiku.

Il-Feniċi kienu jitkellmu ilsien Semitiku imsejjaħ Puniku mir-Rumani, minħabba li l-kelma għal vjola bil-Latin kienet Puniceus. Anki jekk il-Feniċi biż-żmien naqsu mill-kummerċ tagħhom, xorta il-kultura tagħhom baqgħet ħajja matul is-sekli madwar il-Mediterran kollu.

Bidu tal-Poplu Feniċju

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa diffiċli li wieħed jistabbilixxi data u post partikolari għal kif u fejn oriġinaw il-Feniċi bħala poplu distint minn ċiviltajiet u tribujiet kontemporanji oħra. Dan għaliex dawn kienu jgħixu fi bliet separati minn xulxin b'art muntanjuża, u kull waħda minn dawn l-ibliet kellha t-tmexxija awtonoma tagħha. Minkejja li ma kienx hemm gvern wieħed li jikkmanda dawn l-ibliet f'daqqa, xorta dawn kellhom karatteristiċi li jgħaqqduhom flimkien bħala ċiviltà omoġenja. Il-Feniċi ma kienu ħadd għajr ħlief il-Kananiti li jissemmew fil-Kotba Mqaddsa.[2][3][4] Dawn kienu jabitaw fl-ibliet ta' Tir, Sidon, Byblos, Akka, u Serepta fost oħrajn;[5][6] kollha bliet max-xtut tal-Libanu, is-Sirja u f'partijiet tal-kosta Palestinjana fejn illum hemm l-istat ta' Iżrael. Biż-żmien dawn l-abitanti kienu spiċċaw imrekkna fil-pjanuri ta' qrib ix-xtut tal-Lvant Nofsani, minħabba li madwar l-1200 Q.K. sar ħafna ċaqliq ta' popli fil-Lvant Nofsani, meta daħlu l-Filistini, l-Iżraeliti, popli li emigraw mill-Eġew u l-Balkani (magħrufa bl-Ingliż bħala s-Sea Raiders jew is-Sea Peoples) kif ukoll tribujiet li qarrbu lejn l-art tal-Palestina, min-naħa tat-Tramunta bħal ma kienu l-Aramej.

B'mod ironiku, ħafna mill-materjal arkeoloġiku li hu attribwit strettament għall-poplu Feniċju ma nstabx f'dawn l-ibliet imsemmija hawn fuq iżda 'l bogħod minn arthom, f'siti arkeoloġiċi mxerrda madwar il-Mediterran kollu. Fil-vjaġġi tagħhom, il-Feniċi tħalltu ma' ħafna nies u dawn il-baħħara-negozjanti influwenzaw b'diversi modi lil bosta popli, filwaqt li fl-istess ħin huma ġew influwenzati minnhom. L-ilsien tal-Feniċi kien wieħed mid-djaletti Semitiċi li żviluppaw fil-Lvant Nofsani. Kontemporanju mal-ilsien Feniċju kien hemm l-Aramajk kif ukoll l-ilsien Ebrajk. Wieħed jista' jibda' jidentifika l-Feniċi bħala poplu distint, b'ċertezza minn madwar l-1200 Q.K.[7] Il-Feniċi juru min huma b'diversi modi, mhux biss fl-ilsien tagħhom iżda anki fit-twemmin reliġjuż u r-ritwali tagħhom, kif ukoll fil-kwalità tax-xogħlijiet artiġjanali, l-aktar fil-fuħħar, fix-xogħol ornamentali, fid-deheb, fil-vażetti tal-ħġieġ u fid-drapp ħamrani-vjola li tant kien magħruf mal-Mediterran kollu. Dan tal-aħħar x'aktarx kien ir-raġuni prinċipali għaliex il-Feniċi bdew jikkummerċjaw ma' nies tant 'il bogħod minn arthom. Fuq il-fuħħar kienu jħobbu jiddisinjaw linji ġeometriċi, spirali u linji mmewġa, disinji ta' pjanti, l-aktar il-weraq tal-palm, u disinji ta' annimali, bosta minnhom ispirati mill-Anatolja, mis-Sirja, mill-Mesopotamja, u aktar u aktar mill-arti Eġizzjana. Dawn l-artiġjana kienu jagħmlu wkoll dekorazzjoni bl-avorju fuq l-injam b'dettalji artistiċi.[8]

Modi oħra kif jiġu identifikati l-Feniċi huma mill-kitba tagħhom. Għall-ewwel darba fl-istorja il-Feniċi żviluppaw alfabett magħmul minn kwantità ta' karattri li kull wieħed minnhom jirrappreżentaw ħoss ta' konsonant. Din il-kitba ġiet studjata mill-esperti u ddeċifrata b'mod li l-kitba Feniċja tista' tinqara'. Aktar tard, ma' dawn il-konsonanti, il-Griegi żiedu l-karattri li jirrappreżentaw il-ħsejjes tal-vokali biex b'hekk għaqqdu alfabett simili għal dak li nafu bih illum.

