For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Palazz tal-Khan.

Palazz tal-Khan

Il-Palazz tal-Khan ta' Sheki.

Il-Palazz tal-Khan (bl-Ażerbajġani: Şəki xanlarının sarayı) f'Sheki, l-Ażerbajġan kien ir-residenza tas-sajf tal-Khan ta' Sheki. Inbena fl-1797 minn Muhammed Hasan Khan. Il-palazz kien maħsub biex jospita l-Khan li kellhom il-kontroll ta' Sheki f'idejhom, bħala viċirejiet tad-dinastiji Persjani mexxejja taz-Zand u iktar 'il quddiem tal-Qajar għall-ħabta tal-1750 saż-żmien meta dawn it-territorji ġew annessi mal-Imperu Russu permezz tat-Trattat ta' Gulistan fl-1813 wara l-Gwerra bejn ir-Russja u l-Persja fl-1804-1813.

Il-Palazz tal-Khan ta' Sheki ġie nnominat bħala sit indikattiv biex jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1998 minn Gulnara Mehmandarova[1], il-President tal-Kumitat tal-ICOMOS tal-Ażerbajġan (il-Kunsill Internazzjonali tal-Monumenti u s-Siti). Fis-7 ta' Lulju 2019, iċ-Ċentru Storiku ta' Sheki flimkien mal-Palazz tal-Khan saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2][3]

Preservazzjoni u restawr

[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-1955 sal-1965 twettaq restawr taħt is-superviżjoni stretta ta' Niyazi Rzaev. Żewġ arkitetti, Kamal Mamedbekov u Nikolai Utsyn, kienu involuti f'dan ix-xogħol ta' kejl u ta' tpinġijiet tar-restawr. L-istudjo tar-restawr ġie stabbilit fis-sala ċerimonjali fit-tieni sular tal-palazz, u l-kmamar li jmissu mas-sala ntużaw biex jakkomodaw lill-arkitetti. It-tpinġijiet imfassla minn Mamedbekov u minn Utsyn iffurmaw il-bażi tal-proġett tar-restawr għall-kumpless kollu tal-palazz. It-twettiq tax-xogħol tar-restawr abbażi tat-tpinġijiet tal-arkitetti ġie fdat lill-artist F. Hajiyev u l-ħaddiem tas-sengħa tax-shabaka A. Rasulov.

L-aħħar restawr totali u komplut sar fl-2002-2004 bl-appoġġ tal-Bank Dinji u twettaq taħt it-tmexxija ta' tim Ġermaniż tar-restawr (Uwe Henschel, Dietrich Wellmer, Elisabeth Wellmer u Andreas Lessmeister) mill-kumpanija "Denkmalpflege Mecklenburg GmbH" (li llum il-ġurnata saret "Neumühler Bauhütte GmbH").

Il-ħġieġ ikkulurit tal-Kamra tal-Konsultazzjoni fuq ġewwa tal-Palazz tal-Khan ta' Sheki.

Fl-1946 Konstantinov f'artikolu msejjaħ "Nuha" kiteb: "Dan il-Palazz tal-Għaġeb — li jħaddan fih l-ogħla livell ta' lussu u ta' ħila tal-arkitetti Persjani, inbena fl-1790 mir-resident ta' Shiraz Haji Zeynal Abdin".[4]

Il-poeta Nikolai Tikhonov, li żar il-palazz fl-1947, iddeskriva l-Palazz fl-istorja awtobijografika tiegħu msejħa "It-Toroq, il-Mogħdijiet": "Il-pitturi tal-Palazz tal-Khan u diversi disinni huma ppreservati tajjeb ħafna, u jiżgurawlna li l-arti ġiet żviluppata f'Nukha tal-qedem, u li l-poeżija u l-filosofija kienu apprezzati ferm".

