For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Krater ta' Vredefort.

Krater ta' Vredefort

Il-Krater ta' Vredefort (fiċ-ċentru), bix-xmara Vaal għaddejja f'nofsha; immaġni spazjali mill-Operational Land Imager tal-Landsat 8 tas-27 ta' Ġunju 2018.

Il-Krater ta' Vredefort huwa wieħed mill-ikbar siti vverifikati fejn seħħ impatt mad-Dinja.[1] Ġie stmat li l-krater, li mill-mument tal-impatt 'l hawn ittiekel bl-erożjoni, kellu wisa' ta' bejn 170 u 300 kilometru (bejn 110 u 190 mil) meta fforma.[2][3] Il-kumplament tal-istruttura, magħmul mis-saff ewlieni tal-blat iddeformat ta' taħt nett, jinsab fil-provinċja attwali tal-Istat Ħieles tal-Afrika t'Isfel. Ingħata isem ir-raħal ta' Vredefort li jinsab qrib iċ-ċentru tiegħu. L-olzar tettoniku ċentrali tal-istruttura huwa magħruf bħala l-Krater ta' Vredefort. L-istruttura tal-impatt ġiet iffurmata matul il-Perjodu Paleoproterożojku, 2.023 biljun (± 4 miljun) seba ilu. Hija t-tieni l-eqdem struttura ta' impatt fid-Dinja, wara Yarrabubba.

Fl-2005, il-Krater ta' Vredefort tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minħabba l-importanza ġeoloġika tiegħu.[4]

Formazzjoni u struttura

[immodifika | immodifika s-sors]
Mappa tal-Afrika t'Isfel li turi l-pożizzjoni tal-Krater ta' Vredefort. Iċ-ċirku bl-iswed juri d-djametru tal-krater oriġinali.
Il-veduta mill-quċċata tal-Aasvoëlkop fil-qalba tal-Krater ta' Vredefort bix-xmara Vaal fl-isfond.

Huwa stmat li l-asterojde li laqtet Vredefort kienet waħda mill-ikbar li qatt laqtet lid-Dinja mill-Perjodu Hadean madwar erba' biljun sena ilu, u oriġinarjament kien maħsub li kellha dijametru ta' madwar 10-15-il kilometru (6.2-9.3 mili).[5] Mill-2022, ġie stmat li l-asterojde kellha dijametru ta' madwar 20-25 kilometru (12-16-il mil) u li laqtet id-Dinja b'veloċità vertikali ta' 15-25 kilometru fis-sekonda (34,000-56,000 mph).

Huwa stmat li l-istruttura oriġinali tal-impatt kellha dijametru ta' mill-inqas 170 kilometru (110 mili), b'impatt li affettwa l-istruttura tal-blat tal-madwar f'reġjun ċirkolari b'dijametru ta' madwar 300 kilometru (190 mil). Stimi oħra sostnew li d-dijametru oriġinali tal-krater kien eqreb it-300 kilometru (190 mil). Minn dak iż-żmien tal-impatt, il-pajsaġġ għadda minn erożjoni ta' madwar 7-11-il kilometru (4.3-6.8 mili) mill-formazzjoni tiegħu, li qered il-krater oriġinali. L-istruttura li għad fadal, imsejħa l-"Krater ta' Vredefort", tikkonsisti minn ċirku parzjali ta' għoljiet b'dijametru ta' 70 kilometru (43 mil), u hija l-fdalijiet ta' olzar ċentrali tal-art maħluq miċ-ċaqliq tal-blat taħt is-sit tal-impatt wara li seħħ l-impatt tal-asterojde.

Skont ċertu stimi l-istruttura għandha bejn 2.023 biljun sena (± 4 miljun sena) u 2.019/2.020 biljun sena (± 2-3 miljun sena), u b'hekk tmur lura għall-Perjodu Orosirjan tal-Era Paleoproterożojka.[6] Hija t-tieni l-eqdem struttura ta' impatt fid-Dinja aċċettata b'mod universali. Bħala tqabbil, hija madwar 10 % eqdem mill-impatt tal-Baċir ta' Sudbury (1.849 biljun sena) u l-impatt ta' Yarrabubba huwa eqdem minn dak ta' Vredefort b'madwar 0.2 biljun sena.[7] Strutturi ta' impatt oħra iktar antiki jew diffiċli jiġi kkwantifikat meta seħħew eżattament (bħall-istruttura ta' impatt ta' Dhala, l-Indja) jew jew hemm evidenza tassew kontenzjuża dwar meta seħħ l-impatt bħal fil-każ tal-istruttura ta' impatt ta' Maniitsoq ta' madwar 3.023 biljun sena fil-Punent ta' Greenland u fil-każ tal-istruttura ta' impatt ta' madwar 2.4 biljun sena f'Suavjärvi, ir-Russja. Il-klassifikazzjoni tagħhom bħala strutturi ta' impatt għadha kontroversjali u mhux solvuta.[8]

