For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Mali.

Mali

Il-bandiera tal-Mali
Il-tarka tal-Mali
Ir-Repubblika tal-Mali
Mappa bil-bliet ewlenin tal-Mali
Organizzazzjoni territorjali
Mappa
Bamako
Il-firxa tal-Imperu Mali (c.  1350)
Skola tal-kummerċ f'Bamako, Mali (dak iż-żmien magħrufa bħala l-Kolonja tas-Sudan Franċiż), madwar l-1940 (Ecole coloniale).

Il-Mali (/ ˈmɑːli /), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Mali (bil-Franċiż: République du Mali; Bambara: Mali ka Fasojamana; kitba N'Ko: ߡߊߟߌ ߞߊ ߝߊߛߏߖߊߡߊߣߊ) hu pajjiż fil-Punent tal-Afrika. Il-Mali huwa t-tmien l-akbar pajjiż fl-Afrika, b'żona ta' ftit iktar minn 1,240,000 kilometru kwadru (480,000 sq mi). Il-popolazzjoni tal-Mali hija ta’ 19.1-il miljun. Fl-2017 kien stmat li 67 % tal-popolazzjoni tagħha kienu taħt l-età ta' 25 sena.[1] Il-belt kapitali tagħha hija Bamako. L-istat sovran tal-Mali jikkonsisti minn tmien reġjuni u l-fruntieri tagħha fit-Tramuntana jilħqu l-fond fin-nofs tad-Deżert tas-Saħara, filwaqt li l-parti tan-Nofsinhar tal-pajjiż, fejn jgħixu l-maġġoranza tal-abitanti, għandha x-xmajjar tan-Niġer u tas-Senegal. L-ekonomija tal-pajjiż tikkonċentra fuq l-agrikoltura u l-minjieri. Uħud mir-riżorsi naturali prominenti tal-Mali jinkludu d-deheb u l-melħ. Il-Mali huwa t-tielet l-akbar produttur tad-deheb fil-kontinent Afrikan.[2][3]

Il-Mali kien jagħmel parti minn tliet imperi tal-Punent tal-Afrika li kkontrollaw il-kummerċ trans-Saħarjan: l-Imperu tal-Ghana (li għalih huwa msemmi l-Ghana), l-Imperu tal-Mali (li għalih huwa msemmi l-Mali), u l-Imperu Songhai. Matul l-età tad-deheb tagħha, kien hemm fjoritura tal-matematika, tal-astronomija, tal-letteratura, u tal-arti.[4][5] Fil-quċċata tiegħu fl-1300, l-Imperu Mali kien ikopri żona ta' madwar id-doppju tad-daqs ta' Franza ta' żminijietna u jasal sal-kosta tal-Punent tal-Afrika.[6] Fl-aħħar tas-seklu 19, waqt il-ġirja għall-Afrika, Franza ħatfet il-kontroll tal-Mali u għamlitha parti mis-Sudan Franċiż. Is-Sudan Franċiż (dak iż-żmien magħruf bħala r-Repubblika tas-Sudan) ingħaqad mas-Senegal fl-1959, u kiseb l-indipendenza fl-1960 bħala l-Federazzjoni tal-Mali. Ftit wara, wara l-irtirar tas-Senegal mill-Federazzjoni, ir-Repubblika tas-Sudan iddikjarat lilha nnifisha r-Repubblika Indipendenti tal-Mali. Wara perjodu twil ta' tmexxija minn partit wieħed, kolp ta' stat fl-1991 wassal biex tinkiteb kostituzzjoni ġdida u għall-istabbiliment tal-Mali bħala stat demokratiku u b'ħafna partiti.

F'Jannar 2012, fit-Tramuntana tal-Mali faqqa' kunflitt armat, li fih ribelli Tuareg ħadu l-kontroll ta' territorju fit-Tramuntana, u f'April iddikjaraw is-seċessjoni ta' stat ġdid, Azawad.[7] Il-kunflitt sar iktar ikkumplikat minħabba kolp ta' stat militari li seħħ f’Marzu 2012[8] u aktar tard ġlied bejn it-Tuareg u fazzjonijiet ribelli oħra. Bi tweġiba għall-kisbiet territorjali, il-militar Franċiż nieda l-Opération Serval f'Jannar 2013.[9] Xahar wara, il-forzi Maljani u Franċiżi reġgħu qabdu l-parti l-kbira tat-Tramuntana. L-elezzjonijiet Presidenzjali saru fit-28 ta' Lulju 2013, b'taħdita tat-tieni rawnd saret fil-11 ta' Awwissu 2013, u l-elezzjonijiet leġiżlattivi saru fl-24 ta' Novembru u fil-15 ta' Diċembru 2013.

Total tal-fruntieri tal-Mali: 7,908 km, pajjiżi tal-fruntiera (6): l-Alġerija 1,359 km; Burkina Faso 1,325 km; Il-Kosta tal-Avorju 599 km; Ginea 1,062 km; il-Mawritanja 2,236 km; Niġer 838 km, Senegal 489 km.

  1. ^ Index Mundi using CIA World Factbook statistics, January 20, 2018, retrieved April 13, 2019
  2. ^ Mali gold reserves rise in 2011 alongside price. Retrieved 17 January 2013
  3. ^ Human Development Indices, Table 3: Human and income poverty, p. 6. Retrieved 1 June 2009
  4. ^ Topics. MuslimHeritage.com (5 June 2003). Retrieved 8 October 2012.
  5. ^ Sankore University. Muslimmuseum.org. Retrieved 8 October 2012.
  6. ^ Mali Empire (ca. 1200- ) The Black Past: Remembered and Reclaimed. The Black Past. Retrieved 8 October 2012.
  7. ^ Polgreen, Lydia and Cowell, Alan (6 April 2012) "Mali Rebels Proclaim Independent State in North", The New York Times
  8. ^ UN Security Council condemns Mali coup. Telegraph (23 March 2012). Retrieved 24 March 2013.
  9. ^ Mali – la France a mené une série de raids contre les islamistes, Le Monde
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Mali
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?