For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Pamukkale.

Pamukkale

Pamukkale f'inżul ix-xemx

Pamukkale, li tfisser "kastell tal-qoton" bit-Tork, huwa sit naturali fil-Provinċja ta' Denizli fil-Lbiċ tat-Turkija. Iż-żona hija famuża għall-mineral karbonat li jitħalla mill-fluss tal-ilma tal-fawwara termali.[1] Is-sit jinsab fir-reġjun Eġew fuq ġewwa tat-Turkija, fil-wied tax-xmara Menderes, li għandu klima miti għall-biċċa l-kbira tas-sena.

Il-belt Griega antika ta' Hierapolis (li tfisser Belt Sagra) inbniet fuq formazzjoni tat-travertin (il-ġir li jifforma mill-fawwara termali) li b'kollox hija twila madwar 2,700 metru, wiesgħa 600 metru u għolja 160 metru.[1] Wieħed jista' jara s-sit mill-għoljiet fuq in-naħa opposta tal-wied fir-raħal ta' Denizli, xi 20 kilometru 'l bogħod. Din iż-żona magħrufa bħala Pamukkale-Hierapolis ilha tattira l-viżitaturi minħabba l-fawwariet termali tagħha minn żmien l-antikità klassika. L-isem bit-Tork jirreferi għas-superfiċe tal-ġebla tal-ġir bajda silġ, imsawra tul il-millenji mill-fawwariet mimlija kalċit. Bil-qatra l-qatra, l-ilmijiet mimlija minerali jgelglu ma' ġenb l-għolja tas-sit u jinġemgħu f'vaski minerali sa ma jfuru u joħolqu qishom kaskati żgħar għal ġol-vaski ta' taħt. Skont leġġenda l-formazzjonijiet huma qoton solidifikat (l-għalla prinċipali taż-żona) li l-ġganti ħallew jinxef fix-xemx.[1]

Il-kaskati mtarrġin tat-travertin

In-nies żaru ż-żona minn eluf ta' snin ilu minħabba l-attrazzjoni tal-fawwara termali. Saħansitra sa nofs is-seklu 20, kienu nbnew lukandi fuq il-fdalijiet ta' Hierapolis li kkawżaw ħsara konsiderevoli. Inbniet triq mill-wied sal-kaskati mtarrġin ta' Pamukkale, u l-muturi kienu jitħallew jitilgħu u jinżlu mill-għoljiet bojod. Meta ż-żona ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, il-lukandi twaqqgħu u t-triq tneħħiet u ġiet sostitwita b'vaski artifiċjali. Hemm fdalijiet Rumani ppreservati tajjeb u mużew fil-post. Mogħdija tal-mixi żgħira tippermetti lill-viżitaturi jaslu sas-sit ħafjin billi jgħaddu minn fuq fluss tat-travertin, għalkemm il-kaskati mtarrġin kollha huma magħluqin għall-pubbliku, u wieħed jista' jħares biss lejhom, minħabba li ġarrbu ħsarat mill-erożjoni u t-tniġġis tal-ilma minħabba t-turiżmu.[2]

Pamukkale ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988 flimkien ma' Hierapolis.[2]

Il-kaskati mtarrġin ta' Pamukkale huma magħmulin bit-travertin, blat sedimentari ddepożitat mill-ilma minerali tal-fawwariet termali. F'din iż-żona, hemm 17-il fawwara termali b'temperaturi li jvarjaw minn 35 °C (95 °F) sa 100 °C (212 °F). L-ilma li jfeġġ mill-fawwara jiġi ttrasportat 320 metru (1,050 pied) lejn il-parti ta' fuq tal-kaskati mtarrġin tat-travertin u jiddepożita l-karbonat tal-kalċju fuq sezzjoni twila bejn 60 u 70 metru (200 u 230 pied) li tkopri medda ta' 24 metru (79 pied) sa 30 metru (98 pied). Meta l-ilma, supersaturat bil-karbonat tal-kalċju, jasal fis-superfiċe, id-diossidu tal-karbonju jiddegassifika minnu, u jiġi ddepożitat il-karbonat tal-kalċju. Il-karbonat tal-kalċju jiġi ddepożitat mill-ilma bħala ġell artab li eventwalment jikkristallizza fit-travertin.[1]

Veduta ta' Pamukkale minn fejn il-kaskati mtarrġin
Id-Daħla ta' Frontinus, Hierapolis

Ftit fatti storiċi biss huma magħrufa dwar l-oriġini tal-belt ħdejn Pamukkale. Ma hemm l-ebda traċċa tal-preżenza tal-Ittiti jew tal-Persjani. Il-Friġej bnew tempju, x'aktarx fl-ewwel nofs tas-seklu 7 Q.K. Dan it-tempju, li oriġinarjament kien jintuża miċ-ċittadini tar-raħal fil-qrib ta' Laodicea, iktar 'il quddiem ifforma ċ-ċentru ta' Hierapolis.