Il-krater fiċ-ċentru tal-istruttura ta' impatt oriġinarjament kien maħsub li fforma permezz ta' splużjoni vulkanika, iżda f'nofs is-snin 90 tas-seklu 20, ħareġ fid-dieher li kien is-sit ta' impatt enormi ta' asterojde, peress li ġew skoperti koni fil-qiegħ tax-xmara Vaal fil-qrib li ffurmaw bl-isplużjoni tal-impatt.

Din l-istruttura ta' impatt hija waħda mill-ftit strutturi ta' impatt b'diversi ċrieki fid-Dinja, għalkemm dawn huma komuni fi pjaneti oħra fis-Sistema Solari. X'aktarx li l-aqwa eżempju magħruf huwa dak tal-Krater ta' Valhalla fuq il-qamar ta' Ġove msejjaħ Callisto. Il-qamar tad-Dinja fih strutturi simili wkoll. Il-proċessi ġeoloġiċi, bħall-erożjoni u l-attività tettonika tal-plakek f'wiċċ id-dinja, qerdu l-biċċa l-kbira tal-istrutturi ta' impatt b'diversi ċrieki fid-Dinja.

L-impatt ħoloq distorsjoni fi ħdan il-Baċir ta' Witwatersrand li nqeleb ta' taħt fuq matul perjodu ta' 250 miljun sena bejn 950 u 700 miljun sena qabel l-impatt ta' Vredefort. Il-lava sovrastanti ta' Ventersdorp u s-Supergrupp ta' Transvaal li ġew stabbiliti bejn 700 u 80 miljun sena qabel l-impatt, ġew distorti b'mod simili mill-formazzjoni tal-istruttura ta' impatt wiesgħa 300 kilometru (190 mil). Il-blat jifforma ċrieki konċentriċi parzjali madwar iċ-ċentru tal-istruttura ta' impatt, u l-eqdem fosthom, magħrufa bħala l-blat ta' Witwatersrand, jiffurmaw nofs ċirku 25 kilometru (16-il mil) miċ-ċentru. Peress li l-blat ta' Witwatersrand jikkonsisti minn diversi saffi ta' sedimenti iebsin ħafna u reżistenti għall-erożjoni (eż. kwarzit u blat tal-ħadid bl-istrixxi), dawn jiffurmaw l-ark prominenti ta' għoljiet viżibbli lejn il-Majjistral taċ-ċentru tal-istruttura ta' impatt. Imbagħad jiġi l-blat ta' Witwatersrand, segwit mil-lava ta' Ventersdorp f'distanza ta' madwar 35 kilometru (22 mil) miċ-ċentru, u s-Supergrupp ta' Transvaal, li jikkonsisti minn medda dejqa tal-blat dolomitiku ta' Ghaap u l-blat tas-Subgrupp ta' Pretoria, li flimkien jiffurmaw medda ulterjuri ta' wiesgħa madwar 25-30 kilometru (16-19-il mil).[9]

Minn madwar nofs l-istruttura sal-blat tas-Subgrupp ta' Pretoria madwar iċ-ċentru tal-istruttura ta' impatt, l-ordni tal-blat huwa maqlub ta' taħt fuq. Iktar 'il barra lejn fejn kien hemm tarf il-krater fl-imgħoddi, jerġa' jfeġġ il-blat dolomitiku ta' Ghaap, 60 kilometru (37 mil) miċ-ċentru, segwit minn ark tal-lava ta' Ventersdorp, u mbagħad, bejn 80 u 120 kilometru (bejn 50 u 75 mil) miċ-ċentru, jerġgħu jfeġġu l-blat ta' Witwatersrand u jiffurmaw ark ta' rqajja' bix-xagħri mingħajr interruzzjoni. Il-grupp ta' Johannesburg huwa l-iżjed wieħed famuż minħabba li fl-1886 hemmhekk ġie skopert id-deheb. Għalhekk huwa possibbli li kieku l-impatt ta' Vredefort qatt ma seħħ, dan id-deheb qatt ma kien jiġi skopert.

