For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Opossum sufi ta' Derby.

Opossum sufi ta' Derby

Opossum sufi ta' Derby
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruCaluromys
speċi Caluromys derbianus
Waterhouse, 1841
Distribuzzjoni ġeografika

L-opossum sufi ta' Derby, magħruf xjentifikament bħala Caluromys derbianus, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinenti Amerikani b'firxa min-Nofsinhar tal-Messiku sat-Tramuntana tal-Ekwador.

Dan l-opossum sufi ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti primarji (għalkemm jisab ukoll f'dawk sekondarji), kemm dawk dejjem ħodor kif ukoll dawk li jwaqqgħu l-weraq u mal-firxa vasta li għandu, huwa jinsab fi stat kemm minn dak ta' lokalment komuni, sa dak ta' mhux komuni f'inħawi oħra.

Bħal kull membru tal-ġeneru Caluromys, l-opossum sufi ta' Derby huwa annimal strettament siġri (jgħix fis-siġar), għandu il-kwozjent tal-enċefalizazzjoni (il-massa ċelebrali mmqabla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata aktar għolja minn dik tal-opossumi l-oħrajn, botna iżgħar u denb twil u tqil ħafna f'aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.

L-opossum sufi ta' Derby huwa annimal omnivoru u d-dieta tiegħu tikkonsisti minn frott, żrieragħ, weraq, ħxejjex rotob, insetti, annimali invertebrati żgħar u possibilment annimali mejta jew fi stat ta' dekompożizzjoni wkoll.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan l-opossum għandu distribuzzjoni ma' bosta pajjiżi fin-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, fl-Amerika Ċentrali u fit-Tramuntana tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsab fil-Beliże, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Kolombja, il-Kosta Rika, il-Messiku, in-Nikaragwa u l-Panama.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Ordni Didelphimorphia
    • Superfamilja Didelphoidea
      • Familja Didelphidae
        • Sottofamilja Caluromyinae
          • Ġeneru Caluromys
            • Sottoġeneru Mallodelphys
              • Opossum sufi ta' Derby, Caluromys derbianus
                • Sottospeċi
                  • Caluromys derbianus aztecus (Thomas, 1913)
                  • Caluromys derbianus centralis (Hollister, 1914)
                  • Caluromys derbianus derbianus (Waterhouse, 1841)
                  • Caluromys derbianus fervidus (Thomas, 1913)
                  • Caluromys derbianus nauticus (Thomas, 1913)
                  • Caluromys derbianus pallidus (Thomas, 1899)
  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Eisenberg, John F.; Redford, Kent H. (2000). Mammals of Neotropics: Ecuador, Bolivia and Brazil (bl-Ingliż).
  • "Caluromys derbianus" (bl-Ingliż). Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN 2006.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Opossum sufi ta' Derby
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?