For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Philip Muscat.

Philip Muscat

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija.

Philip Muscat (Ħaż-Żebbuġ, 9 ta' Awwissu 1930 - Msida, 31 ta' Diċembru 2010) kien tabib u Ministru Laburista fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet, u fi żmienu seħħew żviluppi importanti għal Malta, l-aktar fil-qasam tat-telekomunikazzjoni kif ukoll f’dak tal-edukazzjoni, fost­hom bit-twaqqif tal-Junior Lyceums.

Bin Joseph u Anna mwielda Sciortino, Philip Muscat studja fl-Iskola Primarja ta' Ħaż-Żebbuġ, is-Seminarju u fl-Università ta' Malta minn fejn ggradwa fil-B.Pharm., B.Sc. fl-1952 u sar tabib fl-1955. Kien tabib popolari fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi.It-Tabib Muscat kien miż­żewweġ lil Doris imwielda Cuschieri u kellhom tlett itfal, Alexander, Joseph u Marlene.

It-Tabib Muscat daħal fil-politika fl-1956 bħala president tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti ta’ Ħaż-Żebbuġ. Hu kkontesta l-elezzjonijiet ġe­nerali f’isem il-Partit Laburista fl-1962, 1966 u l-1971 u dej­jem tela’ minn fuq il-ħames distrett. Fis-snin 60 kien il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Servizzi Soċjali u s-Saħħa. Ikkontesta wkoll b’suċċess l-elezzjonijiet tal-1976, 1981 u 1987 li fihom kien elett mis-sitt dist­rett. Fl-1992 ikkontesta fuq is-sitta u s-seba’ distrett fejn kien irnexxielu jżomm is-siġġu parlamentari wara li rebaħ elezzjoni każwali.

Bejn l-1971 u l-1976 it-Tabib Muscat kien inħatar deputat ċerpersin tal-kumitati tal-Kamra tar-Rapp­re­żentanti, u mexxa wkoll delegazzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa. Wara l-elezzjoni tal-1976 ingħata r-responsabbiltà ta’ Ministru tal-Edukazzjoni, ka­riga li żamm sal-1983. Waqt il-ħidma tiegħu f’dan il-Minis­teru kien introduċa l-iskemi ta’ student ħaddiem fl-Università u l-Istitut Tekniku. Fl-1979 irrappreżenta lill-Prim Ministru fil-Konferenza tal-Kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth fiż-Żambja. Bejn l-1983 u l-1987 it-Tabib Muscat serva bħala Ministru tal-Industrija Paras­tatali, Enemalta u Telemalta. Minn April 1992, huwa kien il-kelliem ewlieni tal-Oppo­żizzjoni dwar ix-Xogħol u l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, sakemm imbagħad irtira mill-politika.

Fi stqarrija wara l-mewt tiegħu, il-Partit Laburista qal: "It-tabib Muscat kellu karriera mill-aqwa fil-kamp tal-medicina kif ukoll f’dak politiku, fejn għal snin twal ħadem u ta sehem fil-ħidma tal-Partit Laburista, liema ħidma baqa’ għaddej biha sal-aħħar żminijiet."

Il-funeral tiegħu sar fit-3 ta' Jannar 2011, fil-Knisja ta' Ħaż-Żebbuġ. Attendew il-President George Abela, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-Aġent Mexxej tal-Partit Laburista Anġlu Farrugia, l-eks-Mexxej Laburista Alfred Sant kif ukoll membri parlamentari preżenti u eks-ministri u deputati li servew fi żmien meta Muscat kien ministru. Fl-omelija tal-quddiesa Fr Hilary Tagliaferro iddeskriva lil Philip Muscat bħala bniedem bilanċjat li kapaċi jagħmel awto-kritika u dak li hu abjad jgħidlu abjad u dak li hu iswed jgħidlu iswed. Huwa sostna li rridu nitgħallmu minn dawn in-nies u t-tajjeb li għamlu f’ħajjithom nagħmluh aħna. Saħaq ukoll li l-awtorità ma tfissirx poter imma servizz għall-oħrajn minn dawk stess li għandhom il-poter u l-awtorità.“Philip kien juża l-poter biex jagħti servizz”.

Wara l-quddiesa t-tebut inħareġ mill-knisja qalb iċ-ċapċip tan-nies u minn hemm inġarr fuq l-idejn sa’ quddiem il-każin Laburista ta' Ħaż-Żebbuġ fejn mal-faċċata kien hemm ‘banner’ bil-kliem “Grazzi Philip”. Mill-gallarija ntefgħu fjuri ħomor u bojod kif ukoll indaqq il-Last Post minn grupp ta’ bandisti. Minn hemm il-korteo bil-qraba u l-ħbieb kompla saċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù fl-istess raħal fejn Muscat indifen fil-qabar tal-familja.

Predeċessur
Agatha Barbara
Ministru tal-Edukazzjoni
1976–1983

Suċċessur
Daniel Micallef

{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Philip Muscat
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?