For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Hilma af Klint.

Hilma af Klint

Ritratt fotografiku meħud minn fotografu mhux magħruf madwar l-1900 jew qabel

Hilma af Klint (1862-1944) kienet pittriċi Żvediża, pijuniera tal-arti astratta.

Kienet ir-raba' waħda mill-ulied tal-Kaptan Victor af Klint, kmandant navali Żvediż, u Mathilda af Klint (imwielda Sonntag). Hilma af Klint kienet tqatta' s-sjuf mal-familja fir-razzett tagħhom Hanmora fuq il-gżira ta' Adelsö fil-Laq Mälaren. F'dan l-ambjent idilljaku Hilma ġiet qrib in-natura kmieni f'ħajjitha u din l-asssoċjazzjoni profonda mal-forom naturali kienet ħa tkun ta' ispirazzjoni fix-xogħol tagħha. Minn missierha wirtet interess fil-matematika.

Fl-1880 mietet Hermina oħtha iżgħar minnha u f'daż-żmien bdiet tiżviluppa l-ħajja spiritwali tagħha.

Minn kmieni wriet talent għall-arti viżiva u meta l-familja marru joqogħdu Stokkolma bdiet tistudja fl-Akkademja tal-Belli Arti. Hemm damet ħames snin li matulhom tgħallmet il-pittura tar-ritratti u l-veduti. Hawn iltaqgħet ma' Anna Cassel, l-ewwel waħda mill-erba' nisa li aktar tard ħadmet magħhom f'"Il-Ħamsa" (de fem), grupp ta' artisti li kellhom l-istess idejat bħalha. Mill-pittura konvenzjonali kellha d-dħul finanzjarju waqt li fl-istess ħin kienet qiegħda tkompli x-xogħol astratt li kien iżjed importanti għaliha.

Stampa:Eftersommar Hilma af Klint 1903.jpg
Eftersommar (Tard fis-sajf) xogħol naturalistiku bikri an early impinġii minn af Klint fl-1903. Eżempju tax-xogħlijiet li wriet fil-pubbliku matul ħajjitha

Mill-bidu tal-1896 Hilma af Klint bdiet tiffrekwenta l-gruppi spiritwalisti u okkulti. Flimkien ma' ħbiebha ta' "Il-Ħamsa" kienet tikteb u tpinġi fi stat ta' katalessi. Fl-1906 bdiet waħda mis-sensieli artisitċi karatteristiċi: Il-pitturi għat-tempju. Fl-1908 saret taf lil Rudolf Steiner, membru eminenti tas-Soċjetà Teosofika u fundatur tal-Antroposofíja.

Hilma af Klint waqfet mill-pittura biex tieħu ħsieb ommha u marret toqgħod fis-subborg ta' Kungstraedgaarden. Reġgħet lura għax-xogħol artistiku fuq il-pitturi għat-tempju sal-1912 u lestiethom fl-1915. Is-sena ta' wara pinġiet is-sensiela astratta Parsifal u fl-1917, is-sensiela Atomu.

Fl-1920, sena wara li mietet ommha marret Suiza, fejn iltaqgħet ma' Rudolf Steiner. Hemmhekk daħlet fis-Soċjetà Teosofika u studjat il-kitba tiegħu. Fil-pittura ħadmet sensiela fuq ir-reliġjonijiet il-kbar tad-dinja.

Fl-1925, telqgħet il-pittura għal kollox biex tiddedika ruħha għall-istudji teosofiċi. Mietet f'inċident fl-1944.

Xogħlijiet artistiċi

[immodifika | immodifika s-sors]
Svanen (Ċinju), Nru. 17, Grupp IX, Sensiela SUW, Ottubru 1914 - Marzu 1915. Dan ix-xogħol astratt qatt ma ntwera matul ħajjet af Klint.

Kienet innovatriċi radikali ta' tip ta' arti mbiegħda mir-realtà viżibbli u naturalistika u sas-sena 1906, kienet diġà żvilluppat bil-moħbi lingwaġġ astratt. Il-pitturi ta’ Hilma af Klint mhumiex sempliċement astrazzjoni ta’ kulur u forma, iżda tentattiv sabiex jiġi rappreżentat dak li ma’ jidhirx, ħafna snin qabel ma dehru Wassily Kandinsky, Piet Mondrian u Kazimir Malevich, li kienu fl-aqwa tagħhom fl-ewwel snin tas-seklu għoxrin u għadhom jitqiesu bħala il-veri pijunieri tal-arti astratta.

Meta abbandunat il-lingwaġġ figurattiv naturalistiku, Hilma af Klint kienet konvinta li teżisti dimensjoni spiritwali fl-eżistenza u riedet tagħmel viżibbli il-kuntest li hu 'l hemm milli l-għajn tista' tara. Bħal xi kontemporanji tagħha hi kienet influwenzata ħafna mill-kurrenti spiritwali tal-epoka, l-aktar l-ispiritwaliżmu, it-teosofija u l-antroposofija. Kienet temmen li meta tkun qiegħda tpinġi tkun f'unjoni ma' għarfien superjuri li jibgħat messaġġi permezz tagħha. Il-pittura tagħha tesplora l-eżistenza umana f'dimensjonijiet differenti.

Hilma af Klint pinġiet iżjed minn 1000 xogħol, bejn pitturi u tpinġijiet fuq il-karta. entre pinturas y obra en papel. F'ħajjitha kienet turi biss ix-xogħol figurattiv bikri tagħha u qatt ma wriet ix-xogħol astratt. Fit-testment tagħha ornat li x-xogħol astratt ma jinteriex fil-pubbliku qabel għoxrin sena wara mewtha għax kienet konvinta li qabel mhux ħa jintfiehem u jiġi apprezzat kif ħaqqu.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Hilma af Klint, Raster Förlag, Stockholm. Test bl-Iżvediż. ISBN 91-87214-08-3
  • Vägen till templet, Rosengårdens Förlag. Test bl-Iżvediż. ISBN 91-972883-0-6
  • Enheten bortom mångfalden, Rosengårdens Förlag. Test bl-Iżvediż. ISBN 91-972883-4-9
  • I describe the way and meanwhile I am proceeding along it, Rosengårdens Förlag. ISBN 91-972883-2-2
  • Hilma af Klint, The greatness of things The Douglas Hyde Gallery, Dublin. English text, 23 images. ISBN 0-907660-99-1
  • The Spiritual in Art, Abstract Painting 1890-1985, publ. Los Angeles County Museum of Art, 1986
  • Catherine de Zegher and Hendel Teicher (ed.) 3 X Abstraction, Yale University Press and The Drawing Center, NY, 2005
  • Åke Fant: Okkultismus und Abstraktion, die Malerin Hilma af Klint. Albertina, Wien 1992, ISBN 3-900656-17-7.
  • John Hutchinson (Hrsg.): Hilma af Klint, the Greatness of Things. Douglas Hyde Gallery, Dublin 2005, ISBN 0-907660-99-1.
  • The Message. Art and Occultism. With an Essay by André Breton. Hrsg. v. Claudia Dichter, Hans Günter Golinski, Michael Krajewski, Susanne Zander. Kunstmuseum Bochum. Walther König: Köln 2007, ISBN 978-3-86560-342-5.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Hilma af Klint
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?