For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Anton Buttigieg.

Anton Buttigieg

Anton Buttigieg
2. President ta' Malta

27 Diċembru 1976 - 27 Diċembru 1981
Anthony Mamo - Albert Hyzler
3. Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza

21 Ġunju 1971 - 15 Ottubru 1976
Tommaso Caruana Demajo - Ġużè Cassar
Ħajja
Twelid Qala, 19 Frar 1912
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt Qala, 5 Mejju 1983
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
kittieb
ġurnalist
politiku
Premjijiet
List
  • Ordni Nazzjonali tal-Meritu Ordni Nazzjonali tal-Meritu

Anton Buttigieg, (Qala, Għawdex, .19 ta’ Frar 1912 - 5 ta' Mejju 1983), avukat, Viċi Prim Ministru, poeta u t-tieni President ta' Malta.

Tfulija u Żgħożija

[immodifika | immodifika s-sors]

Buttigieg kien it-tielet tarbija ta’ Salvu u Concetta, imwielda Falzon. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Qala (1916-1922), fis-Seminarju ta’ Għawdex (1923-1927). Issokta bl-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f’Malta (1928-1930) u fl-Università ta' Malta. Iggradwa b’Baċellerat tal-Arti fl-1934 u ġab Dottorat fil-Liġi fl-1940.

Avukat, Pulizija u Ġurnalist

[immodifika | immodifika s-sors]

Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija huwa ħadem ta' avukat, u kien spettur tal-pulizija fil-kontroll tal-ikel (1942-1944). Wara l-Gwerra, mill-1944 sal-1948, kien ġurnalist tal-Qorti mat-"Times of Malta". Kien editur tal-ġurnal Laburista "The Voice of Malta" mill-1959 sal-1970.

POLITIKU U POETA - Il-qabar ta' Buttigieg fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata

L-ewwel darba li daħal fil-politika kien mal-Partit Kostituzzjonali ta' Strickland fl-1951. Ħareġ għall-elezzjonijiet ġenerali tal-1951 u l-1953 ma' dak il-Partit imma ma ġiex elett. Fl-1955, Ġużè Ellul Mercer ikkonvinċieh joħroġ mal-Partit Laburista għall-elezzjoni li saret dik is-sena. Daħal fil-Parlament fl-1956 minflok Ġużè Flores li sar imħallef. Kien Delegat tal-Partit għall-Konferenzi Kostituzzjonali ta’ Malta li saru f'Londra fl-1958 u fl-1964. Mill-1959 sal-1961 kien President tal-Partit Laburista. Fl-1962, Buttigieg li kien Kattoliku konvint, ikkontesta mal-Partit Laburista minkejja li dan kien interdett mill-Knisja, fi żmien il-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża, u kien elett fuq it-tmien distrett. Inħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Reġa' kien elett fl-elezzjonijiet tal-1966, tal-1971 u tal-1976. Kien rappreżentant tal-Partit fl-Assemblea Konsultattiva tal-Kunsill tal-Ewropa (1967-1971), fejn kien elett Viċi President (1967-1968). Fl-1971, meta l-Partit Laburista immexxi minn Dom Mintoff tela' fil-gvern, huwa nħatar Ministru tal-Ġustizzja u tal-Parlament u Deputat Prim Ministru.

President ta' Malta

[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-27 ta' Diċembru 1976 inħatar bħala t-tieni President tar-Repubblika ta’ Malta, kariga li żamm sal-1982. Fi żmien il-Presidenza tiegħu telqu l-aħħar suldati Ingliżi minn Malta, fil-31 ta' Marzu 1979, li sar Jum Nazzjonali magħruf bħala Jum il-Ħelsien.

Buttigieg beda jippubblika mill-1928. L-ewwel ma kiteb kien L’insegnamento dei Sepolcri fir-rivista tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi. Fl-1929 beda jippubblika l-poeżiji fil-Pronostku Malti u rebaħ is-sitt premju bil-poeżija "Sajf".

Buttigieg kien wieħed mill-membri tal-bidu tal-Għaqda tal-Malti (Università) fl-1931, imwaqqfa minn Rużar Briffa u Ġużè Bonnici. Kien ukoll Membru tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti. Jibqa' magħruf bħala l-Poeta tan-Natura għal ħafna poeżiji li għandu fuq is-suġġett. Buttigieg kien l-ewwel wieħed li uża stili ta' poeżija Ġappuniża bħat-tanka u l-ħajku, u ppubblika żewġ kotba ta' poeziji satiriċi u ċajtiera bl-isem ta' Ejjew nidħku ftit (1962) u Ejjew nidħku ftit ieħor (1965). Fihom Buttigieg jittratta l-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża b'umoriżmu u b’sarkażmu.

Il-Kebbies tal-Fanali

[immodifika | immodifika s-sors]

Waħda mill-isbaħ poeżiji tiegħu li saret klassika tal-Letteratura Maltija.

Kull fl-għaxija

kif mal-għabex

tnin u tmut saħħet il-jum,

jiġi Majsi bis-sellum,

u jixgħelli taħt it-tieqa

fanal ċkejken,

li tal-lejl itaffi d-diqa.


Saħħti wkoll

qed inħossha tmut kuljum,

iżda msejkna l-Poeżija,

kull fl-għaxija,

dlonk tixxabbat mas-sellum,

u ġo qalbi tixgħel naqra ta' fanal,

illi jtaffi ftit id-diqa

sa ma jmut ta' ħajti l-fdal.


Alla ħares ma kienx Majsi

illi jagħmel ftit tad-dija;

u ma' Majsi – Alla ħares –

ma kenitx il-Poeżija!

