For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Santwarju Nazzjonali tal-Għasafar ta' Djoudj.

Santwarju Nazzjonali tal-Għasafar ta' Djoudj

Għadd ta' marguni jistrieħu fis-siġar tas-santwarju.

Is-Santwarju Nazzjonali tal-Għasafar ta' Djoudj (bil-Franċiż: Parc national des oiseaux du Djoudj; pronunzja bil-Franċiż: [d͡ʒud͡ʒ]) jinsab max-xatt tax-Xlokk tax-xmara Senegal, fit-Tramuntana ta' Biffeche, fil-Grigal tal-Gżira ta' Saint Louis, is-Senegal.

Is-santwarju jipprovdi varjetà ta' ħabitats ta' artijiet mistagħdra li huma popolari ħafna fost l-għasafar tal-passa, ħafna minnhom wara li jkunu qasmu s-Saħara. Mill-kważi 400 speċi ta' għasafar, l-iżjed viżibbli huma l-pellikani u l-fjamingi. L-għasafar akkwatiċi żgħar li jpassu lejn is-santwarju mill-Ewropa huma inqas viżibbli; għalihom, is-santwarju huwa l-iżjed sit importanti ta' mistrieħ fix-xitwa li qatt ġie skopert sa issa.[1] Firxa wiesgħa ta' organiżmi selvaġġi jgħixu fis-santwarju, li fl-1977 tniżżel bħal art mistagħdra tar-Ramsar[2] u fl-1981 tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3] Fis-sena 2000 is-santwarju tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu minħabba l-introduzzjoni tal-pjanta invażiva ġganteska tas-salvinja, li kienet qed thedded li toħnoq il-veġetazzjoni nattiva tas-santwarju. Madankollu, is-santwarju tneħħa mil-lista tas-siti fil-periklu fl-2006.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Santwarju Nazzjonali tal-Għasafar ta' Djoudj ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1981.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[3]

Problemi ambjentali

[immodifika | immodifika s-sors]
Fuq ix-xellug, immaġni satellitari tan-nixfa ta' Settembru 1979; fuq il-lemin, immaġni satellitari tal-għargħar ta' Novembru 1999.

Mill-bidu tat-tħaddim tad-Diga ta' Diama fix-xmara Senegal fl-1988, l-esperti osservaw tnaqqis fil-livell tal-ilma, desalinizzazzjoni u sedimentazzjoni. Il-bidliet jirrappreżentaw theddida għall-fawna u għall-flora tas-santwarju. B'mod partikolari kien hemm proliferazzjoni tal-ispeċijiet Typhas u Phragmites. Fuq ix-xellug, hemm immaġni satellitari meħuda min-NASA fl-1979 (qabel il-kostruzzjoni tad-diga) u fl-1999 (wara) li joħorġu fid-dieher l-impatt sinifikanti tad-diga fuq l-ekosistema tar-reġjun.

Fl-2006, għalkemm ma ġie rrapportat l-ebda każ ta' influwenza tat-tjur fis-Senegal, iddaħħal fis-seħħ programm ta' monitoraġġ.

  1. ^ "Expedition solves Aquatic Warbler mystery". web.archive.org. 2007-02-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-02-24. Miġbur 2024-02-25.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Parc National des Oiseaux du Djoudj | Ramsar Sites Information Service". rsis.ramsar.org. Miġbur 2024-02-25.
  3. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Djoudj National Bird Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-25.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Santwarju Nazzjonali tal-Għasafar ta' Djoudj
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?