For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Afrodisja.

Afrodisja

Il-fdalijiet ta' Afrodisja

Afrodisja (bl-Ingliż: Aphrodisias, /æfrəˈdɪsiəs/;[1] bil-Grieg Antik: Ἀφροδισιάς, b'ittri Rumani: Aphrodisiás) kienet belt Ellenistika Griega antika żgħira fir-reġjun kulturali storiku ta' Caria fil-Punent tal-Anatolja, it-Turkija. Tinsab ħdejn il-villaġġ modern ta' Geyre, madwar 100 kilometru fil-Lvant/'il ġewwa mill-kosta tal-Baħar Eġew, u 230 kilometru fix-Xlokk ta' İzmir.

Afrodisja ssemmiet hekk għal Afrodite, l-alla femminili Griega tal-imħabba, li hemmhekk kellha l-immaġni unika tagħha ta' qima, l-Afrodite ta' Afrodisja. Skont is-Suda, kompilazzjoni enċiklopedika Biżantina, qabel ma l-belt saret magħrufa bħala Afrodisja (għall-ħabta tas-seklu 3 Q.K.) preċedentement kellha tliet ismijiet: Lelégōn Pólis (Λελέγων πόλις, "Belt tal-Leleges"), Megálē Pólis (Μεγάλη Πόλις, "Belt Kbira"), u Ninóē (Νινόη).[2]

Xi żmien wara s-640, fl-aħħar ta' żmien il-qedem meta kienet fi ħdan l-Imperu Biżantin, il-belt ġiet imsemmija mill-ġdid bħala Stauropolis (Σταυρούπολις, "Belt tas-Salib").[3]

Fl-2017 Afrodisja tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[4][5]

Mappa tal-bliet antiki ta' Caria

Afrodisja kienet il-metropoli (belt kapitali provinċjali) tar-reġjun u l-provinċja Rumana ta' Caria.[6]

L-irħam abjad u griż fil-blu ta' Caria kien jiġi estratt b'mod estensiv mill-barrieri fix-xaqlibiet biswit il-belt fil-perjodi Ellenistiċi u Rumani, għall-bini tal-faċċati u għall-iskulturi. L-iskulturi tal-irħam u l-artisti li kienu jagħmluhom minn Afrodisja saru famużi fid-dinja Rumana. Bosta eżempji ta' statwi ġew skavati minn Afrodisja, u xi rappreżentazzjonijiet tal-Afrodite ta' Afrodisja għadhom jeżistu minn inħawi oħra tad-dinja Rumana, saħasitra minn Pax Julia fil-Lusitanja.[7]

Il-belt kellha skejjel notevoli tal-iskultura, kif ukoll tal-filosofija, filwaqt li baqgħet ċentru tal-paganiżmu sal-aħħar tas-seklu 5. Il-belt inqerdet b'terremot fil-bidu tas-seklu 7, u qatt ma rkuprat il-prosperità preċedenti tagħha, u spiċċat insedjament iffortifikat żgħir fis-sit tat-teatru l-antik.[6] Għall-ħabta tal-istess żmien, il-belt ingħatat l-isem ġdid ta' Stauropolis (bil-Grieg: Σταυροῡπολις, "belt tas-salib") biex jitneħħew il-konnotazzjonijiet pagani, iżda diġà mas-seklu 8 saret magħrufa bħala Caria l-istess bħar-reġjun, li iktar 'il quddiem wasslet għall-isem Tork modern, Geyre. Fi żmien il-Biżantini, il-belt kienet is-sede ta' unità amministrattiva fiskali (dioikesis).[8]

Afrodisja reġgħet insterqet mir-ribelli Teodoru Mankaphas fl-1188, u mbagħad mit-Torok Seljuk fl-1197. Fl-aħħar nett spiċċat taħt il-kontroll tat-Torok lejn l-aħħar tas-seklu 13.[6]

Storja ġeoloġika

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-sit qiegħed f'żona fejn iseħħu t-terremoti u bagħtiet ferm mill-ħsarat ikkawżati minnhom diversi drabi, speċjalment it-terremoti kbar tas-sekli 4 u 7. Kumplikazzjoni oħra kienet li wieħed mit-terremoti tas-seklu 4 fixkel l-ilma tal-pjan, u wassal biex partijiet mill-belt bdew ibatu mill-għargħar. Wieħed jista' jara evidenza ta' dan fil-plaming ta' emerġenza installat biex tingħeleb din il-problema.

