For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Robert Abela.

Robert Abela

Robert Abela
Prim Ministru ta' Malta

13 Jannar 2020 -
Joseph Muscat
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta


District: Distrett 6
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Ħajja
Twelid Tas-Sliema, 7 Diċembru 1977 (46 sena)
Nazzjonalità Malta
Familja
Missier George Abela
Omm Margaret Abela
Konjuga/i Lydia Abela Zerafa  (2008 -
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Kulleġġ ta' San Alwiġi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat

Robert Abela (twieled 7 ta’ Diċembru, 1977)[1] huwa avukat Malti u l-Mexxej tal-Partit Laburista illum. Membru tal-Parlament mil-2017, huwa ħa post Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburist, wara l-elezzjoni interna tat-tmexxija tal-partit li saret fil-11 ta' Jannar 2020, u nħalef bħala Prim Ministru fit-13 ta' Jannar. Abela huwa bin George Abela, t-tmien president ta' Malta.

Ħajja bikrija, familja u karriera professjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Bin George Abela u Margaret (née Cauchi), huwa trabba f’Ħal Għaxaq u f’Wied il-Għajn ma’ oħtu Marija. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet f’Santa Luċija, l-iskola tas-St Francis f’Bormla, u l-Kulleġġ San Alwiġi. Ommhom, Margaret, ħadmet fl-amministrazzjoni ta’ l-Università l-Qadima fil-Belt Valletta u wara mexxiet id-ditta legali tal-familja, Abela Advocates.

Plejer tal-futbol fiż-żagħżugħija tiegħu, huwa lagħab bil-mira għat-tim nazzjonali taż-żgħażagħ. Abela pprattika wkoll il-bodybuilding, fejn kkompeta darbtejn fil-kampjonati nazzjonali fl-aħħar tad-disgħinijiet.

Abela studja l-liġi fl-Università ta' Malta, fejn ltaqa' mal-mara futura tiegħu Lydia. Iggradwa bħala avukat fl-2002 u beda jaħdem fl-uffiċċju legali ta’ missieru. Huwa speċjalizza fil-liġi tax-xogħol u tal-familja, l-ippjanar u liġi industrijali.

Fl-2008, huwa żżewweġ lil Lydia Abela (née Zerafa), li wara ħadet l-irwol tas-segretarja tal-kumitat eżekuttiv tal-Partit Laburista. Huma għandhom tifla, Giorgia Mae, imwielda fl-2012.

Fl-2008 kien involut fil-kampanja ta’ missieru meta George Abela kkontesta l-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Dr Alfred Sant.

Fl-2017, Dr Robert Abela laqa’ l-istedina ta’ Dr Joseph Muscat biex joħroġ għall-elezzjoni ġenerali. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament mis-sitt distrett u serva f’kumitati Parlamentari minbarra li kien il-konsulent tal-Prim Ministru fil-kabinett.

Elezzjonijiet Ġenerali 2022

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2022, il-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela kiseb 162,707 vot; 39,474 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 123,233 vot; u bħala persentaġġi l-PL ġab 55.1% u l-PN 42.1%, kważi ripetizzjoni tal-istess riżultati taż-żewġ elezzjonijiet ta' qabel. Kienet l-ikbar rebħa elettorali f'Malta minn wara l-Indipendenza sal-lum.

Imma meta wieħed iqabbel l-elezzjoni ġenerali ma’ dik tas-sena 2017 isib ukoll li l-Partit Laburista naqqas il-voti tiegħu b’8,269 vot, waqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti bi 12,464 vot.

Ħajja Personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2008, żżewweġ lil Lydia u fl-2012 kellhom tifla, Georgia Mae.

  1. ^ Spiteri, Adrian (11 January 2020). "Who is Robert Abela?" tvm.com.mt. Irkuprat 13 ta' Jannar 2020.
Predeċessur
Joseph Muscat
Prim Ministru ta' Malta
2020-

Suċċessur
prim ministru attwali

Predeċessur
Joseph Muscat
Mexxej tal-Partit Laburista
2020-

Suċċessur
mexxej attwali

{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Robert Abela
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?