For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Filosofija Ellenistika.

Filosofija Ellenistika

Il-Filosofija Ellenistika hi dak il-perjodu fl-istorja tal-Filosofija tal-Punent li kien ġie żviluppat miċ-ċiviltà Ellenistika wara Aristotli u li ntemm mal-bidu tan-Neoplatoniżmu.


Skejjel tal-ħsieb Ellenistiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Pitagoriżmu huwa sistema filosofika u xjentifika żviluppata minn Pitagora, u li influwenza kważi s-sistemi filosofiċi Ellenistiċi kollha li ġew warajh. Eventwalment żviluppaw żewġ skejjel ta' ħsieb Pitagoriku, waħda bbażata fuq il-matematika u li kompliet il-ħidma xjentifika tiegħu, u l-oħra li ffukat iktar fuq it-tagħlim eżoteriku ta' Pitagora, għalkemm it-tnejn li huma kellhom parti mill-oħra.

  • Pitagora ta' Krotone (570-495 QK)
  • Ippasu (Seklu V QK)

Fil-Greċja tal-qedem, is-sofisti kienu kategorija t'għalliema speċjalizzati f'għodod filosofiċi u retoriċi bl-għan li jgħallu aretê — eċċellenza, jew virtù — l-aktar lil statisti u nobbli żgħażagħ.

  • Protagora (490-420 QK)
  • Gorġa (485-380 QK)
  • Antifone (480-411 QK)

Iċ-Ċiniċi kienu setta ta' filosfi axxeti li bdew b'Antistene fir-raba' seklu QK u li komplew sal-ħames seklu WK. Huma kienu jemmnu li wieħed għandu jgħix ħajja vurtwuża bi qbil man-Natura. Dan fisser iċ-ċaħda tax-xewqat konvenzjonli għall-għana, għall-poter, għas-saħħa, jew għall-fama, u ħajja ħielsa minn pussess.

  • Antistene (445-365 QK)
  • Djoġene ta' Sinope (412-323 QK)
  • Krate ta' Tebe (365-285 QK)
  • Menippu (c. 275 QK)
  • Dmitri (10-80 WK)

Ċirenejċiżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-Ċirenejċi kienu skola filosofika ultra-edonista mwaqqfa fir-raba' seklu WK minn Aristippu ta' Ċirene. Huma kienu jsostnu li l-pjaċir huwa l-ogħla tjubija, speċjalment il-gratifikazzjoni immedjata. Fi żmien seklu d-duttrina iktar moderata tal-Epikurej ħadet post iċ-Ċirenejċiżmu.

  • Aristippu ta' Ċirene (435-360 QK)

Il-Platoniżmu huwa l-filosofija ta' Platun, kif miżmuma u żviluppata mis-segwaċi tiegħu. Il-kunċett ewlieni kienet it-Teorija tal-Forom: l-arketipi traxendenti, perfeffi, li tagħhom l-oġġetti ta' kuljum fid-dinja huma biss kopja imperfetta. L-ogħla forma kienet il-Forma tat-Tjubija, is-sors tal-kewn, li seta' jintlaħaq bir-raġuni. Fit-tielet seklu QK, Arċilesaw addotta x-xettiċiżmu, li sar prinċipju ewlieni tal-iskola sas-sena 90 QK, meta Antjoku żied elementi Stojċi, u ċaħad ix-xettiċiżmu. Bl-addozzjoni ta' mistiċiżmu orjentali fit-tielet seklu WK, il-Platoniżmu evolva fin-Neoplatoniżmu.

  • Spewsippu (407-339 QK)
  • Żenokrate (396-314 QK)
  • Arċeżilaw (316-232 QK)
  • Karneade (214-129 QK)
  • Antjoku ta' Askalon (130-68 QK)
  • Plutarka (46-120 WK)

Peripatetiċiżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Peripatetiċi kienu filosfi li żammew u żviluppaw il-filosofija ta' Aristotli. Huma kienu favur li wieħed jistudja d-dinja biex jifhem il-pedament aħħari ta' kollox. L-għan tal-ħajja kienet l-hena, li kienet toħroġ minn azzjonijiet virtwużi bl-g]an li wieħed iżomm fin-nofs taż-żewġ estremitajiet bejn il-wisq u l-ftit wisq.

  • Aristotli (384-322 QK)
  • Teofrastu (371-287 QK)
  • Strato ta' Lampsaku (335-269 QK)
  • Alessandru ta' Afrodiżja (c. 200 WK)

Il-Pirroniżmu, jew ix-xettiċiżmu Pirroniku, kien skola ta' xettiċiżmu mibdija minn Pirro fit-tielet seklu QK, u li kompla javvanza taħt Enesidemu fl-ewwel seklu QK. Dan kien isostni xettiċiżmu filosofiku sħiħ dwar id-dinja sabiex wieħed jilħaq "ataraxia" jew hena fil-menti (moħħ), filwaqt li kien isostni wkoll li xejn ma jista' jiġi ppruvat veru allura wieħed għandu jissospendi l-ġudizzju.