Fl-1968, il-parti storika ta' Yukhari-Bash, li tinsab fil-Palazz tal-Khan ta' Sheki, ġiet iddikjarata bħala riżerva storika-arkitettonika. Il-Palazz tal-Khan ta' Sheki ġie nnominat bħala sit indikattiv biex jiddaħħal fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001 minn Gulnara Mehmandarova il-President tal-Kumitat tal-ICOMOS tal-Ażerbajġan. Id-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Irina Bokova, żaret il-Palazz tal-Khan ta' Sheki fi ħdan il-qafas ta' żjara uffiċjali f'Sheki fl-1 ta' Awwissu 2010.[2][3]

Fl-4 ta' Lulju 2012 ġie ċċelebrat il-250 anniversarju tal-palazz f'Sheki. L-ambaxxaturi ta' kważi 30 pajjiż u organizzazzjoni internazzjonali, inkluż figuri importanti tax-xjenza, tal-kultura u tal-arti tal-pajjiż, kif ukoll membri tal-Assemblea Nazzjonali, ħadu sehem fiċ-ċerimonja.[5]

Mill-fortizza ta' Sheki tal-qedem, l-unika binja li waslet sa żminijietna hija l-binja ta' żewġ sulari tal-palazz, li oriġinarjament kienet magħmula minn diversi binjiet. Għalkemm il-binja ġiet imsewwija u rikostruwita bosta drabi minn mindu nbniet, dan ix-xogħol kollu ma kellux wisq impatt fuq id-dehra tagħha. Wara li l-Khanat ta' Sheki ngħaqad mal-Imperu Russu, il-palazz ġie subordinat għall-amministrazzjoni lokali u ssewwa kemm-il darba. Ir-restawr twettaq fil-palazz min-neputi ta' Hussein Khan Mushtag, il-poeta Karim agha Fateh fl-1848-1851.[6]

Ir-restawr tal-Palazz tal-Khan ta' Sheki ġie diskuss fil-plenarja ta' Avercom fil-25 ta' April 1991, u ttieħdet id-deċiżjoni li ġejja: "Ir-restawr tal-Palazz tal-Khan huwa responsabbiltà ta' Narkomprosom skont id-deċiżjoni preċedenti ta' Azverkom. 25 miljun rubli ġew allokati mill-baġit ta' Narkomprosom għat-tiswija tal-Palazzi tal-Khan ta' Shusha u Sheki". Ir-rapport dwar ir-restawr li ntbagħat issejjes fuq ir-rieżami tal-proġett tar-restawr mill-arkitett Pyotr Baranovsky f'laqgħa tal-Akkademja tal-Arkitettura tal-Commonwealth li saret fit-13 ta' Marzu 1939.[7]

Ix-xogħol tar-restawr twettaq fis-snin 50 tas-seklu 20. Il-kritiku tal-arti Valentina Antonova tikteb dwar ix-xogħol tar-restawr ta' I.Baranov li, "xeni ta' ġlied kappriċċuż u brijuż kienu deskritti fl-affreski mal-ħitan tal-Palazz tal-Khan imorru lura għal żmien Nukha tas-seklu 18, li jfakkru s-swieq storbjużi tal-Lvant". Ix-xogħol tar-restawr twettaq bit-tħejjija u bit-tmexxija tal-arkitett Niyazi Rzayev fl-1955-1965. Matul dawn is-snin, l-artist F.Hajiyev u l-ornamentalist A.Rasulov ħadmu fil-palazz.

Ix-xogħol tar-restawr inbeda fil-palazz fl-2002, fi ħdan il-qafas tal-proġett dwar il-"protezzjoni tal-wirt kulturali".[8]

Flimkien mal-vaska u s-siġar tal-platanu, ir-residenza tas-sajf hija l-unika struttura li għad fadal mill-kumpless ikbar tal-palazz fi ħdan il-fortizza tal-Khan ta' Sheki, li fl-imgħoddi kienet tinkludi palazz tax-xitwa, residenzi għall-familja tal-Khan u kwartieri għall-qaddejja. Il-palazz fih madum dekorattiv, funtani u diversi twieqi bil-ħġieġ ikkulurit. Fuq barra l-palazz ġie mżejjen b'madum blu skur, turkważ u okra b'disinni ġeometriċi u l-affreski ġew ikkuluriti b'tempera u ġew ispirati mix-xogħlijiet ta' Nizami Ganjavi.[9]

Ir-residenza tas-sajf, li fiha 32 metru bi tmien metri u nofs fuq barra, hija struttura tal-ġebel ta' żewġ sulari mtawla tul l-assi tat-Tramuntana għan-Nofsinhar u msaqqfa b'saqaf imrikkeb tal-injam bi truf twal. Il-konfigurazzjoni taż-żewġ sulari hija l-istess; tliet kmamar rettangolari f'ringiela, isseparati b'iwan dojoq iħarsu lejn in-Nofsinhar li jagħtu aċċess għall-kmamar. L-aċċess għas-sulari huwa separat biex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet pubbliċi u privati tagħhom. Il-pjan terran, aċċessat min-Nofsinhar permezz ta' żewġ iwan, kien jintuża primarjament minn skrivana u petizzjonanti. Żewġ garigori taraġ mehmuża mal-faċċata tat-Tramuntana jagħtu aċċess għall-ewwel sular, li kien irriżervat għall-familja tal-Khan u l-mistednin tagħhom.