Madwar l-1000 Q.K., il-Feniċi kienu bdew jivvjaġġaw fuq l-imriekeb tagħhom biex jinnegozjaw l-aktar mal-abitanti ta' Ċipru.[9] Hemm stabbilew kolonja permanenti fejn setgħu jinnegozjaw u jpartu d-drapp ħamrani-vjola tagħhom mar-ram (Kúpros - l-isem ta' Ċipru - ifisser ram). Minn Ċipru kienu wkoll jimpurtaw il-ħadid u d-deheb li f'dik il-gżira huma materja prima.[10] Intant l-isem "Feniċi", ingħata lilhom mill-Griegi - Phoinikes, referenza għad drapp ħamrani li l-Feniċi kienu jesportaw. Din ir-referenza ma kinitx tirreferi għall-poplu kollu Feniċju, iżda aktar għal dawk in-negozjanti li jbigħu d-drapp ħamrani. Intant il-Feniċi kienu jsejħu lilhom infushom, Kananiti (bl-Akkadjan: Kinakhnu).[11] L-istess l-Eġizzjani kienu jafuhom ukoll b'dan l-isem.

Sat-tmien seklu Q.K., il-Feniċi kienu diġà bdew jinfirxu u jinnegozjaw madwar il-Mediterran kollu. Huma kienu stabbilew preżenza f'bosta portijiet għall-kummerċ f'diversi prodotti artiġjanali. Intant hawn min jgħid li l-Feniċi kienu wkoll jagħmluha ta' sensara jew intermedjarji biex ibigħu l-prodotti ta' ħaddieħor.[12] Minħabba dan in-negozju kontinwu, dawn stabbilew l-aġenti tagħhom f'bosta portijiet u dawn min-naħa tagħhom ġabu lil qrabathom biex jgħixu magħhom b'mod permanenti. B'hekk inħolqu bil-mod il-mod il-kolonji Feniċi b'mod paċifiku u naturali. Wieħed minn dawn il-postijiet kien f'Kartaġni, fit-Tuneżija; Kart Ħadaxt tfisser, il-Belt il-Ġdida. Minn kolonja Feniċja, din il-belt kibret sew u saret belt ekonomikament u militarment b'saħħitha, tant li kienet saret indipendenti u superjuri għall-ibliet minn fejn oriġinaw il-kolonizzaturi Feniċi. Intant, sa 574 Q.K. Tir, l-iktar belt Feniċja importanti ġiet meqruda, filwaqt li Kartaġni kompliet tiffjorixxi u ħolqot anki l-kolonji satellitari għaliha fi Spanja, f'Sardenja, fil-gżejjer Baleariċi, u f'Mozja, gżira żgħira qrib Marsala. fi Sqallija.

Żmien Puniku

[immodifika | immodifika s-sors]

Mis-seklu ħamsa Q.K. 'il quddiem, il-kultura Feniċja fil-Mediterran ġiet eġemonizzata minn dik tal-Kartaġiniżi. Minn hawn, l-istoriċi jibdew jirreferu għal din il-kultura li saret ibbażata aktar fil-Punent tal-Mediterran, bħala waħda Punika. It-terminu "Puniku" jirreferi b'mod ġeneriku għall-kultura Feniċja ta' wara l-ħames seklu Q.K. b'referenza għal Kartaġni bħala l-bażi prinċipali.[13]

Feniċi f'Malta

[immodifika | immodifika s-sors]

Mhux magħruf għaliex il-Feniċi bdew jikkummerċjaw ma' Malta. Anzi hemm dubju jekk kinux jikkummerċjaw ma' Malta. Dan għas-sempliċi raġuni li Malta ma kellha l-ebda materja prima li biha wieħed seta' jpartat mal-prodotti offruti mill-baħħara-negozjanti Feniċi.[14] X'aktarx l-ewwel darba li l-Feniċi tefgħu saqajhom l-art kien minħabba li Malta kienet tinsab fi triqithom lejn artijiet oħra u setgħu jagħmlu waqfa fil-portijiet ta' Malta matul il-vjaġġ twil tagħhom. [15]Jista' jkun ukoll li hawn kien isir xi tiswijiet u manutenzjoni fuq l-imriekeb tagħhom qabel ma jkomplu l-vjaġġ.[16] Minħabba li l-Lvant ta' Sqallija kien diġà kkolonizzat mill-Griegi, il-Feniċi qatt ma stabbilew ruħhom f'dawk in-naħat ta' Sqallija.[17] Biss, stabbilew kolonja Feniċja fuq il-gżira ta' Mozja, gżira qrib Marsala. Dan ifisser li biex il-baħħara setgħu jaslu Mozja u warajha jaqsmu għal Kartaġni jew Sardinja, riedu jgħaddu mill-Kanal ta' Sqallija u għalhekk qrib Malta. F'Malta setgħu jtellgħu fl-imriekeb tagħhom l-art biex jinxef l-injam mill-ilmu li kien beda jtaqqlu, u biex ifornu lilhom infushom bl-ilma tax-xorb u l-ikel għall-bqija tal-vjaġġ. Biex jingħata l-proviżjon u servizzi oħra, l-abitanti Maltin kienu ipartu mall-prodotti li l-Feniċi kienu qed iġorru magħhom abbord.  