Fuq din il-poeżija, Dr. Adrian Grima jgħid hekk:

 Ħafna nies jattribwixxu s-sbuħija u s-suċċess ta' din il-poeżija għall-fatt li Buttigieg jassoċja l-poeżija mad-dawl. Imma fil-verità, hemm ħafna fatturi oħrajn, fosthom ir-ritmu u r-ritratt tal-poeta u l-kebbies, it-tnejn solitarji. li wasslu biex din il-poeżija tintlaqa' tant tajjeb. Jekk tipprova tqiegħed il-kontenut ta' din il-poeżija fi kliem ieħor tkun qed tibdel mhux biss il-forma iżda anki l-kontenut, għax fil-prattika kull tibdil fil-forma jbiddel il-kontenut. L-ideat ta' Anton Buttigieg f'din il-poeżija mhumiex oriġinali; lanqas ir-rima, jew it-tul tal-versi: "l-oriġinalità", biex insejħulha hekk, tinsab fil-poeżija kollha kemm hi. Jekk tibdel kelma waħda, jew l-ordni tal-kliem jew l-aċċent tkun qed tibdel il-poeżija. Fil-fatt, jekk tisma' lil żewġ qarrejja differenti jaqraw din il-poeżija, tinduna li l-qari differenti tagħhom jissarraf f'żewġ poeżiji differenti. 

F'Ġunju 2009, il-kantanta Doreen Galea ħarġet CD b'poeżiji kantati b'mużika ta' Dominic Galea, bl-isem Ommi. Waħda mill-poeżiji hija Il-Kebbies tal-Fanali, fejn leħen Galea donnu ngħata l-laqta ta’ raħħal jgħanni u jfaħħar xogħol il-kebbies.

Pubblikazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Poeżija Lirika

[immodifika | immodifika s-sors]
  • "Mill-Gallarija ta' Żgħożiti". - 1949
  • "Fanali bil-Lejl". - tin". - 1973
  • "Il Mare di Malta". - selezzjoni ta' poeżiji maqluba għat-Taljan - 1974
  • "Il-Għanja tas-Sittin". - 1975
  • "The Lamplighter". - selezzjoni ta' poeżiji maqluba għall-Ingliż - 1977
  • "Qabs el Mosbah". - selezzjoni ta' poeżiji maqluba għall-Għarbi - 1978
  • "Poeziji Miġbura - L-ewwel Volum" - L-ewwel żewġ kotba.
  • "From the Balcony of my Youth" u "Lamps in the Night" ġew mitbugħa f'volum wieħed bit-titlu ta' "Collected Poems" - 1978.

Poeżija Umoristika

[immodifika | immodifika s-sors]
  • "Ejjew nidħku ftit" - 1963
  • "Ejjew nidħku ftit iehor" - 1966

Ħajki u Tanki

[immodifika | immodifika s-sors]
  • "Il-Muża bil-Kimono" - 1968.
  • Fl-1971 rebaħ il-premju għall-poeżija, imniedi mill-Gvern ta' Malta.
  • Fl-1972 rebaħ il-premju Ġużè Muscat Azzopardi għall-poeżija.
  • Fl-1975 iċ-Circolo Culturale Rhegium Julii ta' Reggio Calabria ppremjah bi plakka tal-fidda għall-poeżiji tiegħu.
  • Fl-1977 rebaħ il-Premju Internazzjonali tal-Kultura Mediterranja għall-poeżija mogħti miċ-Centro di Cultura Mediterranea" ta' Palermo.
  • Fl-1979 ingħata l-Ewwel Premju u Diploma Speċjali għall-Poeżija fl-Ewwel Kategorija miċ-Centro Culturale Artistico Letterario ta’ Brindisi.
  • Fl-1979 rebaħ il-Premju Letterarju ta’ Malta għall-ewwel volum tal-awtobijografija tiegħu Toni tal-Baħri.

Ħajja Personali - Tliet żwiġijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Ta’ 32 sena żżewweġ l-ewwel mara tiegħu, Carmen (imwielda Bezzina) u kellhom tlett itfal: John (Dr. John Buttigieg B.A., LL.D., M.P) - Rose (miżżewġa lil Dr. Joe Brincat, B.A. (Lond.), B.Sc. (Econ.) (Lond.), LL.D., M.P.) u Manolo Buttigieg LL.D., avukat). Wara l-mewt tal-ewwel mara li mietet seba’ xhur wara t-twelid tat-tielet tarbija, Anton Buttigieg iżżewweġ lil Connie Scicluna fl-1953, li iżda sfortunatament tilifha wkoll tliet snin wara f'inċident tat-traffiku f'Londra. Ta’ 63 sena Anton Buttigieg iżżewweġ mill-ġdid lill-Iskoċċiża Margery Helen Patterson.

Anton Buttigieg miet fl-età ta’ 71 sena, nhar il-5 ta' Mejju 1983. Ingħata funeral statali u jinsab midfun fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Nhar il-5 ta’ Mejju 1985 ġie inawgurat monument f’ġieħu fil-Blata l-Bajda quddiem id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tal-MUSEUM.

Predeċessur
Ġużè Ellul Mercer
Deputat Mexxej tal-Partit Laburista
1961-1976

Suċċessur
Agatha Barbara

Predeċessur
Giovanni Felice
Viċi Prim Ministru ta' Malta
1971-1976

Suċċessur
Agatha Barbara

Predeċessur
Anthony Mamo
President ta' Malta
1976-1981

Suċċessur
Agatha Barbara

{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Anton Buttigieg
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?