Hierapolis ġiet stabbilita bħala spa termali fil-bidu tas-seklu 2 Q.K. fi ħdan l-isfera tal-Imperu tas-Selewċidi. Antijoku l-Kbir bagħat 2,000 familja Lhudija lejn Lydia u Phrygia mill-Babilonja u mill-Mesopotamja, li iktar 'il quddiem ingħaqdu magħhom iktar familji mill-Ġudea. Il-kongregazzjoni ta' Lhud kibret f'Hierapolis u ġie stamat li kienet laħqet saħansitra l-50,000 ruħ fit-62 Q.K.[3] Hierapolis saret ċentru tal-fejqan fejn it-tobba kien jużaw il-fawwara termali bħala trattament għall-pazjenti tagħhom. Il-belt bdiet tizzekka l-muniti tal-bronż fis-seklu 2 Q.K. Fuq dawn il-muniti kien hemm isem il-belt ta' Hieropolis. Mhuwiex ċar jekk dan l-isem kienx jirreferi għat-tempju oriġinali (ἱερόν, hieron) jew kienx turija ta' ġieħ lil Hiera, il-mara ta' Telefu, iben Erakle u l-prinċipessa Auge, is-suppost fundatriċi tad-dinastija Attalida ta' Pergamon. Eventwalment dan l-isem inbidel għal Hierapolis ("belt sagra"). Fil-133 Q.K., meta miet Attalus III, ħalla b'wirt ir-renju tiegħu lil Ruma. Hierapolis b'hekk saret parti mill-provinċja Rumana tal-Asja. Fis-17 W.K., matul ir-renju tal-Imperatur Tiberju, terremot kbir qered il-belt.[4]

L-anfiteatru ta' Hierapolis

Permezz tal-influwenza tal-appostlu Kristjan Pawlu, ġiet stabbilita knisja hemmhekk meta kien f'Efesu.[5] L-appostlu Kristjan Filippu qatta' l-aħħar snin ta' ħajtu hawnhekk.[6] Il-martyrium tal-belt allegatament inbena fuq il-post fejn Filippu kien ġie msallab fit-80 W.K. Jingħad li t-tfal bniet tiegħu kienu jagħmluha ta' profeti fir-reġjun.[7][8] Matul is-seklu 4, il-Kristjani mlew id-Daħla ta' Plutone (ploutonion) bil-ġebel, li jagħti x'jifhem li l-Kristjaneżmu kien sar reliġjon dominanti u beda jieħu post reliġjonijiet oħra fiż-żona. Oriġinarjament sede tal-Phrygia Pacatiana[9], l-Imperatur Biżantin Ġustinjanu tella' l-grad ġerarkiku tal-isqof ta' Hierapolis għall-grad metropolitan fil-531. Il-banjijiet Rumani ġew ittrasformati f'bażilika Kristjana. Matul żmien il-Biżantini, il-belt kompliet tiffjorixxi u baqgħat ukoll ċentru importanti għall-Kristjaneżmu.

Il-mużew fih artefatti storiċi minn Hierapolis, kif ukoll dawk minn Laodiceia, Colossae, Tripoli, Attuda u rħula oħra tal-wied ta' Lycos (Çürüksu). Il-mużew fih ukoll sezzjoni ddedikata għall-artefatti li nstabu f'Beycesultan Hüyük li jinkludu eżempji tal-artiġjanat ta' Żmien il-Bronż.

