For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Sami Khedira.

Sami Khedira

Sami Khedira
Informazzjoni personali
Isem sħiħSami Khedira
Twelid4 ta' April 1987 (1987-04-04) (37 sena)
Stuttgart, Ġermanja
Tul1.89 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1992–1995TV Oeffingen
1995–2004VfB Stuttgart
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2006VfB Stuttgart II
2006–2010VfB Stuttgart
2010–2015Real Madrid
2015–2021Juventus
2021Hertha BSC
Tim nazzjonali
2007–2009Ġermanja U-21
2009–Ġermanja

Sami Khedira (twieled fl-4 ta' April 1987) hu eks-plejer tal-futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala midfielder ċentrali. Kien plejer dinamiku u kien kapaċi jilgħab ukoll bħala midfielder difensiv, waqt li kien kapaċi jgħaqqad lit-tim waqt l-attakki permezz tax-xuttijiet tajbin li għandu.

Sami Khedira għandu missier Tuneżin u ommu Ġermaniża. Ħuh iż-żgħir, Rani, huwa wkoll plejer tal-futbol li lagħab mal-mixtla ta' Stuttgart u lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt is-sittax-il sena.

Khedira beda jilgħab mal-klabb TV Öffingen, liema klabb kien ikkowċjat minn missieru Lazhar.[1] Fl-1995, Stuttgart tefgħu għajnejh fuqu, fejn wara li akkwistawh Khedira beda jilgħab mad-diversi livelli tal-klabb, u rebaħ it-titli Ġermaniżi tal-klassi A-Jugend u B-Jugend.

Iddebutta mat-tieni skwadra, li tilgħab fir-Regionalliga, fl-istaġun 2004–05. L-istaġun 2005–06 kien imtappan bi problemi fiżiċi li laqqtugħ fl-irkoppa, sabiex lagħab 21 logħba fi tliet staġuni. Kien fil-bidu tal-istaġun 2006–07 li l-kowċ Armin Veh daħħlu fil-lista tal-ewwel tim fil-Bundesliga, fejn iddebutta bħala sostitut nhar l-1 ta' Ottubru 2006, fis-sitt logħba mill-kampjonat kontra Hertha Berlin.[2]

Fid-29 ta' Ottubru 2006, fid-disa' ġurnata mill-kampjonat kontra Schalke 04, Khedira skorja l-ewwel gowls tiegħu fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża; fil-fatt, il-plejer ta' oriġini Tuneżina skorja doppjetta.[3] Mill-ewwel staġun tiegħu hu beda jiġi skjerat mal-ewwel ħdax fuq bażi regulari u permezz ta' gowl bir-ras fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat kontra Energie Cottbus, Stuttgart assiguraw ir-rebħ tal-kampjonat. F'dik is-sena wkoll, il-klabb wasal sal-finali tat-tazza nazzjonali.

Hu ffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb fid-29 ta' Ġunju 2007, fejn fid-9 ta' Lulju tas-sena ta' wara estendieh sal-2011.[4]

Fit-30 ta' Lulju 2010, Stuttgart u Real Madrid, permezz tas-sit uffiċjali rispettivi, ħabbru l-passaġġ ta' Khedira għal mal-klabb Spanjol.[5][6] Il-plejer iffirma kuntratt ta' ħames snin mal-klabb tal-merengues. Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal f'pari ta' mingħajr gowls kontra Mallorca.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2009, bħala kaptan tat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt il-21 sena, rebaħ il-Kampjonat Ewropew ta' dak il-livell.

Khedira iddebutta mat-tim tal-kbar fil-5 ta' Settembru 2009, f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Afrika t'Isfel. Għat-Tazza tad-Dinja 2010 ġewwa l-Afrika t'Isfel hu lagħab il-logħbiet kollha, dejjem mill-ewwel minuta, u skorja l-gowl rebbieħ (l-ewwel wieħed bil-flokk tat-tim nazzjonali) fir-rebħa deċiża ta' 3–2 għat-tielet post kontra l-Urugwaj.[7]

Stuttgart
Real Madrid
Juventus
  • Serie A: 2015–16, 2016–17
  • Coppa Italia: 2015–16, 2016–17

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Ġermanja U-21
  • Kampjonati Ewropej U-21: 2009
Ġermanja
  1. ^ Gunnar Wiehl (2010-05-21). "Khedira, der neue Ballack: Hier wurde Sami groß" (bil-Ġermaniż). Hamburger Morgenpost. Miġbur 2010-07-07.
  2. ^ "Spielbericht Hertha BSC Berlin - VfB Stuttgart 2:2 (2:1)" (bil-Ġermaniż). fussballdaten.de.
  3. ^ "Spielbericht VfB Stuttgart - FC Schalke 04 3:0 (1:0)" (bil-Ġermaniż). fussballdaten.de.
  4. ^ "Khedira signs until 2011" (bil-Ġermaniż). VfB Stuttgart. 2008-07-09. Miġbur 2008-07-09.
  5. ^ "Terms agreed with Real Madrid" (bl-Ingliż). VfB Stuttgart. 2010-07-30. Miġbur 2010-07-30.
  6. ^ "Comunicado Oficial: Sami Khedira, nuevo jugador del Real Madrid" (bl-Ispanjol). Real Madrid CF. 2010-07-30. Miġbur 2010-07-30.
  7. ^ "Khedira completes comeback" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2010-07-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-22. Miġbur 2010-07-14.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Sami Khedira
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?