For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Ħaġar ta' Jelling.

Ħaġar ta' Jelling

Il-Ħaġar ta' Jelling

Il-Ħaġar ta' Jelling (bid-Daniż: Jellingstenene) huma ħaġar kbir imnaqqax fis-seklu 10, li jinsabu fir-raħal ta' Jelling fid-Danimarka. L-eqdem waħda miż-żewġ ħaġriet ta' Jelling twaqqfet mir-Re Gorm ix-Xiħ bħala mafkar għal martu Thyra. L-ikbar waħda miż-żewġ ħaġriet twaqqfet minn iben ir-Re Gorm, Harald Bluetooth, bħala mafkar għall-ġenituri tiegħu, u sabiex jiċċelebra l-ħakma tiegħu tad-Danimarka u tan-Norveġja, kif ukoll il-konverżjoni tiegħu u tad-Daniżi għall-Kristjaneżmu. L-iskrizzjonijiet runiċi fuq il-Ħaġar ta' Jelling huma l-iktar magħrufa fid-Danimarka.[1] Fl-1994, il-ħaġar flimkien mat-tumbati funebri tal-art u l-knisja ż-żgħira fil-qrib, tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala eżempju uniku tal-kultura Nordika pagana u Kristjana.[2]

Il-ħaġar huwa identifikat b'mod qawwi mal-ħolqien tad-Danimarka bħala nazzjon. Iż-żewġ iskrizzjonijiet isemmu l-isem "Danimarka" (bl-akkużattiv "tanmaurk" ([danmɒrk]) fuq il-ħaġra l-kbira, u bil-ġenittiv "tanmarkar" ([danmarkaɽ]) fuq il-ħaġra ż-żgħira).[3]

Il-ħaġra l-kbira ssemmi b'mod espliċitu l-konverżjoni tad-Danimarka mill-paganiżmu Norveġiż u l-proċess ta' Kristjanizzazzjoni, flimkien ma' xbieha ta' Kristu msallab; għaldaqstant, b'mod popolari hija mlaqqma bħala ċ-"ċertifikat tal-magħmudija tad-Danimarka" (bid-Daniż: Danmarks dåbsattest), espressjoni maħluqa mill-istoriku tal-arti Rudolf Broby-Johansen fis-snin 30 tas-seklu 20.[4]

Storja reċenti

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Ħaġar ta' Jelling qabel ma tpoġġew fil-vetrini protettivi

Wara li l-ħaġriet ilhom espost għall-elementi għal eluf ta' snin, bdew jitfaċċaw xi xquq. Fil-15 ta' Novembru 2008, esperti mill-UNESCO eżaminaw il-ħaġriet biex jiddeterminaw il-kundizzjoni tagħhom. L-esperti talbu li l-ħaġriet jiġu mċaqilqa f'sala interna tal-wirjiet jew tiġi protetta b'xi mod ieħor fil-post, sabiex ma ssirx iktar ħsara lill-ħaġriet minħabba t-temp.[5]

Fi Frar 2011, is-sit ġie vvandalizzat bi sprej taż-żebgħa ħadra, bil-kelma "GELWANE" li ġiet miktuba fuq iż-żewġ naħat tal-ġebla l-kbira, u bi graffiti identiċi sprejjati fuq lapida ta' qabar fil-qrib u fuq il-bieb tal-knisja ż-żgħira.[6] Wara ħafna spekulazzjoni dwar it-tifsira possibbli tal-kelma enigmatika "gelwane"[7], ġie skopert li l-vandalu kien tifel ta' 15-il sena bis-sindromu ta' Asperger u l-kelma ma kellha l-ebda tifsira.[8][9] Peress li ż-żebgħa ma kinitx laħqet ibbieset, l-esperti rnexxielhom ineħħuha.[10]

L-Aġenzija tal-Ħarsien tal-Wirt tad-Danimarka ddeċidiet li żżomm il-ħaġriet fil-post attwali tagħhom u għażlet disinn ta' vetrini protettivi minn 157 proġett li ntbagħtu f'kompetizzjoni. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni kienu Nobel Architects.[11] Il-vetrini tal-ħġieġ joħolqu sistema klimatika li żżomm il-ħaġriet f'temperatura u f'umdità fissi u tipproteġihom mill-erożjoni minħabba l-elementi. Id-disinn huwa kkaratterizzat minn vetrini rettangolari tal-ħġieġ imsaħħa permezz ta' żewġ naħat tal-bronż mastizz immuntati fuq qafas ta' sostenn tal-azzar. Il-ħġieġ huwa miksi b'materjal li ma jirriflettix li jagħti sfumatura fl-aħdar lill-ħġieġ. Barra minn hekk, l-uċuħ tal-bronż jagħtu lewn ħadrani msaddad, li jenfasizza t-tonalitajiet griżi u ħamranija tal-ħaġar runiku kif ukoll in-natura u l-importanza monumentali tagħhom.[12]

Ħaġra runika ta' Harald Bluetooth

[immodifika | immodifika s-sors]
In-naħa Ċ tal-Ħaġra Runika ta' Harald

L-iskrizzjoni fuq l-ikbar ħaġra runika ta' Jelling (Jelling II, Rundata DR 42) tgħid:

Ir-Re Harald ordna li jsir dan il-monument bħala mafkar ta' missieru Gorm u bħala mafkar ta' ommu Thyrvé; dak l-istess Harald li rebaħ għalih innifsu d-Danimarka u n-Norveġja kollha u kkonverta lid-Daniżi għall-Kristjaneżmu.