Fil-mużew jintwerew ukoll artefatti mir-reġjuni ta' Caria, Pisidia u Lydia. L-ispazju tal-mużew jikkonsisti minn tliet kompartimenti magħluqa tal-Banju ta' Hierapolis u ż-żoni fil-beraħ fin-naħa tal-Lvant li huwa magħruf li kienu jintużaw bħala librerija u gymnasium. L-artefatti fl-ispazju fil-beraħ huma fil-biċċa l-kbira tal-irħam u tal-ġebel. Hierapolis hija maqsuma f'diversi fdalijiet differenti.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Pamukkale

Is-sit ta' Hierapolis-Pamukkale ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988 u huwa attrazzjoni turistika bis-saħħa tas-sbuħija naturali ta' Pamukkale u l-importanza storika ta' Hierapolis.[2]

L-attività vulkanika taħt l-art li tikkawża l-fawwariet termali wasslet ukoll id-diossidu tal-karbonju f'għar, li kien issejjaħ Plutonju, li fil-lokalità kien jirreferi għall-"post tal-alla Plutone". Dan l-għar kien jintuża għal skopijiet reliġjużi mill-patrijiet ta' Ċibele, li sabu modi kif jibqgħu immuni għall-gass soffokanti.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali".[2]

Protezzjoni tal-ilmijiet termali

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-pixxini termali artifiċjali

Il-lukandi li nbnew fis-snin 60 tas-seklu 20 twaqqgħu peress li kienu qed ikollhom effett negattiv fuq l-ilmijiet termali fil-pixxini tal-għawm tagħhom u kienu qed jikkawżaw ħsara lill-kaskati mtarrġin. Il-provvista tal-ilma lejn il-lukandi attwali lil hinn mis-sit ġiet ristretta fi sforz li jiġi ppreservat is-sit kollu u biex id-depożiti jitħallew jerġgħu jiġġeneraw.[2]

L-aċċess għall-kaskati mtarrġin huwa ristrett biss għal mogħdija ċentrali bejn il-kaskati tat-travertin u l-viżitaturi jridu jimxu ħafjin fil-partijiet bit-travertin u bl-ilma. L-għawm jitħalla biss fil-pixxini artifiċjali ħdejn il-mużew.

Ir-raħal bl-istess isem li żviluppa qrib Pamukkale huwa ġemellat ma':

Postijiet simili

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn il-postijiet huma magħrufa sew ukoll għall-formazzjonijiet tat-travertin tagħhom:

  • Egerszalók fl-Ungerija
  • Badab-e Surt fl-Iran
  • Mammoth Hot Springs fl-Istati Uniti
  • Pink and White Terraces f'New Zealand[10][11]
  • Hierve el Agua fil-Messiku
  • Bagni San Filippo, Siena, fl-Italja
  • Baishuitai fiċ-Ċina
  • Tatev, fl-Armenja
  • Terme di Saturnia fl-Italja
  • Żona ta' Interess Storiku u Xeniku ta' Huanglong, Sit ta' Wirt Dinji simili tal-UNESCO fiċ-Ċina.[12]
  1. ^ a b ċ d Scheffel, Richard L.; Wernet, Susan J., eds. (1980). Natural Wonders of the World. United States of America: Reader's Digest Association, Inc. p. 286. ISBN 978-0-89577-087-5.
  2. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Hierapolis-Pamukkale". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-26.
  3. ^ "Jewish Congregation in Hierapolis. Padfield.com" (PDF).
  4. ^ Kevin M. Miller (Lulju 1985). "Apollo Lairbenos". Numen. 32 (1): 46–70.
  5. ^ Kolossin 4:13.
  6. ^ "Papias (Roberts-Donaldson)". web.archive.org. 2015-09-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-24. Miġbur 2022-03-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "NPNF2-01. Eusebius Pamphilius: Church History, Life of Constantine, Oration in Praise of Constantine - Christian Classics Ethereal Library". web.archive.org. 2018-05-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-05-04. Miġbur 2022-03-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "NPNF2-01. Eusebius Pamphilius: Church History, Life of Constantine, Oration in Praise of Constantine - Christian Classics Ethereal Library". web.archive.org. 2017-10-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-14. Miġbur 2022-03-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ RAMSAY, Cities and Bishoprics of Phrygia (Oxford, 1895–1897)
  10. ^ Bunn, Rex; Nolden, Sascha (2017-06-07). "Forensic cartography with Hochstetter's 1859 Pink and White Terraces survey: Te Otukapuarangi and Te Tarata". Journal of the Royal Society of New Zealand. 48: 39–56.
  11. ^ Bunn and Nolden, Rex and Sascha (December 2016). "Te Tarata and Te Otukapuarangi: Reverse engineering Hochstetter's Lake Rotomahana Survey to map the Pink and White Terrace locations". Journal of New Zealand Studies. NS23: 37–53.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Huanglong Scenic and Historic Interest Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-26.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Pamukkale
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?