Iċ-ċentru tal-Krater ta' Vredefort b'dijametru ta' 40 kilometru (25 mil) jikkonsisti minn krater tal-granit (fejn mhux miksi bi blat inqas antik li qabel kien tas-Supergrupp ta' Karoo) li huwa parti esposta tal-Kraton ta' Kaapvaal, wieħed mill-eqdem mikrokontinenti tad-Dinja 3.9 biljun sena ilu. Dan il-krater olzat ċentrali huwa tipika ta' struttura kumplessa ta' impatt, fejn il-blat likwefatt litteralment iċafċaf mal-impatt tal-asterojde meta daħlet f'kuntatt mal-wiċċ.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Krater ta' Vredefort ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[4]

Konservazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sit tal-Krater ta' Vredefort attwalment huwa soġġett għal żvilupp ta' proprjetajiet, u s-sidien tal-art lokali esprimew it-tħassib tagħhom rigward ir-rimi tad-dranaġġ fix-xmara Vaal u l-istruttura tal-impatt. L-għoti ta' drittijiet tat-tħaffir madwar it-truf tal-istruttura tal-impatt wassal biex l-ambjentalisti jesprimu l-biża' tagħhom li jkun hemm estrazzjoni distruttiva.

Il-Krater ta' Vredefort fiċ-ċentru tal-istruttura tal-impatt fih erba' rħula: Parys, Vredefort, Koppies u Venterskroon. Parys huwa l-ikbar raħal u ċentru turistiku; Vredefort u Koppies jiddependu l-iktar fuq ekonomija agrikola.

Fid-19 ta' Diċembru 2011 ingħatat liċenzja tax-xandir mill-ICASA lil stazzjon tar-radju tal-komunità biex ixandar għall-membri tal-komunità li jitkellmu bl-Afrikaans u bl-Ingliż fi ħdan l-istruttura tal-impatt. L-isem bl-Afrikaans Koepel Stereo (Stereo tal-Krater) jirreferi għall-krater u jħabbar ix-xandir tiegħu bħala KSFM. L-istazzjon ixandar fuq 94.9 MHz FM.

  1. ^ Rochester, University of. "The asteroid that formed Vredefort crater was bigger than previously believed". phys.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-22.
  2. ^ Huber, M. S.; Kovaleva, E.; Rae, A. S. P.; Tisato, N.; Gulick, S. P. S. (August 2023). "Can Archean Impact Structures Be Discovered? A Case Study From Earth's Largest, Most Deeply Eroded Impact Structure". Journal of Geophysical Research: Planets. 128 (8).
  3. ^ Allen, Natalie H.; Nakajima, Miki; Wünnemann, Kai; Helhoski, Søren; Trail, Dustin (2022). "A Revision of the Formation Conditions of the Vredefort Crater". Journal of Geophysical Research: Planets. 127 (8): e2022JE007186.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Vredefort Dome". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-22.
  5. ^ McCarthy, Terence (2005). The Story of Earth & Life. Struik Publishers. pp. 89–90, 102–107, 134–136. ISBN 978-1-77007-148-3.
  6. ^ Kamo, S.L.; Reimold, W.U.; Krogh, T.E.; Colliston, W.P. (November 1996). "A 2.023 Ga age for the Vredefort impact event and a first report of shock metamorphosed zircons in pseudotachylitic breccias and Granophyre". Earth and Planetary Science Letters. 144 (3–4): 369–387.
  7. ^ Moser, D. E. (1997). "Dating the shock wave and thermal imprint of the giant Vredefort impact, South Africa". Geology. 25 (1): 7.
  8. ^ Reimold, W.U.; Ferrière, L.; Deutsch, A.; Koeberl, C. (2014). "Impact controversies: impact recognition criteria and related issues". Meteoritics & Planetary Science. 49 (5): 723–731.
  9. ^ Norman, Nick; Whitfield, Gavin (2006). Geological Journeys. Struik Publishers. pp. 38–49, 60–61. ISBN 978-1-77007-062-2.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Krater ta' Vredefort
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?