For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Żona Kulturali ta' Ḥimā.

Żona Kulturali ta' Ḥimā

Xbieha mnaqqxa f'Bir Hima.

Iż-Żona Kulturali ta' Ḥimā jew Bir Hima (bl-Għarbi: بئر حما) hija sit tal-arti fuq il-blat fil-provinċja ta' Najran, fil-Lbiċ tal-Arabja Sawdija, madwar 200 kilometru (120 mil) fit-Tramuntana tal-belt ta' Najran. Is-sit ta' Bir Hima huwa sit Neolitiku u Paleolitiku tal-qedem u jkopri l-perjodu mis-7000 sal-1000 Q.K. Bir Hima fih bosta rdumijiet simili għal oħrajn fit-Tramuntana tal-Arabja u fil-Jemen.[1]

Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Lulju 2021.[2][3]

Iż-żeffiena.
Il-kitbiet imnaqqxa ta' Bir Hima.

Fl-istorja tal-qedem, l-okkupazzjoni umana ta' dan il-ħabitat ġiet akkreditata li kienet dovuta għar-riżorsi b'organiżmi selvaġġi, ilma u l-ġebla tal-ġir. L-arti fuq il-blat tal-Arabja Sawdija, li ġiet apprezzata ferm f'dawn l-aħħar snin, titqies fost l-iżjed rikka fid-dinja flimkien ma' eżempji oħra li nstabu fl-Awstralja, fl-Indja u fl-Afrika t'Isfel. L-inħawi ġew esplorati mill-ispedizzjoni ta' Philby-Ryckmans-Lippen tal-1951 u s-sejbiet ġew ippubblikati minn E. Anati (1969-1972). Imbagħad ġie nnotat li x-xbihat fuq il-blat ġew imnaqqxa b'kontorn fil-formazzjonijiet tal-ġebel ramli, li jmorru lura għat-300-200 Q.K.[4] Il-wirt rikk ta' petroglifiċi ġibed l-attenzjoni tad-Dipartiment tal-Antikitajiet tal-Arabja Sawdija wara l-1976 biss, meta ġew investigati Jubba u siti oħra. Wieħed mill-membri tal-ispedizzjoni li kien qed jinvestiga din l-arti sab sit fil-Punent tal-bjar tal-qedem ta' Bir Hima fejn irreġistra 250 xbieha.

Uħud mill-petroglifiċi ta' Bir Hima.

Bir Hima huwa sit Paleolitiku u Neolitiku tal-qedem jinsab fit-Tramuntana ta' Najran u huwa kkategorizzat bħala sit tal-Paleolitiku Inferjuri jew Oldowan. Apparti l-petroglifiċi, hawnhekk instabu wkoll għodod tat-tinqix tal-arti (għodod biċ-ċagħaq u tipi ta' invellijiet), magħmula minn materjali bħall-kwarzit, l-andesit u ż-żnied.[5] Milli jidher ix-xbihat tnaqqxu anke bl-għodod tal-bronż. Il-petroglifiċi li ġew innutati, meta nstabu inizjalment fis-snin 50 tas-seklu 20, kienu jinkludu sejfijiet u xwabel, qwies u vleġeġ b'ponot trasversali, xwabel b'għamla ta' minġell u lanez. Dawn ix-xbihat ġew interpretati bħala simboliċi tal-animiżmu spiritwali.

Il-ġemel kbir tal-formazzjoni tal-blat ta' Al-Mauaqea.

Bir Hima, bħala parti minn Najran, hija teżor ta' petroglifiċi, eklissata biss minn dawk li nstabu fir-reġjun ta' Jubba. Hawnhekk ġew identifikat 100 sit. Fl-inħawi ta' Najran, instabu saħansitra 6,400 illustrazzjoni ta' bnedmin u ta' annimali, li jinkludu iktar minn 1,800 ġemel u 1,300 bniedem. F'dan is-sit importanti tal-arti fuq il-blat, apparti mix-xbihat ta' bnedmin, ġiraffi u annimali oħra, ġew irreġistrati wkoll tinqixiet tas-seklu 6 ta' Dhu Nuwas, re Ħimarit li kien okkupa lil Najran. Għadd ta' frammenti b'iġmla artikolati ġew skavati fis-sit 217-44.[6] Filwaqt li t-tinqix x'aktarx li jmur lura iktar minn dak tax-Xbieha tal-Kaċċaturi, il-ġellied ta' Bir Hima, armat bil-qaws, huwa kważi identiku għall-irġiel tax-Xbieha tal-Kaċċaturi. Instabu wkoll eluf ta' kitbiet imnaqqxa, b'diversi kalligrafiji, inkluż l-alfabett ta' al-Musmad, l-Aramajk-Nabatjan, l-alfabett tan-Nofsinhar tal-Arabja, il-Grieg u l-kalligrafija Iżlamika.[7]

It-tinqix ta' Minshaf.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Iż-Żona Kulturali ta' Ḥimā ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[3]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[3]

It-tinqix ta' Shasaa.
  1. ^ Ember, Melvin; Peregrine, Peter Neal, eds. (2002). "South and Southwest Asia". Encyclopedia of Prehistory. Vol. 8 (1 ed.). Springer. p. 257. ISBN 978-0-306-46262-7.
  2. ^ "Hima Cultural Area in Saudi Arabia inscribed on UNESCO World Heritage Site list - Xinhua | English.news.cn". www.xinhuanet.com. Miġbur 2023-11-01.
  3. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ḥimā Cultural Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-11-01.
  4. ^ Nayeem, M. A. (2000). The rock art of Arabia: Saudi Arabia, Oman, Qatar, the Emirates & Yemen. Hyderabad Publishers. p. 231. ISBN 978-81-85492-09-4.
  5. ^ "Introduction to Saudi Arabia Rock Art and Petroglyphs". Ancient cultures.info. pp. 30–37.
  6. ^ Clutton-Brock, Juliet (26 July 1990). The Walking Larder: Patterns of Domestication, Pastoralism, and Predation. Unwin Hyman. p. 148. ISBN 978-0-04-445900-2.
  7. ^ Rice, Michael (2006). Swifter than the arrow: the golden hunting hounds of ancient Egypt. I.B.Tauris. pp. 25, 30, 85. ISBN 978-1-84511-116-8.
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Żona Kulturali ta' Ḥimā
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?