For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta' Kotor.

Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta' Kotor

Veduta tal-Kotor u tal-Bajja ta' Kotor

Ir-Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta' Kotor huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li jinsab fil-Montenegro u li ġie ddeżinjat fl-1979. Iħaddan fih iċ-ċentru storiku ta' Kotor (bit-Taljan: Cattaro), il-fortifikazzjonijiet Venezjani ta' Kotor, u r-reġjun tal-madwar fuq ġewwa tal-Bajja ta' Kotor.[1]

Ċentru storiku ta' Kotor

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-ċentru storiku ta' Kotor (storikament magħruf bħala “Cattaro la Veneziana”) huwa mdawwar bi swar u għandu pajsaġġ urban Medjevalippreservat u rrestawrat tajjeb, b'binjiet notevoli bħall-Katidral ta' San Trifon (li nbena fl-1166).[2]

Iċ-ċentru storiku ta' Kotor ġarrab ħsarat kbar minħabba t-terremot tal-15 ta' April 1979, u dan wassal biex fl-istess sena li ġie ddeżinjat, is-sit jitqiegħed fil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu. Wara riabilitazzjoni sinifikanti tar-raħal, is-sit tneħħa mil-lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-periklu fl-2003.[3]

Fortifikazzjonijiet ta' Kotor

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fortifikazzjonijiet jikkonsistu f'sistema ta' binjiet militari difensivi li kienu jħarsu r-raħal Medjevali ta' Kotor. Jinkludu s-swar, il-bibien jew id-daħliet, il-ħitan li jibqgħu telgħin fuq il-muntanja ta' San Ġwann, il-kastell ta' San Ġwann, u l-istrutturi ta' sostenn. Filwaqt li xi strutturi jmorru lura għal Żmien ir-Rumani u l-Biżantini, il-biċċa l-kbira tal-fortifikazzjonijiet inbnew taħt it-tmexxija tal-Venezjani.[4] Iktar 'il quddiem saru xi modifiki wkoll mill-Awstrijaċi. Mill-2017, il-fortifikazzjoniet huma elenkati wkoll bħala parti minn Sit ta' Wirt Dinji transnazzjonali ieħor tal-istrutturi tad-difiża tal-Venezjani tas-sekli 16 u 17 fil-Montenegro, il-Kroazja u l-Italja.[5]

Reġjun ta' Kotor

[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-reġjun li huwa inkluż fis-Sit ta' Wirt Dinji huwa l-parti ta' ġewwa tal-Bajja ta' Kotor (lil hinn mill-istrett ta' Verige) imdawra bil-muntanji u rħula oħra, fosthom Risan u Perast apparti Kotor stess. Barra minn hekk, huma inklużi wkoll il-gżejriet ta' San Ġorġ (Sveti Đorđe) u tal-Madonna tal-Blat (Gospa od Škrpijela).

Preservazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Katidral ta' Kotor

Fl-1979, meta s-sit sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tqiegħed ukoll fil-lista ta' siti fil-periklu minħabba l-ħsarat li ġarrab minħabba terremot. Bis-saħħa tal-isforzi internazzjonali konġunti, speċifikament fir-rigward ir-raħal ta' Kotor, twettaq ir-restawr li kien hemm bżonn biex b'hekk fl-2003 is-sit seta' jitneħħa mil-lista ta' siti fil-periklu.

Minkejja dan, is-sit jiffaċċja għadd ta' sfidi inġenerali. Il-perikli naturali bħall-erożjoni u t-terremoti dejjem se jkunu theddida. Madankollu, l-impatt tal-attività tal-bniedem hija l-ikbar sfida. Fil-fatt, xi żvilupp urban li sar tqies li jistona mal-għanijiet tal-preservazzjoni.[3] Kwistjoni oħra kienet il-proposta li jinbena pont min-naħa għall-oħra tal-istrett ta' Verige. Il-pont propost bejn il-Kap San Nedjelja u l-Kap Opatovo kieku jiffaċilita t-traffiku tal-Awtostrada tal-Adrijatiku li attwalment tuża sistema ta' laneċ minn naħa għall-oħra tal-bajja. Meta s-sit ġie ddeżinjat fl-1979, ġew rikonoxxuti l-valur kulturali tiegħu, għalkemm rapport ta' żjara (missjoni) tal-UNESCO tal-2008 jissuġġerixxi li għandu jitqies il-valur straordinarju tiegħu bħala “pajsaġġ kulturali”, li jaf iwassal għal xi aġġornament mill-UNESCO fis-snin li ġejjin.[3]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-gżejra tal-Madonna tal-Blat

Ir-Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta' Kotor ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979. Il-valur universali straordinarju tiegħu ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”; il-kriterju (ii) “Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ”; il-kriterju (iii) “Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet”; u l-kriterju (iv) “Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem”.[1]

  1. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Natural and Culturo-Historical Region of Kotor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
  2. ^ "Cathedral of Saint Tryphon in Kotor Old City © KOTOR". KOTOR (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-09-28. Miġbur 2021-03-22.
  3. ^ a b ċ UNESCO-ICOMOS mission report on The Natural and Culturo-Historical Region of Kotor”
  4. ^ "Fortifications of Kotor". Atlas Obscura (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Venetian Works of Defence between the 16th and 17th Centuries: Stato da Terra – Western Stato da Mar". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Reġjun Naturali, Kulturali u Storiku ta' Kotor
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?