For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Svaneti.

Svaneti

Il-villaġġ ta' Chazhashi fl-2016.

Svaneti jew Svanetia (bis-Svan: შუ̂ან, ლემშუ̂ანიერა shwan, lemshwaniera; Suania f'sorsi tal-qedem; bil-Georgian: სვანეთი Svaneti) hija provinċja storika fin-naħa tal-Majjistral tal-Georgia. Svaneti tinsab tul il-katina muntanjuża tal-Kawkasi u hija wieħed mill-iżjed reġjuni muntanjużi tal-Georgia. Fiha jgħixu l-iktar is-Svan, sottogrupp etniku ta' Georgiani.

Ir-reġjun storiku ta' Svaneti fil-Georgia.

Svaneti tinsab fix-xaqlibiet tan-Nofsinhar tal-muntanji ċentrali tal-Kawkasi u hija mdawra bi qċaċet ta' 3,000–5,000 metru. Svaneti hija l-ogħla żona abitata fil-Kawkasu. Erba' mill-ogħla 10 qċaċet tal-Kawkasu jinsabu fir-reġjun. L-ogħla muntanja fil-Georgia, il-Muntanja ta' Shkhara, għolja 5,201 metru (17,059 pied), tinsab fil-provinċja. Qċaċet prominenti jinkludu Tetnuldi (4,974 metru / 16,319-il pied), Shota Rustaveli (4,960 metru / 16,273 pied), il-Muntanja ta' Ushba (4,710 metri / 15,453 pied), Ailama (4,525 metru / 14,842 pied), kif ukoll Lalveri, Latsga u oħrajn.

Svaneti hija magħmula minn żewġ widien abitati:

  • in-Naħa ta' Fuq ta' Svaneti (Zemo Svaneti) fin-naħa ta' fuq tax-xmara Inguri; li amministrattivament tagħmel parti minn Samegrelo-Zemo Svaneti; ir-raħal prinċipali huwa Mestia;
  • in-Naħa t'Isfel ta' Svaneti (Kvemo Svaneti) fin-naħa ta' fuq tax-xmara Tskhenistsqali; li amministrattivament tagħmel parti minn Racha-Lechkhumi; ir-raħal prinċipali huwa Lentekhi.

Dawn iż-żewġ widien huma sseparati mill-Katina Muntanjuża ta' Svaneti li hija kważi għolja daqs il-katina muntanjuża prinċipali tal-Kawkasi. Svaneti storika kienet tinkludi wkoll il-Fondoq ta' Kodori fil-provinċja ribelli ta' biswit tal-Abkażja, u parti mill-widien tax-xmajjar tal-madwar ta' Kuban u ta' Baksan fit-Tramuntana tal-quċċata tal-Kawkasu. Fl-1848, Bodenstedt fil-kitba tiegħu qal li li wieħed seta' jasal fin-Naħa ta' Fuq ta' Svaneti permezz ta' mogħdija diffiċli bil-mixi biss li kienet tingħalaq fix-xitwa.[1]

Veduta tal-Muntanji tal-Kawkasu fi Svaneti.

Il-pajsaġġ ta' Svaneti huwa ddominat mill-muntanji li huma sseparati permezz ta' fniedaq fondi. Il-biċċa l-kbira tar-reġjun taħt l-1,800 metru (5,904 piedi) 'il fuq mil-livell tal-baħar hija miksija b'foresti b'siġar imħallta u koniferi. Iż-żona forestali hija magħmula minn speċijiet ta' siġar bħall-abit, iż-żnuber, il-fagu, il-ballut u l-karpin. Speċijiet oħra li huma inqas komuni iżda li xorta waħda jinstabu f'xi żoni jinkludu l-qastan, il-betula, l-aġġru, l-arżnu u l-buxus. Iż-żona estiża bejn 1,800 metru sa bejn wieħed u ieħor madwar 3,000 metru (5,904–9,840 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar tikkonsisti minn mergħat u bwar tal-ħaxix alpini. Il-borra u l-glaċieri permanenti jiksu ż-żoni 'l fuq minn 3,000 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar. Ir-reġjun huwa notevoli għall-glaċieri u għall-qċaċet pittoreski tiegħu. Il-quċċata ewlenija ta' Svaneti x'aktarx li hija l-Muntanja ta' Ushba 'l fuq mill-Fondoq ta' Inguri u tidher minn bosta partijiet tar-reġjun.

Il-muntanji ta' Svaneti.

