For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kirgistan.

Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kirgistan

It-Torri ta' Burana, Balasagun.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Kirgistan irratifika l-Konvenzjoni fit-3 ta' Lulju 1995, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Il-Kirgistan għandu tliet Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tnejn kulturali u wieħed naturali. L-ewwel sit li tniżżel mill-Kirgistan kien il-Muntanja ta' Sulaiman-Too, fl-2009, filwaqt li l-iżjed sit li żdied reċentement huwa l-Punent ta' Tian Shan, fl-2016. It-Toroq tal-Ħarir huma sit transnazzjonali kondiviż maċ-Ċina u mal-Każakistan u l-Punent ta' Tian Shan huwa sit transnazzjonali kondiviżi mal-Każakistan u mal-Użbekistan.

Siti ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali

Sit Stampa Post Kriterji tal-Għażla Erja f'ettari (akri) Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Muntanja Sagra ta' Sulaiman-Too A mountain above a forest, a museum building at the side of the mountain Osh ii, vi (kulturali) 2009 Il-Muntanja Sagra ta' Sulaiman-Too tinsab 'il fuq mill-Wied ta' Fergana f'salib it-toroq importanti tat-Toroq tal-Ħarir. Ilha tiġi meqjuma bħala muntanja sagra miż-żminijiet pre-Iżlamiċi u Iżlamiċi. Hemm bosta postijiet ta' qima max-xaqlibiet tal-muntanja, inkluż għerien bil-petroglifiċi ta' bnedmin, annimali, u figuri ġeometriċi. Hemm ukoll żewġ moskej tas-seklu 16.[5]
Toroq tal-Ħarir: in-Network ta' Rotot tal-Kuritur ta' Chang'an-Tianshan* A brick minaret with missing top Chüy ii, iii, v, vi (kulturali) 42,668.16 (105,435.3) 2014 It-Toroq tal-Ħarir huma network antik ta' rotot kummerċjali li bdew jiffurmaw fis-seklu 2 Q.K. u baqgħu attivi sas-seklu 16. It-toroq kienu jikkollegaw is-soċjetajiet tal-Asja, is-Subkontinent Indjan, l-Asja Ċentrali, il-Punent tal-Asja u l-Lvant Qarib. Minbarra l-iskambju ta' merkanzija, ikkontribwew ukoll għat-tifrix ta' teknoloġiji, ideoloġiji u ta' reliġjonijiet, inkluż il-Buddiżmu, il-Kristjaneżmu Nestorjan, il-Manikeiżmu, iż-Żoroastrijaniżmu u l-Iżlam bikri. Diversi rħula u infrastruttura ta' sostenn inbnew tul ir-rotot. Dan is-Sit ta' Wirt Dinji jkopri l-kurituri minn Chang'an/Luoyang, il-bliet kapitali tad-dinastiji Han u Tang taċ-Ċina, sar-reġjun ta' Zhetysu tal-Asja Ċentrali, u huwa kondiviż maċ-Ċina u mal-Każakistan. Fil-Kirgistan hemm tliet komponenti u fl-istampa jidher wieħed minnhom: it-Torri ta' Burana f'Balasagun.[6]
Punent ta' Tian Shan* Mountain scenery with a lake Jalal-Abad x (naturali) 2016 Is-sit, li huwa kondiviż mal-Każakistan u mal-Użbekistan, ikopri l-parti tal-Punent tal-katina muntanjuża ta' Tian Shan. Huwa rikk fil-bijodiversità u għadd ta' għelejjel ikkultivati tal-frott oriġinaw minn dawn l-inħawi. Il-qċaċet tal-muntanji jilħqu għoli ta' iktar minn 4,500 metru (14,800 pied). Fil-Kirgistan hemm erba' komponenti u fl-istampa jidher wieħed minnhom: ir-Riżerva Naturali ta' Sary-Chelek.[7]
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kyrgyzstan - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sulaiman-Too Sacred Mountain". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Silk Roads: the Routes Network of Chang'an-Tianshan Corridor". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Western Tien-Shan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kirgistan
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?