  • Pirro (365-275 QK)
  • Timone (320-230 QK)
  • Enesidemu (l-ewwel seklu QK)
  • Sestu Empiriku (it-tieni seklu WK)

Epikurejiżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Epikurejiżmu kien imwaqqaf minn Epikuru fit-tielet seklu QK. Dan kien jara l-univers immexxi miċ-ċansijiet, mingħajr l-indħil tal-allat. L-Epikurejiżmu kien iqis in-nuqqas ta' uġiegħ bħala l-akbar pjaċir, u kien isostni ħajja sempliċi. Kien ir-rivali ewlieni tal-Istojċiżmu sakemm iż-żewġ filosofiji mietu fit-tielet seklu WK.

  • Epikuru (341-270 QK)
  • Metrodoru (331-278 QK)
  • Żenone ta' Sidone (l-ewwel seklu QK)
  • Filodemu (110-40 QK)
  • Lukrezju (99-55 QK)
Żenone ta' Ċizju (333-263 QK), fundatur tal-Istojċiżmu

L-Istojċiżmu kien imwaqqaf minn Żenone ta' Ċizju fit-tielet seklu QK. Ibbażat fuq l-ideat etiċi taċ-Ċiniċi, dan kien jgħallem li l-għan tal-ħajja hu li wieħed jgħix skont in-Natura. L-Istojċiżmu kien isistni l-iżvilupp tal-awto-kontroll u l-fortitudni bħala mezz kien wieħed jegħleb emozzjonijiet distruttivi. Kien l-aktar skola tal-filosofija ta' suċċess sakemm miet fit-tielet seklu WK.

  • Żenone ta' Ċizju (333-263 QK)
  • Kleante (331-232 QK)
  • Krisippu (280-207 QK)
  • Panezju (185-110 QK)
  • Posidonju (135-51 QK)
  • Seneka (4 QK-65 WK)
  • Epittetu (55-135 WK)
  • Marku Awrelju (121-180 WK)

Eklettiċiżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Eklettiċiżmu kien sistema filosofika li addottat numru ta' duttrini filosofiċi eżistenti li l-aktar rat li jagħmlu sens. L-iktar proponent magħruf tagħha kien Ċiċerun.

  • Varro Reatinu (116-27 QK)
  • Ċiċerun (106-43 QK)
  • Seneka ż-Żgħir (4 BCE-65 WK)

Ġudaiżmu Ellenistiku

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Ġudaiżmu Ellenistiku kien attentat biex tiġi stabbilita tradizzjoni reliġjoni Lhudija fi ħdan il-kultura u l-lingwa Ellenistika. Ir-rappreżentant ewlieni tagħha kien Filos ta' Lixandra.

  • Filo ta' Lixandra (30 BC-45 WK)
  • Josefu (37-100 WK)

Neopitagoriżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

In-Neopitagoriżmu kien skola filosofika li reġgħet qajmet id-duttrini filosofiċi tal-Pitagoriżmu, u li kien prominenti bejn l-ewwel u t-tieni seklu WK. Kien attentat biex jiddaħħal element reliġjuż fil-filosofija Griega, il-qima ta' Alla permezz ta' ħajja axxetika, li tinjora l-pjaċiri tal-ġisem u l-impulsi kollha tas-sensi, sabiex tiġi ppurifikata r-ruħ.

  • Nigidju Figulu (98-45 QK)
  • Apollonju ta' Tjana (40-120 WK)
  • Numenju ta' Apamea (it-tieni seklu WK)

Kristjaneżmu Ellenistiku

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kristjaneżmu Ellenistiku kien l-attentat ta' rikonċiljazzjoni bejn il-Kristjaneżmu u l-filosofija Griega, liema attentat beda lejn l-aħħar tat-tieni seklu WK. Meħud b'mod partikolari mill-Platoniżmu u min-Neoplatoniżmu emerġenti, persunaġġi bħal Klement ta' Lixandra fittxew li jipprovdu lill-Kristjaneżmu b'qafas filosofiku.

  • Klement ta' Lixandra (150-215 WK)
  • Origene (185-254 WK)
  • Santu Wistin (354-430 WK)

Neoplatoniżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

In-Neoplatoniżmu, jew Plotiniżmu, kien skola ta' filosofija reliġjuza u mistika mwaqqfa minn Plotinu fit-tielet seklu WK u bbażata fuq it-tagħlim ta' Platun u ta' Platonisti oħrajn. Il-quċċata tal-kewn (eżistenza) kien il-Wieħed jew it-Tajjeb, l-għajn ta' kollox. Bil-virtù u l-meditazzjoni r-ruħ kellha l-qawwa li tgħolli lilha nfisha u titwaħħad mal-Wieħed; din kienet il-funzjoni vera tal-bniedem. Il-Plotiniżmu kien ir-rivali ewlieni tal-Kristjaneżmu sakemm spiċċa fis-sitt seklu WK.

  • Plotinu (205-270 WK)
  • Porfirju (233-309 WK)
  • Jambliku ta' Calcide (245-325 WK)
  • Mitt Skola tal-Ħsieb
  • Filosofija tal-qedem
  • Filosofija Griega
  • Ċiviltà Ellenistika
  • Reliġjon Ellenistika
  • Akkademja ta' Platun
  • Skola ta' Lixandra
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Filosofija Ellenistika
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?