For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Romeo u Ġuljetta.

Romeo u Ġuljetta

Romeo u Ġuljetta ta' Francesco Hayez

Romeo u Guljetta (The Most Excellent and Lamentable Tragedy of Romeo and Juliet) hi traġedja ta' William Shakespeare fost l-aktar famużi u rappreżentati, u waħda mill-istejjer tal-imħabba l-iżjed popolari.

L-istorja taż-żewġ protagonisti maż-żmien kisbet valur simboliku u saret l-arketip tal-imħabba perfetta mfixkla mis-soċjetà.

Hemm għadd kbir ta' arranġamenti mużikali (pereżempju, il-poema sinfonika ta' Čajkovskij, il-ballett ta' Prokof'ev, l-opra ta' Gounod, il-musical West Side Story) u ċinematografi (fost l-aktar popolari dawk diretti minn Zeffirelli u Luhrmann).

Fil-prologu, il-kor jirrakkonta kif żewġ familji nobbli ta' Verona, il-Montecchi u il-Capuleti, kienu ilhom jiġġieldu bejniethom għal ġenerazzjonijiet u li "Mill-ġenbejn fatali ta' dawn iż-żewġ għedewwa Twieled par maħbubin li ġew fid-dinja taħt kewkba ħażina: Li l-ġrajjiet żventurati u msieken tagħhom B'mewthom jidfnu l-mibgħeda tal-ġenituri tagħhom." [1]

L-ewwel att jibda bi ġlieda tat-triq bejn il-qaddejja taż-żewġ familji li tiġi interrotta minn Escalus, prinċep ta' Verona, li jħabbar li jekk ikun hemm iżjed ġlied, il-kapijiet tal-familji jkunu meqjusin responsabbli u jħallsu b'ħajjithom. Hekk il-folla tinfirex. Il-Konti Paride, żagħżugħ li jiġi mill-prinċep, talab lill-Capuleti biex jiżżewweġ it-tifla tagħhom Ġuljetta li kellha ftit inqas minn erbatax il-sena. Il-Capuleti jistidnuh jiġbdilha l-attenzjoni fil-ballu bil-maskrili kien se jsir l-għada, waqt li omm Ġuljetta tfittex tikkonvinċiha li taċċetta l-offerta ta' Paride. Din ix-xena tintroduċi l-imreddgħa ta' Ġuljetta, l-element komiku fid-dramm.

Romeo, ġuvni ta' sittax-il sena, bin il-Montecchi, għandu grazzja ma' Rosalina, waħda mill-Capuleti (persunaġġ li qatt ma jidher). Mercuzio (ħabib ta' Romeo li jiġi mill-Prinċep) u Benvolio (kuġin ta' Romeo) jippruvaw iferrħu lil Romeo għalxejn, u hekk jiddeċiedu li jmorru libsin ta' maskarati fid-dar tal-Capuleti, biex jixxalaw u jfittxu li jinsew. Romeo, li jittama li jara lil Rosalina fil-ballu, minflok jiltaqa' ma' Ġuljetta.

Romeo u Ġuljetta, pittura ta' Ford Madox Brown

Iż-żewġ żagħżagħ jgħaddu xi tit kliem biss bejniethom, imma biżżejjed biex jieħdu grazzja ma' xulxin u biex jibdew jitbewsu. Qabel ma jintemm il-ballu, il-Balija lil Ġuljetta tgħidilha l-isem ta' Romeo. Romeo jirriskja ħajtu u jittratieni fil-ġnien tal-Capuleti wara t-tmiem tal-festa. Matul ix-xena famuża tal-gallarija, iż-żewġ żagħżagħ jistqarru imħabbithom lejn xulxin u jiddeċiedu li jiżżewġu bil-moħbi. L-għada bl-għajnuna tal-Balija, il-Franġiskan Patri Lorenzo jżewweġ lil Romeo u Ġuljetta, u jispera li l-għaqda bejniethom forsi ġġib il-paċi bejn familji tagħhom.

L-affarijiet imorru għall-agħar meta Tebaldo, kuġin ta' Ġuljetta u ta' temperament għadbi, jiltaqa' ma' Romeo u jipprova jipprokovah għal dwell. Romeo jirrifjuta li jiġġieled ma' wieħed li issa hu kuġinuh, imma Mercuzio (li dan ma kienx jafu) jaċċetta l-isfida hu. Meta jipprova jifridhom, Romeo mingħajr ma jrid iħalli 'l Tebaldo jferi 'l Mercuzio, li jmut waqt li jistqar "il-pesta fuq iż-żewġ familji tagħkom!"[2]. Romeo, bir-rabja, joqtol 'il Tebaldo.

