For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Khor Rori.

Khor Rori

Veduta ta' Khor Rori mill-fdalijiet ta' Sumhuram, b'Inqitat Mirbat fuq ix-xellug u b'Inqitat Taqah fuq il-lemin.

Khor Rori (bl-Għarbi: Khawr Rawrī, خور روري) huwa estwarju jew laguna fil-bokka tax-xmara ta' Wādī Darbāt fil-Governorat ta' Dhofar, l-Oman, qrib Taqah.[1] Huwa sit ta' tnissil għall-għasafar, u kien jintuża bħala port għall-kummerċ tal-inċens meta kien estwarju miftuħ. Khor Rori ġie identifikat bħala s-sit fejn kien hemm Moscha Limen (bil-Grieg Antik: Μόσχα λιμήν, li x'aktarx tfisser "il-port tan-nebbieta żgħar (μόσχος)" b'referenza x'aktarx għall-veġetazzjoni tal-mangrovji li kien hemm fl-imgħoddi)[2] u Abyssapolis (li ssemmiet hekk minħabba l-abiss maġenb il-kaskata ta' Wādī Darbāt) tal-letteratura Griega Antika.[3][4][5] L-inħawi tal-madwar huma attrazzjoni turistika popolari fl-Oman u mis-sena 2000 is-sit tniżżel bħala wieħed minn erba' komponenti tal-Art tal-Inċens li saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[6]

Khor Rori huwa magħruf l-iktar għall-fdalijiet tal-belt portwali ffortifikata tal-qedem ta' Sumhuram fuq ix-xatt tal-Lvant tax-xmara, li ġiet stabbilita fis-seklu 3 Q.K. bħala post iffortifikat tar-Renju ta' Ḥaḍramawt.[7] Wara l-waqgħa ta' Ḥaḍramawt, Sumhuram sfat taħt l-influwenza tar-Renju ta' Ḥimyar, kif indikat fuq il-muniti Ḥimyar li ġew skavati minn hemmhekk.[8] Finalment ġiet abbandunata fis-seklu 5, x'aktarx minħabba l-formazzjoni tal-istmu tar-ramel li bblokka l-estwarju.

Hemm ukoll il-fdalijiet arkeoloġiċi fuq iż-żewġ promontorji fil-bokka ta' Khor Rori. Il-promontorju tal-Lvant (Inqitat Mirbat) huwa esplorat iktar mill-promontorju tal-Punent (Inqitat Taqah). Inqitat Mirbat, magħruf ukoll bħala Khatiya jew al-Ḥamr al-Sharqiya, kien ilu abitat mis-seklu 4 Q.K.[9] qabel ma ġiet stabbilita Sumhuram, u l-istorja tal-insedjament tiegħu jaf tmur lura għas-seklu 8 Q.K.[10] Ġie abbandunat fis-seklu 1 jew 2, u reġa' ġie okkupat fil-Medju Evu.

Il-fdalijiet ta' Sumhuram.

Skont il-kitbiet imnaqqxa mal-ħitan li nstabu f'Khor Rori, il-belt ta' Sumhuram ġiet stabbilit fuq inizjattiva rjali u ġiet insedjata minn emigranti ta' Hadhrami. Ir-reġjun ta' Dhofar kien is-sors prinċipali tal-inċens fil-qedem, u x'aktarx li l-istabbiliment tal-insedjament mill-Hadhramaut kien parzjalment motivat mix-xewqa ta' kontroll tal-produzzjoni ta' din il-materja prima prezzjuża. Il-biċċa l-kbira tal-istudjużi jidentifikaw lil Khor Rori mal-port tal-esportazzjoni tal-inċens ta' Moscha Limen imsemmi f'dan ir-reġjun fil-gwida tal-merkanti tas-seklu 1 W.K., il-Periplus tal-Baħar tal-Eritrea.

L-iskoperta ta' Khor Rori / Sumhuram hija akkreditata lill-esploratur Ingliż James Theodore Bent, flimkien ma' martu Mabel, li identifikat is-sit waqt il-vjaġġi tagħhom fir-reġjun f'Jannar 1895. Is-sit ġie skavat mill-Fondazzjoni Amerikana għall-Istudju tal-Bniedem (AFSM) fil-bidu tas-snin 50 tas-seklu 20 u mill-Missjoni Taljana fl-Oman (IMTO) mill-1994. L-iskavi żvelaw il-pedamenti tal-insedjament u kkonfermaw il-kuntatti marittimi ma' art twelid il-Ḥaḑramiti, mal-Indja u mal-Mediterran.

