For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fir-Rumanija.

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fir-Rumanija

Sighişoara.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Ir-Rumanija aċċettat il-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji fis-16 ta' Mejju 1990, u b'hekk is-siti storiċi u naturali tagħha saru eliġibbli biex jiżdiedu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Mill-2024 ir-Rumanija għandha ħdax-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, disa' kulturali u tnejn naturali. L-ewwel sit fir-Rumanija, id-Delta tad-Danubju, żdied fil-lista fil-15-il Sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li sar f'Kartaġni, it-Tuneżija, fl-1990. Fl-1993 u fl-1999 żdiedu siti oħra u xi siti sussegwentement ġew estiżi. Fl-2021 żdied mal-lista l-Pajsaġġ Kulturali tal-Estrazzjoni ta' Roșia Montană, u mill-ewwel tqiegħed fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu minħabba l-pjanijiet li hemm biex l-estrazzjoni titkompla. Il-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra fl-Ewropa huwa sit transnazzjonali kondiviż bejn 18-il pajjiż Ewropew. L-iżjed żewġ siti reċenti li żdiedu fl-2024 huma l-Kumpless Monumentali ta' Brâncuși f'Târgu Jiu u l-Fruntieri Rumani ta' Dacia.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal) u siti fil-periklu (bl-oranġjo ċar)