Afrodisja qatt ma rkuprat għalkollox mit-terremot tas-seklu 7, u ġiet ittraskurata. Parti mill-belt tgħattiet bil-villaġġ modern ta' Geyre; uħud mid-djar tneħħew fis-seklu 20 biex tiġi żvelata mill-ġdid il-belt l-antika. Geyre ġdid inbena ftit 'il bogħod.

Storja ekkleżjastika

[immodifika | immodifika s-sors]

Le Quien (Oriens christianus, I, 899–904) isemmi għoxrin isqof ta' Afrodisja. Fis-seklu 7, Stauropolis kellha tmienja u għoxrin isqof b'suffraġju u sitta u għoxrin isqof fil-bidu tas-seklu 10.

Stauropolis kienet ukoll sede metropolitana titolari Kattolika Rumana, bl-istess isem ta' Stauropoli (bil-Latin: Archidioecesis Stauropolitana).[9]

Binjiet u strutturi

[immodifika | immodifika s-sors]
Id-daħla monumentali

Daħla monumentali

[immodifika | immodifika s-sors]

Daħla monumentali, jew it-tetrapylon, tinsab fl-aħħar ta' triq li twassal mit-triq prinċipali mit-Tramuntana san-Nofsinhar tal-belt f'bitħa kbira quddiem is-Santwarju ta' Afrodite ta' Afrodisja. Id-daħla nbniet għall-ħabta tal-200 W.K.

Tempju ta' Afrodite

[immodifika | immodifika s-sors]
It-Tempju ta' Afrodite

It-Tempju ta' Afrodite kien punt fokali tal-belt. L-iskulturi ta' Afrodisja saru rinomati u bbenefikaw minn provvista kbira ta' irħam fil-qrib. L-iskola tal-iskultura kienet produttiva ħafna;[10] il-biċċa l-kbira tax-xogħol tagħhom tintwera fis-sit u fil-Mużew ta' Afrodisja. Bosta mill-istatwi ta' daqs reali ġew skoperti fl-inħawi tal-agora, flimkien ma' opri ta' prova u mhux kompluti, li jissuġġerixxu li kien hemm skola fil-qrib. Is-sarkofagi ġew irkuprati minn diversi postijiet, spiss imżejna b'disinni ta' festuni u kolonni. Instabu pilastri b'figuri ta' nies, għasafar, u annimali, alternati ma' weraq tal-ħannewija.

Il-karattru tat-tempju nbidel meta sar bażilika Kristjana. Il-binja jingħad li ġiet imġarrfa għall-ħabta tal-481-484 fuq ordni tal-Imperatur Zeno, minħabba li t-tempju kien fil-mira ta' oppożizzjoni Ellenika Pagana kontra Zeno f'Afrodisja, b'appoġġ għal Illus, li kien wiegħed li jerġa' jdaħħal ir-riti Elleniċi, li kienu tneħħew matul il-persegwitazzjoni tal-pagani fl-aħħar tal-Imperu Ruman, fit-tempji li kienu għadhom eżistenti.[11]

Il-Bouleuterion

Il-Bouleuterion serva bħala l-post fejn kien jiltaqa' l-kunsill amministrattiv (il-Boule) tal-belt, u bħala teatru msaqqaf għal diversi skopijiet, sala tal-kunċerti u spazju għall-assemblej.