In-naħa A tal-Ħaġra Runika ta' Harald
In-naħa B tal-Ħaġra Runika ta' Harald

Bin-Norveġiż Antik standard l-iskrizzjoni tgħid:

Haraldr konungr bað gǫrva kumbl þausi aft Gorm faður sinn auk aft Þórví móður sína. Sá Haraldr es sér vann Danmǫrk alla auk Norveg auk dani gærði kristna.[13]

Traskrizzjoni Trażlitterazzjoni[14]
(naħa A) ᚼᛅᚱᛅᛚᛏᚱ ᛬ ᚴᚢᚾᚢᚴᛦ ᛬ ᛒᛅᚦ ᛬ ᚴᛅᚢᚱᚢᛅ

ᚴᚢᛒᛚ ᛬ ᚦᛅᚢᛋᛁ ᛬ ᛅᚠᛏ ᛬ ᚴᚢᚱᛘ ᚠᛅᚦᚢᚱ ᛋᛁᚾ ᛅᚢᚴ ᛅᚠᛏ ᛬ ᚦᚭᚢᚱᚢᛁ ᛬ ᛘᚢᚦᚢᚱ ᛬ ᛋᛁᚾᛅ ᛬ ᛋᛅ ᚼᛅᚱᛅᛚᛏᚱ (᛬) ᛁᛅᛋ ᛬ ᛋᚭᛦ ᛫ ᚢᛅᚾ ᛫ ᛏᛅᚾᛘᛅᚢᚱᚴ

haraltr : kunukʀ : baþ : kaurua

kubl : þausi : aft : kurm faþur sin auk aft : þąurui : muþur : sina : sa haraltr (:) ias : sąʀ * uan * tanmaurk

(naħa B) ᛅᛚᛅ ᛫ ᛅᚢᚴ ᛫ ᚾᚢᚱᚢᛁᛅᚴ ala * auk * nuruiak
(naħa Ċ) ᛫ ᛅᚢᚴ ᛫ ᛏ(ᛅ)ᚾᛁ (᛫ ᚴᛅᚱᚦᛁ ᛫) ᚴᚱᛁᛋᛏᚾᚭ * auk * t(a)ni (* karþi *) kristną

Il-ħaġra għandha figura ta' Kristu msallab fuq naħa u fuq in-naħa l-oħra għandha figura ta' serp imgeżwer ma' ljun. Kristu jidher imsallab u mgeżwer f'qishom friegħi. Id-dehra ta' Kristu b'dan il-mod spiss tqieset li tindika l-paralleliżmu mat-tgħalliq tal-alla pagan Norveġiż Odin, li f'Rúnatal jingħad li ġie mgħallaq ma' siġra u mniffed minn lanza.[15]

Kopji moderni tal-ħaġra runika ta' Harald Bluetooth

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1936 kopja oħra ta' din il-ħaġra tqiegħdet fil-Pjazza tal-Katidral (bl-Olandiż: Domplein) f'Utrecht, ħdejn il-Katidral ta' Utrecht, fl-okkażjoni tat-300 anniversarju tal-Università ta' Utrecht.

Kopja miżbugħa bil-kulur fil-Mużew Nazzjonali tad-Danimarka

Fl-1955, saret verżjoni bil-ġibs ta' din il-ħaġra għal festival f'Londra. Issa tinsab fl-artijiet tal-Knisja Daniża f'4 St. Katherines Precinct, Regents Park, Londra. Il-kopja hija miżbugħa b'kuluri jgħajtu, kif x'aktarx kienet xi darba l-ħaġra oriġinali. Il-biċċa l-kbira taż-żebgħa oriġinali tqaxxret mill-ħaġra oriġinali, iżda fadal biżżejjed irqajja' biż-żebgħa biex seta' jiġi ddeterminat x'kienu l-kuluri fl-antik. Hemm kopja oħra tal-ħaġra fil-Mużew Nazzjonali tad-Danimarka, u kopja oħra, iddekorata minn Rudolf Broby-Johansen fis-snin 30 tas-seklu 20, eżatt barra l-Mużew ta' Jelling, qrib it-tumbati funebri ta' Jelling.[16]

Teżisti kopja f'Rouen, in-Normandija, Franza, ħdejn l-Abbazija ta' Saint-Ouen, li ġiet offruta mid-Danimarka lill-belt ta' Rouen, fl-okkażjoni tal-millenju tan-Normandija fl-1911.

