For faster navigation, this Iframe is preloading the Wikiwand page for Ġonna ta' Hevsel.

Ġonna ta' Hevsel

Il-Ġonna ta' Hevsel u x-xmara Tigris

Il-Ġonna ta' Hevsel (bit-Tork: Hevsel Bahçeleri) huma seba' mitt ettaru ta' raba' għammiel u ikkultivat ħdejn ix-xmara Tigris fil-Lvant tat-Turkija, bejn il-Fortizza ta' Diyarbakır u x-xmara. Il-belt iffortifikata fl-imgħoddi kienet ikkonfinata b'sistema f'żewġ partijiet ta' swar difensivi, u l-ġonna, alimentati minn fawwariet fix-xaqliba wieqfa ta' taħthom, kellhom rwol vitali biex iwasslu l-ilma u l-provvisti lill-belt. Il-Ġonna ta' Hevsel tniżżlu fil-lista ta' siti indikattivi tal-UNESCO fl-2013[1], u saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015, flimkien mas-swar tal-Fortizza ta' Diyarbakır bħala pajsaġġ kulturali.[2]

Il-Ġonna ta' Hevsel jissemmew għall-ewwel darba fil-ġrajjiet ta' Aramea li jmorru lura għas-seklu 9 Q.K., l-insedjament ta' Diyarbakır fuq l-għolja ta' fuqhom li kien ġie stabbilit qabilhom. Diyarbakır (li oriġinarjament kienet imsejħa Amid), inbniet fuq xaqliba tal-bażalt li tħares fuq ix-xmara Tigris. Fit-866 Q.K., il-belt ġiet assedjata mir-Re tal-Assirjani Ashurnasirpal II u meta nħakmet, il-ġonna nqerdu bħala forma ta' kastig. Il-belt iffortifikata kienet importanti ferm fir-reġjun matul il-perjodu Ellenistiku, kif ukoll matul żmien ir-Rumani, is-Sassanidi, il-Biżantini, il-Musulmani u l-Imperu Ottoman sa żminijietna.[2]

Il-Ġonna ta' Hevsel ġew stabbiliti bejn il-belt u x-xmara, bl-objettiv li l-abitanti jkollhom provvisti tal-ilma u tal-ikel. Diversi fawwariet ifeġġu minn taħt il-bażalt u l-ġonna huma maqsuma f'ħames għelieqi mtarrġin fuq ir-raba' biswit ix-xmara Tigris.[3] L-għelieqi mtarrġin ġew iffurmati tul millenji sħaħ ta' fluss imserrep tax-xmara fil-wied wiesa' u li xi kultant ħaffret baċir iktar fond għaliha stess. Il-parti ta' fuq nett tal-ġonna x'aktarx li kienet kritika għall-għażla tal-post fejn kellha tiġi stabbilita tal-belt; il-ġonna kienu meqjusa bħala sagri minħabba r-rwol importanti tal-provvisti għall-belt. Il-ġonna tqabblu saħansitra mal-Ġnien tal-Eden.[4]

Il-Ġonna ta' Heysel u l-pont b'għaxar arkati

Sal-1655 il-ġonna kienu jinkludu ż-żewġ xtut tat-Tigris u jingħad li kienu mimlijin siġar tal-frott, vinji, ward u ħxejjex aromatiċi bħal pereżempju l-ħabaq. Xi vjaġġaturi tas-seklu 19 irrapportaw li raw varjetà kbira ta' ħxejjex u frott imkabbar hemmhekk, u kkummentaw li kien hemm bettieħ, għeneb, berquq u dulliegħ, li kienu jitkabbru fuq il-gżejjer bir-ramel li ffurmaw fix-xmara. Il-ġonna ġew integrati mal-belt, b'siġar tal-luq u tal-frott li kienu jisseparaw il-ġonna differenti fejn jitkabbru l-ħxejjex, u l-ilma mormi mill-belt kien jiġi kanalat għat-tisqija tal-ġonna biex ikunu iktar għammiela u biex iħaddem l-imtieħen tal-ilma. Is-siġar taċ-ċawsli kienu jitkabbru biex jappoġġaw l-industrija tal-ħarir fil-belt, u l-injam kien jiġi prodott mis-siġar tal-luq u taż-żafżafa, biex imgħad kien jiġi ttrasportat fuq ċattri lejn il-provinċja ta' Mosul, fl-Iraq.[4]

Illum il-ġurnata, kważi terz tas-superfiċe tal-ġonna tintuża għat-tkabbir tas-siġar tal-luq u l-kumplament tintuża għall-kultivazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' għelejjel, fosthom kaboċċi, spinaċi, ħass, ravanell, basal aħdar, tursin, krexxun, brunġiel, qargħa ħamra, tadam, bżar, fażola, ħawħ, berquq, għanbaqar, ċirasa, tin, ċawsli u lewż.[4]

Konservazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Ġonna ta' Hevsel għadhom jiġu kkultivati sa llum il-ġurnata, iżda l-integrità tagħhom hija mhedda minn negozji mhux awtorizzati u minn abitazzjonijiet li ġew stabbiliti fil-bażi tal-fortizza. Tħassib ieħor huma l-kanali tad-dranaġġ imblukkati u l-kwalità tal-ilma. L-estrazzjoni tal-ilma iktar 'il fuq fil-Wied ta' Tigris naqqset il-fluss tal-ilma fix-xmara u naqqset l-għargħar perjodiku tar-raba'. Ġew stabbiliti żoni ta' lqugħ, iżda l-ġonna jitqiesu bħala vulnerabbli.[2]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Pajsaġġ Kulturali tal-Fortizza ta' Diyarbakır u tal-Ġonna ta' Hevsel ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

  1. ^ "Hevsel Bahçeleri de UNESCO'ya aday". Sabah (bit-Tork). Miġbur 2022-03-21.
  2. ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Diyarbakır Fortress and Hevsel Gardens Cultural Landscape". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-21.
  3. ^ Kuzucuoğlu, Catherine; Çiner, Attila; Kazancı, Nizamettin (2019). Landscapes and Landforms of Turkey. Springer. p. 138. ISBN 978-3-030-03515-0.
  4. ^ a b ċ "Cultural Landscape".
{{bottomLinkPreText}} {{bottomLinkText}}
Ġonna ta' Hevsel
Listen to this article

This browser is not supported by Wikiwand :(
Wikiwand requires a browser with modern capabilities in order to provide you with the best reading experience.
Please download and use one of the following browsers:

This article was just edited, click to reload
This article has been deleted on Wikipedia (Why?)

Back to homepage

Please click Add in the dialog above
Please click Allow in the top-left corner,
then click Install Now in the dialog
Please click Open in the download dialog,
then click Install
Please click the "Downloads" icon in the Safari toolbar, open the first download in the list,
then click Install
{{::$root.activation.text}}

Install Wikiwand

Install on Chrome Install on Firefox
Don't forget to rate us

Tell your friends about Wikiwand!

Gmail Facebook Twitter Link

Enjoying Wikiwand?

Tell your friends and spread the love:
Share on Gmail Share on Facebook Share on Twitter Share on Buffer

Our magic isn't perfect

You can help our automatic cover photo selection by reporting an unsuitable photo.

This photo is visually disturbing This photo is not a good choice

Thank you for helping!


Your input will affect cover photo selection, along with input from other users.

X

Get ready for Wikiwand 2.0 🎉! the new version arrives on September 1st! Don't want to wait?