Il-Bouleuterion, jew l-Odeon, jinsab fin-naħa tat-Tramuntana tal-Agora tat-Tramuntana. Il-fdalijiet eżistenti jikkonsistu minn awditorju semiċirkolari b'palk baxx quddiemu wiesa' madwar 46 metru. Il-parti l-baxxa tal-awditorju għadha intatta, b'disa' ringieli ta' postijiet bilqiegħda tal-irħam maqsuma f'ħames flieli b'turġien radjali. Il-postijiet bilqiegħda tal-parti ta' fuq, li jammontaw għal tnax-il ringiela addizzjonali, ċedew flimkien mal-volti riffieda tagħhom. Il-pjanta tas-sit hija waħda estremament miftuħa, b'bosta daħliet fil-pjan terran u diversi turġien li jagħtu aċċess għar-ringieli ta' fuq tal-postijiet bilqiegħda. Sistema ta' riffieda paralleli kbar turi li l-binja oriġinarjament kienet bil-volti. L-awditorju kien jiġi mdawwal b'sensiela ta' twieqi bil-ħnejjiet twal fil-ħajt ta' barra b'kurvatura. Il-Bouleuterion huwa stmat li kien jesa' madwar 1,750 persuna bilqiegħda.

L-evidenza disponibbli tindika data tal-kostruzzjoni fil-perjodu Antonin jew Severan bikri (l-aħħar tas-seklu 2 jew il-bidu tas-seklu 3 W.K.). Is-scaenae frons ċertament kien armat, kif jissuġġerixxi l-istil tat-tiżjin skulturali u arkitettoniku. Il-bażijiet tal-istatwi fi tmiem il-ħitan riffieda tal-awditorju kellhom l-ismijiet ta' żewġ aħwa, senaturi fil-bidu tal-perjodu Severan, u żewġ bażijiet bil-kitba mnaqqxa ppożizzjonati simetrikament quddiem il-faċċata esterna bi statwi tal-benefatturi ta' Afrodisja, Claudia Antonia Tatiana u zijuwha Lucius Antonius Dometinus, li kienu attivi fl-aħħar tas-seklu 2. Huwa magħruf li Tatiana kellha rabtiet mill-qrib ma' Efesu, u huwa possibbli li s-similaritajiet li jispikkaw bejn din il-binja u l-bouleuterion fl-agora ċivika hemmhekk, datati bil-kitba mnaqqxa għal nofs is-seklu 2, x'aktarx li twasslu bis-saħħa tal-inizjattiva tagħha.[12] Mhuwiex magħruf x'kien hemm fis-sit qabel is-seklu 2 W.K., iżda x'aktarx li l-binja attwali ssostitwiet waħda iżgħar kontemporanja bl-agora fl-aħħar tas-seklu 1 Q.K.

Il-bouleuterion f'Afrodisja baqa' b'dik l-għamla sal-bidu tas-seklu 5, meta uffiċjal muniċipali adattah bħala palaestra, u rreġistra l-kisba tiegħu f'kitba mnaqqxa fuq in-naħa ta' fuq tal-pulpitum (palk). Il-palaestra normalment tirreferi għal grawnd tal-lottaturi sportivi, iżda fis-seklu 5 setgħet tintuża biex tiddeskrivi sala għal-lekċers, l-ispettakli, u diversi tipi ta' wirjiet kompetittivi, kif issuġġerit minn għadd ta' kitbiet imnaqqxin fuq il-postijiet bilqiegħda. Diversi qatgħat addizzjonali fil-postijiet bilqiegħda, x'aktarx għal arbli jew pilastri li kienu jirfdu xi forma ta' saqaf temporanju, jissuġġerixxu li dak iż-żmien diġà l-binja kienet tilfet is-saqaf permanenti tagħha. L-orkestra tbaxxiet u kellha paviment tal-irħam, x'aktarx li reġa' ntuża minn fażi iktar bikrija.[13]

Is-Sebasteion

Is-Sebasteion, jew l-Augusteum, kien dedikat b'mod konġunt, skont kitba mnaqqxa tas-seklu 1 fuq il-propylon, "Lil Afrodite, id-Divin Augusti u l-Poplu". Riljiev li nstab fil-fdalijiet tal-portiku tan-Nofsinhar kien jirrappreżenta personifikazzjoni tal-polis bħala sagrifiċċju lill-immaġni meqjuma ta' Afrodite ta' Afrodisja, ivvenerata bħala promētōr ("omm antenata"). "Afrodite tirrappreżenta l-qawwa kożmika li tintegra s-setgħa imperjali mas-setgħa tal-elit lokali", innota qarrej ta' rumanz ta' Chariton.[14] Din ir-rabta bejn l-alla femminili u l-qawwa imperjali kienet waħda partikolarment politika dak iż-żmien, peress li l-Gens Julia – il-familja ta' Ġulju Ċesri, Ottavjanu Awgustu, u s-suċċessuri tagħhom – sostnew li kellhom dixxendenza divina minn Venere/Afrodite.