Il-klima ta' Svaneti hija umduża u hija influwenzata mill-mases tal-arja mill-Baħar l-Iswed matul is-sena kollha. It-temperatura u l-preċipitazzjoni medja jvarjaw b'mod konsiderevoli skont l-elevazzjoni. Il-preċipitazzjoni annwali tvarja bejn 1,000 u 3,200 millimetru (39 u 126 pulzier). L-ogħla ammont ta' preċipitazzjoni tinżel fil-Muntanji tal-Kawkasu l-Kbir. Ir-reġjun huwa kkaratterizzat minn borra qalila ħafna fix-xitwa u l-valangi jseħħu spiss. Il-borra jaf tilħaq il-ħames metri (16.4-il pied) f'xi żoni. Inġenerali, l-iżjed reġjuni baxxi ta' Svaneti (800–1,200 metru / 2,624–3,936 pied 'il fuq mil-livell tal-baħar) huma kkaratterizzati minn sjuf sħan twal u minn xtiewi relattivament kesħin u bil-borra. Fl-altitudnijiet nofsana (1,200–1,800 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar) ikun hemm sjuf relattivament sħan u xtiewi relattivament kesħin. Iż-żoni 'l fuq minn 2,000 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar jinsabu f'medda li tesperjenza sjuf qosra u friski (inqas minn tliet xhur) u xtiewi twal u kesħin. Partijiet kbar minn Svaneti jinsabu 'l fuq minn 3,000 metru (9,840 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar, żona li effettivament lanqas ikollha sajf fil-verità. Minħabba l-prossimità ta' Svaneti mal-Baħar l-Iswed, ir-reġjun jiffranka t-temperaturi estremament kesħin li huma karatteristiċi tal-muntanji għoljin.

Affresk tas-seklu 11 tan-nobbli Svan Mikael Chagiani minn Adishi.

Is-Svan normalment jiġu identifikati mas-Soanes imsemmija mill-ġeografu Grieg Strabo, li bejn wieħed u ieħor jikkollokahom fl-inħawi li għadhom okkupati mis-Svan moderni. Il-provinċja kienet dipendenza tal-Kolkiċi, u tar-renju suċċessur ta' Lazica (Egrisi) sal-552 W.K., meta s-Svan ħadu vantaġġ mill-Gwerra ta' Lazica, irrepudjaw din il-konnessjoni u għaddew għand il-Persjani. The Oxford Dictionary of Late Antiquity jindika li "milli jidher din l-għażla kienet tirrifletti preferenza ġenerali ta' Suania favur l-alleanza mal-Persja, meta mqabbla ma' preferenza ta' Lazica favur l-alleanza mar-Rumani, li baqgħet kwistjoni ta' tensjoni sal-konkwisti tal-Għarab". Il-Biżantini riedu r-reġjun, għaliex ladarba jirnexxilhom jiżguraw is-sigurtà tal-mogħdijiet muntanjużi tiegħu, huma setgħu jipprevjenu l-attakki Persjani fuq iż-żoni tal-fruntiera ta' Lazica. Bi tmiem il-gwerra fil-562, Svanetia reġgħet saret parti minn Lazica. Imbagħad, il-provinċja ngħaqdet mar-Renju tal-Abkażja (Ġwanni u Adarnase tad-dinastija Shavliani, 871–893) sabiex tifforma monarkija unifikata li ġiet inkorporata fir-Renju tal-Georgia fil-bidu tas-seklu 11. Svanetia saret dukat (saeristavo) fi ħdanu, immexxi minn duka (eristavi). Il-kultura Ortodossa tal-provinċja ffjorixxiet b'mod partikolari matul "l-epoka tad-deheb" tal-Georgia taħt ir-Reġina Tamar (li rrenjat fl-1184–1213), li kienet irrispettata kważi bħala divinità femminili min-nies ta' Svaneti. Skont leġġenda, ir-Reġina Tamar kienet iżżur id-dukat kull sena. Is-Svan kienu magħrufa bħala ġellieda kiefra għal sekli sħaħ. Il-pavaljun tal-gwerra tagħhom li kien jintefaħ kien jismu Lemi (Iljun) minħabba l-għamla tiegħu.

Torri tipiku ta' Svaneti.

Il-Mongoli nomadi qatt ma waslu sa Svanetia, u għal xi żmien ir-reġjun sar fortizza kulturali sikura. Wara l-aħħar diżintegrazzjoni tar-Renju tal-Georgia fis-snin 60 tas-seklu 15, faqqa' l-ġlied għall-kontroll tal-provinċja. Parti min-naħa ta' fuq ta' Svanetia ffurmat prinċipat indipendenti taħt il-Prinċipessa Dadeshkeliani, fergħa tal-familja Gelovani, filwaqt li n-naħa t'isfel ta' Svanetia, immexxija oriġinarjament mill-Prinċipessa Gelovani, ġiet użurpata temporanjament u sottomessa għall-prinċipiessa Mingreljana Dadiani. Wara kunflitt intern gravi, il-Prinċep Tsioq’ Dadeshkeliani ta' Svanetia ffirma trattat ta' protettorat mal-Imperu Russu fis-26 ta' Novembru 1833. Minħabba d-diffikultà tal-aċċess, ir-reġjun żamm awtonomija sinifikanti sal-1857, meta r-Russja ħadet vantaġġ mit-taqbid fewdali dinastiku fi Svanetia u effettivament aboliet l-awtonomija tal-prinċipat. Fl-1875, ir-Russi imponew ruħhom iktar billi imponew taxxi addizzjonali. Faqqgħu l-protesti, u r-Russja skjerat truppi kontra l-provinċja. Minkejja li ġarrbet telfiet kbar, l-unitajiet tal-armata Russa eventwalment għelbu r-ribelli u ħarqulhom għalkollox il-fortizza tagħhom Khalde fl-1876.