Fdalijiet Feniċi f'Malta

L-eqdem fdalijiet ta' oġġetti, binjiet u oqbra Feniċji li nstabu f'Malta jmorru lura għall-aħħar tat-tmien / bidu tas-seba' seklu Q.K.[18] Dawn in-nies baħħara x'aktarx lbaħħru mal-kosta tat-Tramuntana tal-Mediterran, u għamlu diversi waqfiet, l-aħħar waħda tkun fi Kreta, imbagħad salpaw lejn Malta fejn kienu jaslu wara xi erbatax il-jum.[19] Minħabba f'hekk instabu oġġetti li jagħtu wieħed x'jifhem li dawn il-baħħara tħaltu u partu ma' dawn in-nies. Jidher li wara xi ftit, il-Feniċi mhux biss bbażaw ruħhom madwar il-portijiet Maltin, bħal f'Marsaxlokk, fejn bnew tempju iddedikat lil Axtarte fuq l-għolja ta' Tas-Silġ. Fl-iskavi li saru fl-aħħar snin fl-Imdina, u f'oqbra fl-Imtarfa u Għajn Qajjet instabu bosta indikazzjonijiet li l-Feniċi kienu wara xi ġenerazzjonijiet bdew anki jgħixu hemm b'mod permanenti, minkejja li l-Imdina hi 'l bogħod mill-portijiet. Dan ifisser li kien hemm min telaq x-xogħol ta' baħħar u daħal għal xogħol u ħajja oħra anki dik agrikola. [20] [21]

Fost affarijiet li nstabu fl-inħawi tar-Rabat hemm is-sarkofagu li nstab f'Ħal Barka, illum esebit fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. Dan it-tebut hu magħmul kollu kemm hu mit-tafal u hu ta' stil Eġizzju-Rodjan.[22] Instabet ukoll bieqja b'disinji ta' għasafar fuqha, u kalċi li żgur kienu xogħol artiġjanali Grieg. Il-fuħħar miżbugħ bl-aħmar u msajjar darbtejn biex ileqq (Red slip ware) jindika li dan ix-xogħol kien isir Malta,fl-eqdem żminijiet li l-Feniċi stabbilew ruħhom hemm.[23] Instabu wkoll diversi amuletti li juru li l-Feniċi kienu jemmnu mhux biss fl-allat tagħhom, bħal Melkart, Ba'al u Axtarte, iżda anki f'allat Eġizzjani bħal Anubis, Horus, u Isis. Ix-xbieha tagħhom kienet ta' spiss tidher fuq l-amuletti li kienu jintlibsu bħala taliżmani biex jipproteġu lilhom infushom minn kull periklu, kemm dak fiżiku kif ukoll dak spiritwali. Ma' dawn instabu amuletti bis-simbolu tal-għajn (l-uġjat), bħala simbolu tal-alla Eġizzjan, Horus. Ma' dawn instab l-Ankħ - is-simbolu tal-ħajja li jidher kemm-il darba f'idejn il-farawni Eġizzjani. Skont Antonia Cesca dawn ħafna drabi kienu impurtati minn Kartaġni.[24]

F'Malta l-ismijiet tal-allat Feniċi jidhru kemm-il darba f'diversi iskrizzjonijiet. L-isem ta' Axtarte, l-alla mara, instab kemm-il darba mnaqqax fuq il-fuħħar, fit-tempju Tas-Silġ. Bħal f'Kartaġni u f'Mozja, f'Malta jidher li kien isir is-sagrifiċċju uman - magħruf bħala, il-molk. Din kienet użanza fejn, skont kif jingħad, l-ewwel tifel imwieled fil-familja, ta' xi disa' snin, kien jinqatel u jinħaraq bħala sagrifiċċju lill-alla Ba'al. Il-post ta' dan is-sagrifiċċju hu magħruf bħala t-tofet. Għalkemm dan it-tofet qatt ma nstab f'Malta, biss fl-inħawi tal-Virtù, ir-Rabat, instabet stelae (lapida funerarja) u disinn ta' stelae oħra bl-istess tip ta' skrizzjonijiet li jsemmu l-offerta tal-Molk lill-alla Ba'al Ħamon.[25][26]