Il-Prinċep jikkundanna 'l Romeo għall-eżilju: ikollu jaħħli l-belt qabel is-sbieħ tal-għada. Iż-żewġ għarajjes jirnexxilhom jgħaddu l-uniku lelj ta' mħabba flimkien. Mas-sbieħ, imqajmin mill-għana tal-alwetta, ħabbara tal-għodwa (li jixtiquha li kienet l-għanja tal-lejl tar-rużinjol), jinfirdu u Romeo jaħrab lejn Mantova.

Però Ġuljetta tlett ijiem oħra għandha tiżżewweġ lil Paride. Patri Lawrenz, espert fil-ħxejjex mediċinali, 'il Ġuljetta jagħtiha tixrob taħlita li biha tkun qisha mejta għal tnejn u erbgħin siegħa. Sadattant il-patri jibgħat messaġġ lil Romeo biex jgħidlu biex jiġi sabiex meta terġa' tqum jaħrab magħha lejn Verona.

Romeo u Ġuljetta (Att V, xena III), Inċiżjoni ta' P. Simon fuq pittura ta' di J. Northcode

Sfortunatament il-messaggier tal-patri ma jirnexxilux isib 'il Romeo għax Mantova kienet taħt kwarantina għall-pesta, u Romeo jsir jaf minn ħabib li Ġuljetta mietet. Romeo ddisprat jikseb velenu arseniku u jmur lura Verona bil-moħbi u jidħol fil-kripta tal-Capuleti, iddeterminat li jingħaqad ma' Ġuljetta fil-mewt.

Romeo, wara li qatel fi dwell lil Paride, li kien ukoll fil-kripta, jħares bil-ħlewwa lejn Ġuljetta għall-aħħar darba u jivvelena ruħu waqt li jlissen il-kliem famużi "U hekk b'bewsa immut" (Att 5 xena III).[3]

Meta Ġuljetta tqum u ssib 'il żewġha u 'l Paride mejtin ma' ġenbha, toqtol ruħha bl-istallett ta' Romeo.

Fl-aħħar xena, iż-żewġ familji u l-Prinċep imorru jiġru lejn il-qabar, fejn Patri Lawrenz jgħidilhom bl-imħabba u ż-żwieġ sigriet ta' Romeo u Ġuljetta. Iż-żewġ familji, kif inhu antiċipat fil-prologu, huma rikonċiljati bid-demm ta' wliedhom u jtemmu l-gwerra bejniethom.


Oriġini klassiku

[immodifika | immodifika s-sors]

Id-dramm hu fuq kollox ta' spirazzjoni medjovali, però Carol Gesner u J.J. Munro urew li l-idea tal-istorja kienet diġa fil-letteratura antika Griega fil-Babyloniaka ta' Jamblikos (Ἰάμβλιχος) u fl-Ephesiaka (Rakkonti Efesji dwar Abracóme u Anzia) ta' Ksenofon (Ξενοφῶν;) ta' Efesu. Fit-tieni rumanz, Anzia, mara mifruda minn żewġha minħabba xorti ħażina waqgħet f'idejn qatta ħallelin u salvaha l-eroj Perilaos. Dan sar iħobbha u ried jiżżewwiġha u hekk ħalaq l-istess sitwazzjoni provokata minn Paride f'Shakespeare. Tant kienet iddisprata li xorbot taħlita li ħasbitha velenu, imma din ġabet fuqha, bħal fuq Ġuljetta stat letarġiku biss. Meta qamet riedet tibqa' fil-qabar u tmut bil-ġuħ imma ħaduha qatta ħallelin oħra.


Romeo e Ġuljetta fil-letteratura Taljana

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ismijiet tal-familji miġġildin nafu bihom bil-kitba mis-seklu 14 għax imsemmijin minn Dante fid-Divina Commedia (Purgatorio, VI, 105). Il-Montecchi kienu minn Verona waqt li l-Capuleti ġew minn Brescia imma kienu joqogħdu Verona meta kien joqgħod hemm Dante, f'dik li llum tissejjaħ id-dar ta' Ġuljetta. F'din id-dar insibu l-stemma tagħhom forma ta' kappell fuq il-kjavi tal-ħnejja tad-daħla għall-bitħa tas-seklu 13. [4].

Referenzi u noti

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ "From forth the fatal loins of these two foes A pair of star-cross'd lovers take their life; Whose misadventured piteous overthrows Do with their death bury their parents' strife. "
  2. ^ "A plague o' both your houses!"
  3. ^ "Thus with a kiss I die."
  4. ^ M. Carrara. Gli Scaligeri. Verona, 1964. pp. 136-137

[1] Ingliż

Romeo e Giulietta Taljan

{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Romeo u Ġuljetta
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?