Bħala parti mill-governorat Russu ta' Kutais, Svanetia nqasmet f'żewġ raions (distretti) — Mestia (li qabel kienet Sethi) u Lentekhi — taħt it-tmexxija Sovjetika. Fl-1921 kien hemm rewwixta fir-reġjun kontra s-Sovjetiċi iżda ma rnexxietx.

Mestia għall-ħabta tal-1890.

Fl-1987 il-valangi qerdu diversi djar u qatlu kważi 80 ruħ, bosta minnhom tfal tal-iskola. Wara l-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika u l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Sovjetika għaddew digriet għar-rilokazzjoni mill-ġdid ta' xi 2,500 familja lejn id-distretti tal-Lvant tal-Georgia (il-migrazzjoni ekoloġika lejn id-distretti ta' Marneuli, Tetritskaro, Bolnisi, Sagarejo, Gardabani, Dmanisi, Kaspi, Tskaltubo, Khoni, Ozurgeti, u Lanchkhuti. Tmiem l-Unjoni Sovjetika u sussegwentement il-Gwerra Ċivili Georgiana ħolqu problemi soċjoekonomiċi kbar fir-reġjun. Filwaqt li l-popolazzjoni ta' Svanetia rreżistiet il-kundizzjonijiet mhux pjaċevoli tal-ambjent tal-muntanji għoljin fejn kienu ilhom jgħixu għal sekli sħaħ, iż-żieda fid-diffikultajiet ekonomiċi tal-aħħar żewġ deċennji u d-diżastri naturali frekwenti — pereżempju l-għargħar u ċ-ċedimenti tal-art ta' April 2005) wasslu għal tendenza kbira favur il-migrazzjoni. Fil-provinċja tkattru l-kriminali li bdew jheddu lir-residenti lokali u lit-turisti. Operazzjonijiet fuq skala kbira kontra l-kriminali twettqu mill-Forzi Speċjali tal-Georgia f'Marzu 2004, u dawn irriżultaw f'titjib sinifikanti tas-sitwazzjoni.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

In-Naħa ta' Fuq ta' Svaneti ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irriversibbli".[2]

Is-Svan, il-popolazzjoni indiġena ta' Svanetia, huma sottogrupp etniku tal-Georgiani. Sas-snin 30 tas-seklu 20, il-Mingreljani u s-Svan kellhom ir-raggruppamenti proprju fiċ-ċensiment, iżda kienu kklassifikati taħt il-kategorija usa' tal-Georgiani iktar 'il quddiem. Huma Kristjani Ortodossi Georgiani, u ġew Kristjanizzati fis-sekli 4 sa 6. Madankollu, xi fdalijiet tal-paganiżmu tal-qedem baqa' jeżisti. San Ġorġ (magħruf lokalment bħala Jgëræg), il-qaddis patrun tal-Georgia, huwa l-iżjed qaddis irrispettat. Is-Svan żammew ħafna mit-tradizzjonijiet antiki tagħhom, inkluż it-taqbid fewdali bit-tixrid tad-demm. Il-familji tagħhom huma żgħar u l-kap tal-familja huwa r-raġel.

Tipikament is-Svan huma bilingwi, u jużaw kemm il-Georgian kif ukoll il-lingwa Svan mhux miktuba tagħhom stess, li flimkien mal-Georgian, mal-Mingreljan u mal-Laz jikkostitwixxu l-familja tal-lingwi tal-Kawkasu t'Isfel jew Kartveljani.

Kultura u turiżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

Svanetia hija magħrufa għat-teżori arkitettoniċi u għall-pajsaġġi pittoreski tagħha. L-aspett botaniku ta' Svanetia huwa leġġendarju fost il-vjaġġaturi. It-torrijiet residenzjali famużi tas-Svan, li nbnew l-iktar fis-sekli 9 sa 12, jagħmlu l-villaġġi tar-reġjun iktar attraenti. Permezz tal-kwantità kbira ta' dawn id-djar uniċi u l-preservazzjoni unika tal-villaġġi rurali Medjevali, il-komunità ta' Ushguli fin-Naħa ta' Fuq ta' Svaneti tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.

Il-kanzunetti u ż-żifniet tas-Svan huma tradizzjonijiet kulturali notevoli. Svanetia tħaddan x'aktarx l-iżjed tip ta' kant polifoniku arkajku maqsum fi tliet partijiet. Il-biċċa l-kbira tal-kanzunetti tagħhom huma marbuta ma' żfin fi ċrieki, u jiġu kantati qalb storbju kbir u huma mimlijin noti dissonanti.

  1. ^ Friedrich Bodenstedt, Die Voelker Des Kaukasus..., 1848, p. 69.
  2. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Upper Svaneti". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-09.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Svaneti
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?