L-istadium

L-istadium kien jintuża għal avvenimenti atletiċi sa ma t-teatru ġarrab ħsarat kbar minħabba terremot tas-seklu 7, li wassal biex parti mill-istadium jiġi kkonvertit għal avvenimenti li qabel kienu jsiru fit-teatru.

L-istadium bejn wieħed u ieħor huwa 270 metru (890 pied) b'60 metru (200 pied). Bi 30 ringiela ta' postijiet bilqiegħda fuq kull naħa, u mad-dawra ta' kull tarf, seta' jesa' massimu ta' madwar 30,000 spettatur. It-trakka bejn wieħed u ieħor hija 225 metru (738 pied) bi 30 metru (98 pied).

Peress li l-istadium huwa konsiderevolment ikbar u strutturalment iktar estensiv saħansitra mill-istadium ta' Delphi, x'aktarx li huwa wieħed mill-iżjed strutturi ppreservati tajjeb ta' dan it-tip fil-Mediterran.

Sejbiet oħra

[immodifika | immodifika s-sors]
It-teatru Ruman

L-ewwel skavi formali saru fl-1904-1905 minn inġinier ferrovjarju Franċiż, Paul Augustin Gaudin. Uħud mis-sejbiet arkitettoniċi (l-iktar il-freġji, il-pilastri u l-kapitelli) li skopra fis-sit issa jinsabu fil-British Museum ta' Londra, ir-Renju Unit.[15]

L-iżjed skavi reċenti nbdew minn Kenan Erim taħt il-patroċinju tal-Università ta' New York, l-Istati Uniti, fl-1962 u attwalment huma mmexxija mill-Professur R. R. R. Smith (fl-Università ta' Oxford) u mill-Professur Katharine Welch tal-Istitut tal-Belle Arti tal-Università ta' New York. Is-sejbiet jiżvelaw li l-programm tal-kostruzzjoni lussuża fiċ-ċentru ċiviku tal-belt kien inbeda u ġie ffinanzjat l-iktar minn ċertu Gaius Julius Zoilos, li kien skjav lokali ta' Gaius Julius Caesar, li ġie meħlus minn Ottavjanu. Meta Zoilos inħeles u rritorna lejn belt twelidu, wara li ngħata l-prestiġju u premjijiet finanzjarji rikki għas-servizz tiegħu, huwa ddirezzjona l-finanzi biex jallinja ma' Ottavjanu fit-taqbida tiegħu tal-poter kontra Marku Antonju. B'hekk żgura l-protezzjoni ta' Ottavjanu bħala privileġġi finanzjarji u bis-saħħa tiegħu l-belt gawdiet minn perjodu ta' prosperità.

F'Settembru 2014, droni b'piż ta' madwar 0.5 kg intuża biex tinħoloq mappa tridimensjonali tal-fdalijiet ta' Afrodisja ta' fuq l-art. The data ġiet analizzata mill-Istitut Arkeoloġiku Awstrijaku ta' Vjenna, l-Awstrija.[16]

F'Marzu 2018, instab qabar antik f'żona fejn kienu twettqu skavi illegali. Il-qabar ittieħed fil-Mużew ta' Afrodisja.[17]

Fl-2020, żewġ sarkofagi nstabu f'għalqa bis-siġar taż-żebbuġ. Fuq dawn is-sarkofagi kien hemm riljiev ta' Medusa.[18]

Kitbiet imnaqqxin

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Mużew ta' Afrodisja bl-iskulturi oriġinali tal-faċċata tas-Sebasteion

Il-kwalità tal-irħam f'Afrodisja rriżulta f'għadd kbir ta' oġġetti b'kitbiet imnaqqxa li nstabu fil-belt. Bosta mill-materjal monumentali preċedenti reġa' ntuża għall-kostruzzjoni tal-ħitan tal-belt fil-perjodu Antik Aħħari. Bosta kitbiet imnaqqxin setgħu jinqraw mingħajr l-ebda skavi; permezz tagħhom nafu li l-belt kienet tiġi viżitati spiss fiż-żminijiet moderni, diġà mill-bidu tas-seklu 18.

