For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for CONMEBOL.

CONMEBOL

CONMEBOL

Membri tal-CONMEBOL huma kkuluriti ħodor
Formazzjoni 9 ta' Lulju 1916
Tip Organizzazzjoni sportiva
Kwartieri ġenerali Paragwaj Luque, Paragwaj
Sħubija 10 assoċjazzjoni nazzjonali
Segretarju Ġenerali Eduardo de Luca
President Nicolás Leoz
Sit elettroniku www.conmebol.com

Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Sud-Amerikan (bl-Ingliż: South American Football Confederation; bil-Franċiż: Confederación Sudamericana de Fútbol) magħrufha aħjar bħala l-CONMEBOL, hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol ġewwa l-Amerika t'Isfel. Ġeneralment kważi kull tim f'din il-federazzjoni kellu żmien fejn iddomina permezz tal-plejers tiegħu, imma l-Arġentina, l-Brażil u l-Urugwaj huma tradizzjonalment l-aqwa timijiet f'dan il-kontinent, bil-Paragwaj u l-Perù li bdew jiddominaw ix-xena wkoll. It-timijiet tal-CONMEBOL kellhom ħafna suċċessi fit-Tazza tad-Dinja. Bl-erba' postijiet allokati għalihom fit-Tazza tad-Dinja minn 32 huma rnexxielhom jirbħu aktar min-nofs l-edizzjonijiet ta' din il-kompetizzjoni u għal ħafna snin, tnejn mill-ewwel ħamsa tal-klassifika tal-FIFA huma membri tal-CONMEBOL.

Ħarsa ġenerali

[immodifika | immodifika s-sors]

Din il-federazzjoni bdiet fid-9 ta' Lulju 1916, grazzi għall-Urugwajan Héctor Rivadavia Gómez li kien qed iqajjem il-punt għall-bżonn ta' għaqda fil-futbol madwar il-kontinent. L-Arġentina, l-Urugwaj, il-Brażil u ċ-Ċili kienu l-fundaturi. Il-konfederazzjoni kienet fundata waqt li kien qed isir kampjonat tal-futbol Sud-Amerikan ġewwa Buenos Aires bħala parti miċ-ċentinarju tal-Indipendenza tal-Arġentina. Dan il-kampjonat huwa magħruf bħala l-ewwel edizzjoni tal-Copa América.

Il-Paragwaj (1921), il-Perù (1925), il-Bolivja (1926), l-Ekwador (1927), il-Kolombja (1936) u l-Veneżwela (1952) daħlu membri. Illum, il-CONMEBOL tagħmel parti mill-FIFA u tieħu ħsieb tal-attivitajiet kollha tal-futbol li jsiru f'dawn il-pajjiżi membri. Il-kwartieri ġenerali huma f'Luque fil-Paragwaj. Il-president tal-Kumitat Eżekuttiv hu Nicolás Leoz.

Minkejja li l-Gujana, Surinam u l-Gujana Franċiża huma fl-Amerika t'Isfel dawn ma jagħmlux parti tal-CONMEBOL - għal raġunijiet storiċi, kulturali u prinċipalment sportivi l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom jagħmlu parti mill-CONCACAF. Fost il-kompetizzjonijiet tal-CONMEBOL insibu il-Copa Libertadores de América (bħaċ-Champions League tal-Ewropa) u l-Copa Sudamericana (bħall-UEFA Cup tal-Ewropa) li t-tnejn huma għall-klabbs waqt li Copa América għat-timijiet nazzjonali tal-irġiel.

Presidenti tal-CONMEBOL

[immodifika | immodifika s-sors]
Kwartieri ġenerali tal-CONMEBOL f'Luque, fil-Paragwaj
  • Urugwaj Héctor Rivadavia Gómez (1916–1936)
  • Arġentina Luis O. Salesi (1936–1939)
  • Ċili Luis A. Valenzuela (1939–1955)
  • Ċili Carlos Dittborn Pinto (1955–1957)
  • Brażil José Ramos de Freitas (1957–1959)
  • Urugwaj Fermín Sorhueta (1959–1961)
  • Arġentina Raúl H. Colombo (1961–1966)
  • Perù Teófilo Salinas Fuller (1966–1986)
  • Paragwaj Nicolás Leoz (1986– )

Timijiet nazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
  •  Arġentina (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
  •  Bolivja (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1926)
  •  Brażil (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
  •  Ċili (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
  •  Ekwador (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1927)
  •  Kolombja (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1936)
  •  Paragwaj (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1921)
  •  Perù (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1925)
  •  Urugwaj (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
  •  Veneżwela (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1952)

18-il darba

14-il darba

10 darbiet

7 darbiet

  •  Ċili
  •  Paragwaj
 

4 darbiet

  •  Kolombja
  •  Perù

3 darbiet

  •  Bolivja

darbtejn

  •  Ekwador

L-uniku pajjiż li għadu qatt ma kkwalifika f'din il-kompetizzjoni minn din il-federazzjoni hi l-Veneżwela. Dan il-pajjiż hu meqjus bħala l-inqas tim kompetittiv fl-assoċjazzjoni, minkejja li f'dawn l-aħħar snin kiber ħafna.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
CONMEBOL
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?