For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Congratulations (Eurovision).

Congratulations (Eurovision)

Congratulations: 50 Sena ta' Eurovision
Dati
Data tal-finali 22 ta' Ottubru 2005
Ospitu
Sala Forum Arena, Kopenħagen, Danimarka
Preżentatur(i) Katrina Leskanich
Renārs Kaupers
Att tal-intervall Riverdance
Ronan Keating
Siltiet mill-passat
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 14-il kanzunetta mill-1958 u l-2005
Vote
Kanzunetta rebbieħa Żvezja ABBA
"Waterloo"

Congratulations: 50 Sena ta' Eurovision kien programm televiżiv organizzat mill-EBU, li sar fit-22 ta' Ottubru 2005, biex jikkomemora l-50 sena mill-bidu tal-Festival tal-Eurovision. Din l-edizzjoni speċjali kienet ippreżentata minn Katrina Leskanich (mill-grupp Katrina and the the Waves, rebbieħ tal-edizzjoni ta' l-1997) u minn Renārs Kaupers (mill-grupp Brainstorm, it-tielet fl-edizzjoni tas-sena 2000. Il-kanzunetta rebbieħa tal-Congratulations, li kienet b'hekk ikkunsidrata bħala l-aqwa silta mużikali fl-istorja tal-Eurovision, kienet Waterloo mill-grupp Żvediż tal-ABBA, li rebaħ il-Festival tal-Eurovision 1974.

Fil-bidu l-edizzjoni kienet se ssir ġewwa Birmingham fejn il-BBC ipproponiet li tospita l-Congratulations, imma wara rtiraw l-proposta. Franza wkoll irtirat u b'hekk DR tad-Danimarka ntgħażel biex jospita l-avveniment. Kien hemm total ta' tletin stazzjon li xandru din l-edizzjoni.

Parteċipanti

[immodifika | immodifika s-sors]

Wieħed u tletin pajjiżi xandru dan l-avveniment u pparteċipaw fil-votazzjoni. Ir-Renju Unit, l-Italja u Franza għażlu li ma jxandruhx. Søren Therkelsen, l-pubblikatur tal-kummissjoni ta' dan l-avveniment, qal li ħassu "diżappuntat" fuq id-deċiżjoni tal-istazzjonijiet li ma jxandrux is-serata.[1] Din l-edizzjoni ġiet ukoll imxandra wara l-ħin fl-Albanija, l-Armenja u l-Awstralja minkejja li dawn il-pajjiżi ma vvutawx.[2] Il-pajjiżi parteċipanti kienu:[3]

Erbatax-il kanzunetta kkompetew fil-Congratulations. F'Mejju 2005 l-EBU għamlet sondaġġ fuq is-sit uffiċjali tagħha biex tiddeċiedi liema għaxar kanzunetti se jikkompetu fil-festival.[4] Il-votanti għażlu ż-żewġ kanzunetti favoriti minn kull wieħed mill-ħames deċennji: mill-1956 sal-1965, mill-1966 sal-1975, mill-1986 sal-1995 u mill-1996 sal-2005. Ir-raba' kanzunetti l-oħra jintgħażlu mill-Grupp ta' Referenza tal-EBU.[5] Fis-16 ta' Ġunju 2005, l-erbatax-il kanzunetta ġew magħżula, minkejja li ebda indikazzjoni ma ngħataw fuq liema ntagħżlu mill-pubbliku fuq l-internet u dawk mill-Grupp ta' Referenza.[6]

# Kanzunetta L-1 Rawnd Poż. It-2 Rawnd Poż.
1 Congratulations 105 8 - -
2 What's Another Year? 74 12 - -
3 Diva 39 13 - -
4 Eres Tú 90 11 - -
5 Ein bisschen Frieden 106 7 - -
6 Nel blu dipinto di blu 200 2 267 2
7 Waterloo 331 1 329 1
8 Fly on the Wings of Love 111 6 - -
9 Poupée de cire, poupée de son 37 14 - -
10 Every Way That I Can 104 9 - -
11 Ne partez pas sans moi 98 10 - -
12 Hold Me Now 182 3 262 3
13 Save Your Kisses for Me 154 5 230 5
14 My Number One 167 4 245 4
  1. ^ Bakker, Sietse (2005-08-19). "Therkelsen "disappointed" in British and French TV" (bl-Ingliż). ESCToday. Miġbur 2007-12-26.
  2. ^ "The 43rd EBU TV committee" (bl-Ingliż). EBU. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-08-07. Miġbur 2007-12-26.
  3. ^ "Participating broadcasters" (bl-Ingliż). Eurovision. Arkivjat mill-orġinal fl-2005-10-13. Miġbur 2007-12-26.
  4. ^ "Happy birthday, Eurovision!" (bl-Ingliż). Eurovision. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-05-22. Miġbur 2007-12-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Dearth of the cool" (bl-Ingliż). The Age. Miġbur 2007-12-26.
  6. ^ ""Congratulations" - 14 songs to compete" (bl-Ingliż). Eurovision. 2005-06-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-08-28. Miġbur 2007-12-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Congratulations (Eurovision)
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?