Mill-iskavi taħt il-patroċinju tal-Università ta' New York ġew skoperti saħansitra iżjed minn 2,000 kitba mnaqqxa. Il-biċċa l-kbira minnhom imorru lura għal żmien l-imperu, b'testi funebri u onorarji rrappreżentati sew, iżda hemm testi mill-perjodi kollha, miż-żminijiet Ellenistiċi sal-Biżantini. Sensiela ta' dokumenti, bl-għan li jiddeskrivu l-kobor u l-istorja tal-belt, ġew inklużi fl-hekk imsejjaħ "Ħajt tal-Arkivju".

Mill-iskavi f'Afrodisja ħarġet fid-dieher ukoll kitba mnaqqxa Lhudija importanti iżda l-kuntest tagħha mhuwiex ċar. Din il-kitba, imnaqqxa bil-Grieg, telenka d-donazzjonijiet li għamlu bosta individwi, diversi minnhom ikklassifikati bħala theosebeis, jew "Ġentili li kienu jqimu lill-Alla".[19] Permezz tal-evidenza komparattiva jidher ċar fil-kitbiet imnaqqxin fis-sinagoga ta' Sardis u fit-Testment il-Ġdid li dawn in-nies x'aktarx kienu Ġentili interessati fil-komunità Lhudija, li kienu jappoġġaw u probabbli jżuru s-sinagoga spiss. Il-firxa ġeografika tal-evidenza tissuġġerixxi li dan kien fenomenu mifrux fl-Asja Minuri matul Żmien ir-Rumani.

Freġju skopert fl-1980 li juri ġellieda b'sidirha barra u liebsa elmu, bil-kitba BRITANNIA taħtha, tokrob bl-agunija taħt l-irkoppa ta' suldat Ruman, bil-kitba TIBERIUS CLAUDIUS CAESAR taħtu, jingħad li jirrappreżenta lil Brittanja subordinata għal Ruma.[20]

Afrodite ta' Afrodisja

[immodifika | immodifika s-sors]
L-istatwa ta' Afrodite ta' Afrodisja

L-immaġni meqjuma li hija partikolari għal Afrodisja, l-Afrodite ta' Afrodisja, bla dubju xi darba kienet tinsab fit-Tempju ta' Afrodite.[21] Hija kienet alla femminili distintiva lokali li saret, bis-saħħa ta' interpretatio graeca, identifikata mal-Afrodite Griega. L-immaġni kanonika tagħha, tipika tal-immaġnijiet meqjuma tal-Anatolja, turi li hija relatata mas-Sinjura ta' Efesu, ivvenerata b'mod mifrux fid-dinja Griega-Rumana bħala Artemis ta' Efesu.[6]

L-immaġnijiet li għadhom eżistenti, minn kuntesti fejn x'aktarx li kienu iktar ċiviċi milli ritwali, huma mingħajr eċċezzjoni kollha mill-aħħar fażi tal-qima, fiż-żminijiet Ellenistiċi u Rumani. Twettqu b'bixra u bi stil naturalistiku komuni għall-kultura tagħhom, u b'hekk l-alla femminili kellha bixra iktar universali. Bħas-Sinjura ta' Efesu, l-Afrodite ta' Afrodisja tidher liebsa tunika ħoxna li tgħatti suret l-alla femminili, imkebba magħha qisha f'xi sarkofagu, dejjem b'erba' reġistri ta' immaġnijiet standardizzati. Saqajha jinsabu qrib xulxin, kif meħtieġ minħabba t-tunika, dirgħajha stirati 'l quddiem, sabiex tirċievi u tagħti. Hija mżejna b'ġiżirana u tilbes kuruna flimkien ma' dijadema u girlanda tar-riħan, b'velu twil quddiem wiċċha estiż sal-art. Taħt is-sovratunika tagħha tidher liebsa chiton sal-art.