Fil-218 Q.K., Malta ġiet maħkuma mir-Rumani. Biss, jidher li dan l-avveniment militari u politiku ma rnexxilux joqtol u jidfen il-kultura Feniċjo-Punika, għax anki waqt il-perjodu Ruman, sa sekli wara, l-ilsien Puniku baqa' mitkellem u miktub mill-abitanti Maltin. Dan hu vverifikat mill-iskrizzjonijiet Puniċi u Griegi li instabu fuq iż-żewġ ċippi li nstabu f'Marsaxlokk, li jmorru lura għas-seklu 2 Q.K.

Nota tal-aħħar dwar il-Feniċi: Meta Santu Wistin (354- 430 AD), saqsa lil xi bdiewa li kienu jgħixu qrib Kartaġni min huma, dawn wiġbuh li huma kienu Kananiti.[27]

  1. ^ "Phoenicia | Definition, Location, History, Religion, & Facts". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-29.
  2. ^ Scott, John C (2018). "The Phoenicians and the Formation of the Western World". Comparative Civilizations Review. 78 (78).
  3. ^ Quinn, Josephine Crawley (2017). In Search of the Phoenicians. Princeton University Press. ISBN 978-1-4008-8911-2. pp. 2, 204.
  4. ^ Frendo, Anthony. 'Some Observations on the investigation of the Phoenicians / Canaanites in teh ancient Mediterranean world', Journal of Mediterranean Studies, 1993. Vol 3. no 2. p.170.
  5. ^ Aubet, Maria Eugenia (2001). The Phoenicians and the West: Politics, Colonies and Trade. Translated by Turton, Mary. Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-79543-2. p. 17.
  6. ^ "Phoenicia". World History Encyclopedia (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-29.
  7. ^ Gouder, Tancred C. 'Accenni su Malta Feniċia' - Malta Archaeologicla Review, Issue 3, 1999. p. 17.
  8. ^ Gouder, Tancred C. The Phoenicians - Origin and Colonial Expansion - An Outline (Essay source unkown). p. 7.
  9. ^ Gouder, Tancred C. Malta and the The Lombard Bank Annual Report 1991. Lombard Bank (Malta) Ltd. p. 3.
  10. ^ Cesca, Antonia. 'Le Isole Maltesi e il Mediterraneao Fenice' - Malta archaeological Review Issue 3, 1999. p. 21.
  11. ^ Gouder, Tancred C. The Phoenicians - Origin and Colonial Expansion - An Outline. p. 3.
  12. ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punica and Roman. Midsea Books Ltd. p. 28.
  13. ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. p. 40.
  14. ^ Bonnano, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. pp. 28, 29.
  15. ^ Gouder, Tancred C. 'Malta and the Phoenicians', Lombard Bank (Malta Ltd.) Annual Report 1991. p. 4.
  16. ^ Ciasca, Antonia. Malta Archeological Review Issue 2 1999 (bit-Taljan). Media Centre. p. 23.
  17. ^ Ciasca, Antonia. 'Malta' I Feniċi Ed. Sabatino Moscati. p. 206.
  18. ^ Gonzalez, Pablo Vidal. Malta in Phoenician and Punic times -Malta Archaeological Review, Issue 3, 1999. Media Centre. p. 26.
  19. ^ Gonzalez, Pablo Vidal. Malta in Phoenician and Punic Times - Malta Archaeological Review Issue 3, 1999. p. 26.
  20. ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. pp. 22–32, p. 48.
  21. ^ Gonzalez, Pablo Vidal. 'Malta in Phoenician and Punic times' Malta Archaeological Review, Issue 3, 1999. p. 26.
  22. ^ Gouder, Tancred C. 'Malta and the Phoenicians' Lombard Bank (Malta) Ltd - Annual Report 1991.
  23. ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. p. 54.
  24. ^ Cesca, Antonia. 'Malta' - I Feniċi Ed. Sabatino Moscati (Bompani).
  25. ^ Gouder, Tancred C. 'Accenni su Malta Fenicia' -Malta Archaeological Review, Issue 3, 1999. p. 19.
  26. ^ Bonanno, Anthony. Malta - Phoenician, Punic, and Roman. p. 40.
  27. ^ Frendo, Anthony. 'Some observations on the investigation of the Phoenicians / Canaanites in the ancient Mediterranean world', Journal of Mediterranean Studies, 1993, Vol. 3 No. 2. p. 170.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Feniċi
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?