Ir-residenza tas-sajf hija rinomata għat-tiżjin lussuż tagħha minn barra u minn ġewwa. Partijiet kbar mill-faċċata tar-residenza, inkluż l-elevazzjonijiet kollha tan-Nofsinhar tas-swali ċentrali fuq iż-żewġ sulari, huma miksija b'mużajk ta' ħġieġ ikkulurit ingastat f'lavur bl-injam magħruf bħala shebeke li kien jiġi assemblat mingħajr l-użu ta' msiemer jew kolla. L-erba' iwan huma msaqqfa bil-muqarna li huma mżejna bid-deheb fin-naħa t'isfel u miksija bil-frammenti ta' mirja fl-ewwel sular. Is-superfiċi l-oħra tal-faċċati kollha huma mżejna b'panewijiet tal-madum bil-fjuri u bil-mużajk.

Il-ħitan ta' ġewwa tar-residenza huma miksijin għalkollox bl-affreski mpittra fi żminijiet differenti matul is-seklu 18. Bosta mill-affreski fihom fjuri fil-vażuni, filwaqt li sensiela ta' pitturi fis-swali tal-ewwel sular juru xeni tal-kaċċa u tal-ġlied. Il-firem fuq l-affreski jelenkaw l-ismijiet tal-artisti li ġejjin: Ali Kuli, Kurban Kuli u Mirza Jafar minn Shemaha, Usta Gambar minn Shusha, u Abbas Kuli, li jaf kien ukoll l-arkitett tar-residenza tas-sajf.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-Ċentru Storiku ta' Sheki bil-Palazz tal-Khan ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2019.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[3]

Il-Palazz tal-Khan ta' Sheki ġie studjat għall-ewwel darba mid-Dipartiment tal-Protezzjoni tal-Monumenti tal-Ażerbajġan. Iktar 'il quddiem, l-Istitut tal-Istorja msemmi għal Bakikhanov tal-Akkademja tar-Repubblika Sovjetika tax-Xjenzi, investiga bir-reqqa l-monument f'iktar dettall. Fil-perjodu ta' wara, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Arkitettoniċi taħt il-Kunsill tal-Ministri tal-Ażerbajġan.

Ix-xogħol bikri tar-riċerka fil-palazz twettaq bil-parteċipazzjoni tal-Professuri Fridolin u Sharifov. Fl-1936, persunal espert speċjali, li kien jinkludi lil Denike, Chepeleva, Weimar u Bolotova mill-Mużew Statali tal-Kulturi tal-Lvant ta' Moska ġabar ħafna informazzjoni dwar il-monument.

  1. ^ "Sheki, the Khan's Palace - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2012-08-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-08-11. Miġbur 2023-04-26.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Six cultural sites added to UNESCO's World Heritage List". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-26.
  3. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Sheki with the Khan’s Palace". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-26.
  4. ^ Рзаев, Шэнэр (1988). "Об истории Имарета Муштага в г. Шеки". Известия Академии наук Азербайджанской ССР. Издательство Академии наук Азербайджанской ССР (3): 143.
  5. ^ "Şəki xanları sarayının 250 illik yubileyi böyük təntənələrlə qeyd olunmuşdur". azertag.az (bl-Ażerbajġani). Miġbur 2023-04-26.
  6. ^ Шәки Ханларынын Сарајы / Под ред. Дж. Кулиева (Т. 10. ed.). Азербайджанская советская энциклопедия: Главная редакция Азербайджанской советской энциклопедии. 1987. pp. 502–503.
  7. ^ Доклад на совещании комиссии при Всесоюзной Академии Архитектуры по рассмотрению проекта реставрации «Ханского Дворца» в г. Нухе Азерб. ССР от 13 марта 1939 г. Материалы по Имарету Муштага, папка № 2.
  8. ^ "Реставрация памятников архитектуры в Азербайджане". www.museum.ru. Miġbur 2023-04-26.
  9. ^ David C. King. Azerbaijan, Marshall Cavendish, 2006, p. 99.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Palazz tal-Khan
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?