L-istrixxi tat-tiżjin fuq it-tunika, li jidhru bħala bassoriljiev, jevokaw is-setgħat kożmiċi tal-alla femminili: il-Karitajiet, it-Tliet Grazzji li huma l-eqreb qaddejja ta' Afrodite; l-irjus ta' koppja miżżewġa (il-mara liebsa velu), identifikati minn Lisa Brody bħala Gaia u Uranu, id-Dinja u s-Smewwiet, li tirrenja fuqhom l-alla femminili, iktar milli Żeus u Hera; Helios u Selene isseparati minn pilastru; l-Afrodite tal-baħar, riekba mogħża tal-baħar, u isfel nett grupp ta' Eroti jipprattikaw ritwali reliġjużi.[6]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Agora tan-Nofsinhar u pixxina f'Afrodisja

Is-sit arkeoloġiku ta' Afrodisja ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.[4]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[4]

  1. ^ "APHRODISIAS | Meaning & Definition for UK English | Lexico.com". Lexico Dictionaries | English (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-12-12. Miġbur 2022-04-03.
  2. ^ "SOL Search". web.archive.org. 2015-09-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-24. Miġbur 2022-04-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: Stauropolis". www.newadvent.org. Miġbur 2022-04-03.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Aphrodisias". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-03.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "New Inscribed Properties". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-03.
  6. ^ a b ċ d e Foss, Clive (1991). "Aphrodisias". In Kazhdan, Alexander (ed.). The Oxford Dictionary of Byzantium. Oxford and New York: Oxford University Press. p. 128. ISBN 0-19-504652-8.
  7. ^ Peter Noelke, "Zwei unbekännte Repliken der Aphrodite von Aphrosias in Köln" Arkäologischer Anzeiger 98.1:107-31.
  8. ^ Nesbitt, John W.; Oikonomides, Nicolas, eds. (1994). "Karia/Stauropolis". Catalogue of Byzantine Seals at Dumbarton Oaks and in the Fogg Museum of Art, Volume 2: South of the Balkans, the Islands, South of Asia Minor. Washington, DC: Dumbarton Oaks Research Library and Collection. pp. 167–169. ISBN 0-88402-226-9.
  9. ^ "Stauropolis (Titular See) [Catholic-Hierarchy]". www.catholic-hierarchy.org. Miġbur 2022-04-03.
  10. ^ Kenan T. Erim, "The school of Aphrodisias, " Archaeology 20.1:18-27.
  11. ^ Trombley (2014-05-01). Hellenic Religion and Christianization c. 370-529, Volume I (bl-Ingliż). BRILL. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  12. ^ Sculptures of the Bouleuterion.
  13. ^ The architecture of the Bouleuterion is examined by Lionel Bier, "The Bouleuterion at Aphrodisias," Aphrodisias Papers 4
  14. ^ Douglas R. Edwards notes in, "Defining the Web of Power in Asia Minor: The Novelist Chariton and His City Aphrodisias" Journal of the American Academy of Religion 62.3 (Autumn 1994:699-718) p. 711.
  15. ^ "Collection". The British Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-03.
  16. ^ #author.fullName}. "Air-chaeological drones search for ancient treasures". New Scientist (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-03.
  17. ^ "Ancient tomb found in illegal excavations in Aydın". Hürriyet Daily News (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-03.
  18. ^ "Treasure hunters unearth 2,500-year-old history". Hürriyet Daily News (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-03.
  19. ^ Published by J. M. Reynolds and R. F. Tannenbaum, Jews and Godfearers at Aphrodisias, Cambridge Philological Society Supplementary Volume 12, (Cambridge, 1987).
  20. ^ Roman Britain By Timothy W. Potter and Catherine Johns, University of California Press, 1992, p. 40.
  21. ^ "DISS.summary". web.archive.org. 2003-09-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2003-09-23. Miġbur 2022-04-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Afrodisja
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?