Kopja tal-figura ta' Kristu ta' fuq il-ħaġra runika ta' Harald tidher fin-naħa ta' ġewwa tal-qoxra tal-passaport Daniż.[17]

Ħaġra runika ta' Gorm

[immodifika | immodifika s-sors]

L-iskrizzjoni tal-eqdem u tal-iżgħar ħaġra runika mill-Ħaġar ta' Jelling (Jelling I, Rundata DR 41) tgħid li r-"Re Gorm għamel dan il-monument bħala mafkar għal martu Thyrvé, bħala ornament tad-Danimarka".

Il-Ħaġra Runika ta' Gorm
Naħa A: l-iskrizzjoni dwar il-mafkar iddedikat lill-mara ta' Gorm
Naħa B: l-iskrizzjoni dwar l-ornament tad-Danimarka
Traskrizzjoni Trażlitterazzjoni
(naħa A) ᛬ ᚴᚢᚱᛘᛦ ᛬ ᚴᚢᚾᚢᚴᛦ ᛬

᛬ ᚴ(ᛅᚱ)ᚦᛁ ᛬ ᚴᚢᛒᛚ ᛬ ᚦᚢᛋᛁ ᛬ ᛬ ᛅ(ᚠᛏ) ᛬ ᚦᚢᚱᚢᛁ ᛬ ᚴᚢᚾᚢ

: kurmʀ : kunukʀ :

: k(ar)þi : kubl : þusi : : a(ft) : þurui : kunu

(naħa B) ᛬ ᛋᛁᚾᛅ ᛬ ᛏᛅᚾᛘᛅᚱᚴᛅᛦ ᛬ ᛒᚢᛏ ᛬ : sina : tanmarkaʀ : but :

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

It-tumbati funebri tal-art, il-ħaġar runiku u l-knisja ta' Jelling ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994 u fl-2018 saret modifika minuri fil-konfini tas-sit.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' wieħed mill-kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[2]

  1. ^ "Jelling stones | Danish gravestones". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Jelling Mounds, Runic Stones and Church". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-09-04.
  3. ^ Thunberg, Carl L. (2012). Att tolka Svitjod. Göteborgs universitet. CLTS. p. 51. ISBN 978-91-981859-4-2.
  4. ^ Samfund for Sydøstjylland og bidragyderne (2010), p. 83. "Lokalhistorie fra Sydøstjylland" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-09-05. Miġbur 2021-09-05.
  5. ^ "Eksperter: Runestenene skal reddes". DR (bid-Daniż). 2008-11-16. Miġbur 2021-09-04.
  6. ^ "Jellingstenene hærget af graffiti". Politiken (bid-Daniż). 2011-02-12. Miġbur 2021-09-05.
  7. ^ "More Jelling Stones graffiti: Gelwane the Second and Web mining" (bl-Ingliż). 2011-02-18. Miġbur 2021-09-05.
  8. ^ "16-årig bag graffiti på Jellingesten skal i behandling". Politiken (bid-Daniż). 2012-08-13. Miġbur 2021-09-05.
  9. ^ Ritzau (2011-02-20). "Jellingstenen skal renses hurtigst muligt". Kristeligt Dagblad (bid-Daniż). Miġbur 2021-09-05.
  10. ^ Skarum, Sarah (2011-03-07). "Jellingstenen er reddet - næsten". Berlingske.dk (bid-Daniż). Miġbur 2021-09-05.
  11. ^ "Jelling Stones get designer cases". web.archive.org. 2010-03-15. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-03-15. Miġbur 2021-09-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ "Covering of the runic stones in Jelling, Denmark | Copperconcept.org". archive.is. 2013-04-14. Miġbur 2021-09-05.
  13. ^ Stefan Brink, Neil Price, The Viking World, Routledge (2008), p. 277.
  14. ^ Jacobsen, Lis; Moltke, Erik (1941–42). Danmarks Runeindskrifter. Copenhagen: Ejnar Munksgaards Forlag.
  15. ^ Kure, Henning (2007). "Hanging on the World Tree: Man and Cosmos in Old Norse Mythic Poetry". In Andrén, Anders; Jennbert, Kristina; et al. (eds.). Old Norse Religion in Long-Term Perspectives: Origins, Changes, and Interactions. Lund: Nordic Academic Press. pp. 68–73. ISBN 978-91-89116-81-8.
  16. ^ "EMU Jellingstenen - en del af historiekanonen". web.archive.org. 2009-11-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-11-16. Miġbur 2021-09-05.
  17. ^ "Council of Europe". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-07-17. Miġbur 2021-09-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Ħaġar ta' Jelling
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?