For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Hatı Çırpan.

Hatı Çırpan

Hatı Çırpan
Membru tal-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija

Ħajja
Twelid Ankara, 1890
Nazzjonalità Turkija
L-ewwel lingwa Tork
Mewt Ankara, 21 Marzu 1956
Post tad-dfin Kahramankazan (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Tork
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
attivist għad-drittijet umani
Psewdonomu Satıkadın

Hatı Çırpan (li qabel kienet magħrufa bħala Satı Kadın, twieldet fl-1890 – mietet fil-21 ta’ Marzu 1956) kienet politiku Tork, waħda mill-ewwel membri nisa tal-parlament fil-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija, eletta fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1935.

Hatı Çırpan fil-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija

Fis-16 ta’ Lulju 1934[1], eżatt qabel il-Kungress tat-Tieni Lingwa (İkinci Türk Dil Kurultayı, li sar bejn it-18 u t-23 ta’ Awwissu 1934), il-President Mustafa Kemal Atatürk mar fuq mawra lejn il-villaġġ ta’ Kazan (li dak iż-żmien kien jagħmel parti mid-distrett ta’ Kızılcahamam tal-Provinċja ta’ Ankara)[2][3], 50 kilometru ’l bogħod mill-belt kapitali Ankara.[4] Matul din il-mawra, Satı Kadın, li kienet il-kap tal-villaġġ ta’ Kazan, ġiet introdotta lill-President Atatürk. Hija kienet raħħala mill-Anatolja Ċentrali li kienet iġġieldet għal erba’ snin matul il-Gwerra tal-Indipendenza tat-Turkija.[5] Wara konverżazzjoni flimkien, ġie rrappurtat li Satı Kadın ħalliet impressjoni tajba fuq il-President Atatürk bis-saħħa tal-kisbiet u tal-intelliġenza tagħha.[2][3][4]

L-ewwel 18-il membru parlamentari nisa tal-Parlament Tork tal-1935

Skont Afet İnan, il-President Atatürk, wara li ltaqa’ magħha stqarr: “Din hija mara eċċezzjonali li għandha futur bħala membru tal-parlament”.[6] Fl-1935, Satı Kadın ġiet sponsorjata u appoġġata fil-kampanja elettorali tagħha mill-President Atatürk innifsu u ġiet eletta flimkien ma’ sbatax-il mara oħra bħala membru parlamentari.[5] Iktar ’il quddiem, bidlet isimha minn Satı għal Hatı fuq il-parir tal-President Atatürk, li dak iż-żmien kien interessat fiċ-ċivilizzazzjoni tal-Ħattjani, u peress li l-isem Satı kien ifisser “bejgħ” jew “xiri” bit-Tork.[4] Hija adottat il-kunjom Çırpan wara li l-Liġi tal-1934 dwar il-Kunjomijiet kienet tesiġi li ċ-ċittadini Torok kollha jkollhom kumjom.

  1. ^ "A. Turan Alkan, "Bu cennet yurt köşesinde mutlusunuz Kızılcahamamlılar!" Zaman". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-03-14. Miġbur 2021-05-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ a b A. Afetinan, Tarih'ten bugün'e, Türk Tarih Kurumu Basımevi, 1970, p. 164.
  3. ^ a b A. Afetinan, Cumhuriyetʼin Ellinci yılı için Köylerimiz, Türk Tarih Kurumu Basımevi, 1978, p. 8.
  4. ^ a b ċ Emin Karakuş, 40 yıllık bir gazeteci gözü ile İşte Ankara, Hür Yayın ve Ticaret, 1977, p. 22.
  5. ^ a b The Turkish Woman (1919-1923), Basın Yayın Genel Müdürlüğü, p. 36.
  6. ^ İşte mebus olacak kadın., A. Afetinan, Kemal Atatürk'ü Anarken, Güzel Sanatlar Matbaası, 1956, p. 67.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Hatı Çırpan
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?