Sit Ritratt Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Delta tad-Danubju Dalmatian Pelican and Great Cormorant in the Danube Delta Kontea ta' Tulcea 1991 vii, x (naturali) Id-Delta tad-Danubju, il-ħalq jew il-bokka tax-xmara Danubju li tagħti għall-Baħar l-Iswed, hija l-ikbar art mistagħdra Ewropea. Tospita iktar minn 300 speċi ta' għasafar u 45 speċi ta' ħut tal-ilma ħelu, inkluż l-isturjuni li jinsabu fil-periklu ta' estinzjoni. Fost l-ispeċijiet ta' mammiferi nsibu l-viżun Ewropew, il-qattus selvaġġ Ewropew, il-lontra Ewrasjatika, u l-foka monaka mhedda.[4]
Villaġġi bil-Knejjes Iffortifikati f'Transilvanja Church with surrounding walls and houses Kontej ta' Sibiu, Alba, Harghita, Brașov, u Mureș 1993 iv (kulturali) Dan is-sit jinkludi seba' villaġġi bil-knejjes iffortifikati li nbnew bejn is-sekli 13 u 16 mis-Sassoni tat-Transilvanja. Il-mudell ta' insedjament u l-organizzazzjoni tal-villaġġi ġew ippreservati minn żmien il-Medju Evu. Sitt villaġġi (Câlnic, Dârjiu, Prejmer, Saschiz, Valea Viilor u Viscri) tniżżlu fin-nominazzjoni oriġinali fl-1993 filwaqt li l-villaġġ ta' Biertan (li tidher fir-ritratt fuq ix-xellug) żdiedet fl-1999.[5]
Monasteru ta' Horezu A richly ornamented church building with two bell towers Kontea ta' Vâlcea 1993 ii (kulturali) Il-monasteru fir-raħal ta' Horezu ġie stabbilit fl-1690 minn Constantin Brâncoveanu, il-Prinċep tal-Wallakja. L-istil tal-monasteru huwa l-istil arkitettoniku ta' Brâncovenesc f'ġieħ il-prinċep. Dan is-sit jitqies mill-UNESCO bħala kapulavur ta' dan l-istil. Huwa magħruf għad-dettalji ornamentali rikki tiegħu u għall-pitturi mogħtija bħala wegħda. Fis-seklu 18, skola influwenti tal-pittura tal-ikoni u tal-affreski ġiet stabbilita fil-monasteru.[6]
Knejjes tal-Moldavja Sucevita church with painted walls inside a walled complex Kontea ta' Suceava 1993 i, iv (kulturali) Dan is-sit jinkludi tmien knejjes li nbnew fis-sekli 15 u 16. F'konformità mal-istil reġjonali ta' dak iż-żmien, il-faċċati tal-knejjes huma miksijin għalkollox bl-affreski ispirati mill-arti Biżantina. Il-pitturi juru temi Bibbliċi u huma ppreservati sew. Il-knejjes jinkludu l-Knisja tal-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann il-Battista, il-Knisja-Monasteru tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna u ta' San Ġorġ tal-Umur, il-Knisja-Monasteru tat-Tħabbira ta' Moldovița, il-Knisja tas-Salib Imqaddes, il-Knisja-Monasteru ta' San Nikola ta' Probota, il-Monasteru l-Ġdid ta' San Ġwann, il-Knisja ta' San Ġorġ tal-eks Monasteru ta' Voroneț, u l-Knisja tal-Irxoxt tal-Monasteru ta' Sucevița (ritratt). Din tal-aħħar żdiedet mal-lista fl-2010.[7]
Ċentru Storiku ta' Sighișoara A winter view of the old town, including several spires Kontea ta' Mureș 1999 iii, v (kulturali) Iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Sighișoara jmur lura għas-seklu 12. Huwa eżempju ppreservat sew ta' raħal Medjevali ffortifikat żgħir imsawwar bl-interazzjonijiet ta' kulturi mill-Ewropa Ċentrali u mix-Xlokk tal-Ewropa Biżantina-Ortodossa. Ġie stabbilit mis-Sassoni tat-Transilvanja, komunità ta' merkanti u artiġjani Ġermaniżi. Għexu fir-reġjun għal iktar minn 850 sena, iżda minħabba l-immigrazzjoni fiż-żminijiet moderni, il-kultura tagħhom se tkun ippreservata biss permezz tal-monumenti arkitettoniċi.[8]
Knejjes tal-Injam ta' Maramureş A wooden church with a pointy spire Kontea ta' Maramureș 1999 iv (kulturali) Dan is-sit jinkludi tmien knejjes mis-sekli 17 u 18 fil-Kontea ta' Maramureș. Il-knejjes tal-injam jikkombinaw influwenzi Ortodossi u Gotiċi fl-istili arkitettoniċi tagħhom. Uħud mill-karatteristiċi komuni tal-knejjes jinkludu torrijiet għoljin u rqaq tal-arloġġi u soqfa miksija bit-tavli ċatti tal-injam. Il-lista tinkludi l-Knisja tal-Preżentazzjoni tal-Madonna fit-Tempju f'Bârsana, il-Knisja ta' San Nikola (ritratt) f'Budești, il-Knisja ta' San Paraskeva f'Desești, il-Knisja tan-Natività tal-Madonna f'Ieud Deal, il-Knisja tal-Arkanġli Mqaddsa f'Plopiș, il-Knisja ta' San Paraskeva f'Poienile Izei, il-Knisja tal-Arkanġli Mqaddsa f'Rogoz, u l-Knisja tal-Arkanġli Mqaddsa f'Șurdești.[9]
Fortizzi ta' Dacia tal-Muntanji Orăștie Ruins of different buildings in a grassy setting Kontej ta' Hunedoara u Alba 1999 ii, iii, iv (kulturali) Is-sitt fortizzi inklużi f'dan is-sit huma Sarmizegetusa, Costeşti-Cetăţuie, Costeşti-Blidaru, Luncani-Piatra Roşie, Bănița, u Căpâlna. Dawn inbnew bejn is-seklu 1 Q.K. u s-seklu 1 W.K. u ntużaw bħala protezzjoni mill-ħakma Rumana fil-gwerer bejn Ruma u Dacia. Huma eżempji rappreżentattivi ta' żewġ tipi karatteristiċi ta' fortijiet ta' Żmien il-Ħadid Aħħari fl-Ewropa, il-forti fil-quċċata ta' għolja u s-suċċessur tiegħu li evolva minnu, l-oppidum.[10]
Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* Waterfall in a beech forest several sites 2017 ix (naturali) Il-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji jintużaw biex jiġi studjat it-tifrix tas-siġar tal-fagu (Fagus sylvatica) fl-Emisferu tat-Tramuntana f'varjetà ta' ambjenti u l-ambjent fil-foresti. Is-sit tniżżel għall-ewwel darba fl-2007 b'komponenti mis-Slovakkja u mill-Ukrajna. Ġie estiż fl-2011, fl-2017 meta żdiedu d-tnax-il sit fir-Rumanija u fl-2021 biex is-sit issa huwa kondiviż bejn total ta' 18-il pajjiż.[11]
Pajsaġġ Kulturali tal-Estrazzjoni ta' Roșia Montană Open-pit mine Kontea ta' Alba 2021 ii, iii, iv (kulturali) Roșia Montană tinsab fil-parti tal-Punent tal-Karpazji Rumeni. L-inħawi tar-raħal huma rikki bid-depożiti ta' metalli prezzjużi u r-raħal ilu ċentru tal-estrazzjoni tad-deheb minn Żmien il-Bronż sas-seklu 21. Qabel l-iskoperta tal-Amerka, l-inħawi kienu s-sors ewlieni Ewropew tad-deheb. Fdalijiet importanti jmorru lura għal Żmien ir-Rumani, meta ġie stabbilit ir-raħal tal-estrazzjoni ta' Alburnus Maior. Fil-Medju Evu, l-estrazzjoni twettqet l-iktar minn familji ta' raħħala-minaturi, u din il-prattika preindustrijali baqgħet għaddejja san-nazzjonalizzazzjoni fl-1948. Wara li tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, is-sit tniżżel mill-ewwel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu minħabba t-theddid tal-pjanijiet ta' tkomplija tal-estrazzjoni.[12]
Kumpless Monumentali ta' Brâncuși f'Târgu Jiu Kontea ta' Gorj 2024 i, ii (kulturali) Il-kumpless monumentali f'Târgu Jiu ġie ddisinjat mill-iskultur Rumen Constantin Brâncuși fl-1937 biex ifakkar dawk li mietu fl-Ewwel Gwerra Dinjija. Hemm tliet skulturi fi ħdan il-kumpless: Il-Mejda tas-Silenzju (Masa tăcerii), Id-Daħla tal-Bewsa (Poarta sărutului), u l-Kolonna bla Tmiem (Coloana fără sfârșit), li tidher fl-istampa. Fi ħdan il-kumpless monumentali, il-knisja Ortodossa antika ta' Targu-Jiu u d-djar minn Calea Eroilor huma inklużi fis-sit.
Fruntieri Rumani ta' Dacia Ruins of buildings, overgrown with grass diversi siti 2024 ii, iii, iv (kulturali) Dan is-sit huwa magħmul mis-sezzjoni ta' Dacia tal-Fruntieri Rumani. B'tul ta' iktar minn 1,000 kilometru (620 mil), din kienet l-itwal fruntiera tal-art Rumana fl-Ewropa. Ġew identifikati madwar 100 forti, 50 fortifikazzjoni żgħar, u iktar minn 150 torri fir-Rumanija. Fl-istampa jidhru l-fdalijiet ta' Micia.
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-04-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Romania - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-05-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-04-19. Miġbur 2023-06-16.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Danube Delta". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Villages with Fortified Churches in Transylvania". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Monastery of Horezu". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Churches of Moldavia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Sighişoara". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Wooden Churches of Maramureş". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Dacian Fortresses of the Orastie Mountains". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient and Primeval Beech Forests of the Carpathians and Other Regions of Europe". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-13.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Roșia Montană Mining Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-16.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fir-Rumanija
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?