Fl-1908, J.G. Lorimer irreġistra lil Khor Rori fil-Gazzetta tal-Golf Persjan, u nnota li l-pożizzjoni tas-sit kienet fl-estremità tal-Lvant ta' Dhofar. Huwa kiteb:

Lag jew bokka notevoli tal-baħar li jibqa' dieħel 'il ġewwa għal mil jew iktar; huwa l-estwarju ta' Wadi Dirbat minn Jabal Samhan. L-estwarju huwa sseparat mill-baħar permezz ta' istmu tar-ramel li jiġi mgħerreq bl-ilma baħar meta l-marea tkun għolja. Peniżola, fl-imgħoddi ffortifikata, tingħaqad man-naħa tal-Lvant tal-bokka. Madwar il-lag hemm il-fdalijiet ta' binjiet antiki. Hemm blata ffortifikata fid-daħla tal-bokka, imsejħa Khatiyah. Dan il-port huwa l-Moscha jew l-Abyssapolis tal-qedem.[11]

Kuntesti oħra

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-letteratura dwar it-turiżmu, Sumhuram xi kultant tiġi promossa bħala l-palazz tas-sajf tar-Reġina ta' Sheba, il-mexxejja leġġendarja tar-Renju ta' Saba' tas-seklu 10 Q.K.[12][13] Dan jikkontradixxi l-evidenza arkeoloġika li turi li Sumhuram ġiet stabbilita fis-seklu 3 Q.K. mir-Renju ta' Ḥaḍramawt.

Xi membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jum jemmnu li Khor Rori hija "l-art imwiegħda" fejn Nephi mill-Ktieb tal-Mormoni qagħad matul il-vjaġġi tiegħu minn Ġerusalemm (Nephi I, il-kapitlu 17).

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Art tal-Inċens ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[6]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[6]

  1. ^ Hoorn, Carina; Cremaschi, Mauro (2004-10-07). "Late Holocene palaeoenvironmental history of Khawr Rawri and Khawr Al Balid (Dhofar, Sultanate of Oman)". Palaeogeography, Palaeoclimatology, Palaeoecology. 213 (1): 1–36.
  2. ^ Bukharin, Mikhail (2002). "The Name of Moscha Limen". In Avanzini, Alessandra (ed.). Khor Rori Report 1. Pisa, l-Italja: Edizioni Plus. pp. 323–324. ISBN 88-8492-031-0.
  3. ^ Bent, James Theodore (1895). "Exploration of the Frankincense Country, Southern Arabia". The Geographical Journal. 6 (2): 109–133. doi:10.2307/1773739. ISSN 0016-7398.
  4. ^ Bent, James Theodore (1895). "The Land of Frankincense and Myrrh". The Nineteenth Century. 38 (224): 595–613.
  5. ^ Bent, James Theodore; Bent, Mabel Virginia Anna (1900). "The Identification of Abyssapolis". Southern Arabia. Londra, l-Ingilterra: Smith, Elder & Co. pp. 268–276.
  6. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Land of Frankincense". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
  7. ^ Avanzini, Alessandra; Sedov, Alexander V. (2005). "The stratigraphy of Sumhuram: new evidence". Proceedings of the Seminar for Arabian Studies. 35: 11–17. ISSN 0308-8421.
  8. ^ Sedov, Alexander V. (2008). "The Coins from Sumhuram: the 2001A-2004A Seasons". In Avanzini, Alessandra (ed.). A Port in Arabia Between Rome and the Indian Ocean, 3rd C.BC-5th C.AD: Khor Rori Report 2. Ruma, l-Italja: L'Erma di Bretschneider. pp. 277–316. ISBN 978-88-8265-469-6.
  9. ^ Zarins, Juris (2009). Avanzini, Allesandra (ed.). "The Latest on the Archaeology of Southern Oman". Journal of the American Oriental Society. 129 (4): 665–674. ISSN 0003-0279.
  10. ^ Lischi, Silvia (2021-02-01). "Notes on the South Arabian Occupation of Inqitat". In Hatke, George; Ruzicka, Ronald (eds.). South Arabian Long-Distance Trade in Antiquity: "Out of Arabia". Cambridge Scholars Publishing. pp. 228–244. ISBN 978-1-5275-6533-3.
  11. ^ "'Gazetteer of Arabia Vol. I' [‎538] (569/1050)". Qatar Digital Library . 2014-10-22. Miġbur 2023-05-01.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  12. ^ Kessler, Kristel; Raj, Razaq (2018). "Religious Tourism in the Sultanate of Oman: The Potential for Mosque Tourism to Thrive". In Jamal, Ahmad; Griffin, Kevin; Raj, Razaq (eds.). Islamic Tourism: Management of Travel Destinations. Boston, MA: CABI. p. 131. ISBN 978-1-78639-413-2.
  13. ^ "Queen of Sheba | Legend, History, Name, & Meaning | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-01.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Khor Rori
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?